Jista' l-Prim Ministru jwieġeb kompletament il-mistoqsijiet parlamentari 17924 u 19153 u jgħid kemm ġew appuntati persuni ta' sess femminili fuq il-bord tal-entitatijiet pubbliċi kollha (mhux biss in-National Development and Social Fund) sena b'sena mill-2010 ’l hawn u kemm kien il-perċentwali ta' nisa min-numru totali ta' appuntati?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministri kkonċernati.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — proġetti mill-fondi tal-EU
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’proġetti saru mill-fondi tal-EU 2014-2021?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, listi ta’ proġetti ffinanzjati mill-programmi tal-Fondi Ewropej: European Regional Development Fund (ERDF), Cohesion Fund (CF); European Social Fund (ESF), European Agricultural Fund for Rural Development (EAFRD),European Maritime & Fisheries Fund (EMFF), Asylum, Migration and Integration Fund (AMIF) u Internal Security Fund (ISF).
Din l-informazzjoni tinsab ukoll fuq is-sit elettroniku :
www.eufunds.gov.mt
.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — persuni maħtura bħala membru ta’ bord jew entità
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il persuna hija maħtura mill-Ministeru bħala membru ta’ bord jew entità oħra li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, liema huma dawn il-ħatriet, kemm minnhom huma nisa jew irġiel u jindika l-kariga li għaliha ġew maħtura?
Talba lill-Unjoni Ewropea għall-għajnuna lill-AirMalta
Question
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Parlament jekk tul l-2020 saritx talba mill-Gvern Malti u/jew mill-kumpanija AirMalta lill-Unjoni Ewropea biex l-istess Gvern Malti jkun jista' jagħti għajnuna finanzjarja lill-istess kumpanija AirMalta u dan sabiex din tal-aħħar tkun tista' tilqa’ għall-impatt tal-pandemija? Jekk iva, x'kien l-eżitu s'issa ta' din it-talba?
Voluntary Coupled Support — negozjati mal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Parlament dwar in-negozjati mal-Unjoni Ewropea in kwantu l’ hekk imsejjaħ Voluntary Coupled Support u l-politika agrikola komuni, biex Malta tkun eleġibbli li toffri għajnuna finanzjarja diretta għall-oqsma agrikoli sensittivi tagħha? Jista' jispjega kemm ser tkun tammonta din l-għajnuna għal kull sena tul il-budget Ewropew kurrenti?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra ta' riżenja tas-Segretarju Parlamentari għad-drittijiet ċivili u r-riformi fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill -Onor Interpellant għal-istqarrija nru 210411 maħruġa mill-Gvern fil-25 ta’Frar 2021 , li kopja tagħha qed titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — talbiet skont il-Freedom of Information Act
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid, sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm talbiet skont il-Freedom of Information Act? Kemm minnhom ġew rifjutati?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17924 u jgħid kemm ġew appuntati persuni ta' sess femminili fuq il-bord ta' entitatijiet pubbliċi sena b'sena mill-2010 ’l hawn u kemm kien il-perċentwali ta' nisa min-numru totali ta' appuntati?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li fuq l-Bord tal-NDSF Governors fil-perjodu ta’ 2015 sal 2020 kien hemm persuna wahda ta’sess femminili li huwa 20% min-numru totali ta' appuntati.
Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika – membri maħtura
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti l-isem u l-kunjom taċ-Chairman u taż-żewġ membri maħtura minnu biex jiffurmaw il-Bord skont dak li jipprovdi l-proviso għas-subartikolu 5 tal-artikolu 4 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Kap. 595 tal-Liġijiet ta' Malta)?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-Chairperson hija s-Sa Joyce Cassar u l-membri huma s-Sa Christine Schembri u s-Sur Johann Galea.
Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika – postijiet ta’ impjegati pubbliċi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema postijiet ta' impjegati pubbliċi ġew identifikati mill-Bord u li ssir referenza għalihom fl-artikolu 4 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Kap. 595 tal-Liġijiet ta' Malta)?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija — lista
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tal-Kummissarji għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija mill-2013 'l hawn u l-perjodu li fihom okkupaw tali kariga?
Response (ABELA, ROBERT)
Mis- sena 2013 l’hawn kien hemm tliet Kummissarji għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija:
Isem
Titolu
Perjodu
Onor Dr Michael Falzon
Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija.
01.07.2013 sa 01.04.2014
Onor Anthony Agius Decelis
Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija.
02.04.2014 sa 08.06.2017
Onor Rosianne Cutajar
Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija.
27.06.2017 sa 14.01.2020
Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija — nefqa
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet in-nefqa tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija u n-numru ta' impjegati fl-istess uffiċċju mill-2013 'l hawn?
Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija – lista ta’ inizjattivi
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tal-inizjattivi li l-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija ħa fis-settur pubbliku mill-2013 'l hawn?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li matul l-perjodu li dam jiffunzjona dan l-Uffiċċju, saru diversi laqghat ma diversi għaqdiet , stakeholders differenti u persuni fuq bazi personali. Saru ukoll laqgħat mal-Kunsilli Lokali kollha.
F’dawn l-laqgħat , ġie mitlub li jitressqu proposti jew suggerimenti relatati ma simplifikazzjoni jew tnaqqis ta’burokrazija li kienu tal-aktar prijorita għalihom. Dawn l-proposti ġew evalwati u sar proċess fejn ġew mlaqqa l-istakeholders ma Ministeri u Dipartimenti kkonċernati, fejn flimkien ddiskutew kif setgħu jimplimentaw l-ideat mressqin. Paralelli ma’ dan saru għadd ta’ round table conferences bis-sehem ta’ diversi stakeholders, Ministri u Segretarji Parlamentari differenti fejn ġew diskussi xogħol li ġie mwettaq, xogħol ieħor li qed issir il-ħidma fuqu, kif ukoll xi proposti oħra li tqajmu dak il-ħin minn dawk preżenti.
Apparti minn hekk, il-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u Tnaqqis tal-Burokrazija ħa sehem ukoll f’diversi konferenzi u laqgħat oħra li ġie mistieden għalihom.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kienet ir-rata tat-twelid u r-rata ta' mwiet f'dawn l-aħħar għaxar snin, mogħtija sena b'sena?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17923 u jgħid kemm kien hemm impjegati fis-Servizz Pubbliku minn skala 1 sa 5 u kemm kienu ta' sess femminili mill-2010 ’l hawn, maqsuma sena b'sena?
Jista’ l-Prim-Ministru jgħid kemm-il każ ġie segwit mill-Employee Support Programme matul is-sena 2020 u l-2021 sakemm tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (ABELA, ROBERT)
Filwaqt li għal-perjodu ta’ bejn Jannar u Mejju 2020 nirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 15281, ninsab nfurmat li bejn Ġunju 2020 sal-ġurnata tal-llum kien hemm 230 każi li ġew segwiti mill-Employee Support Programme.