Jista' l-Ministru jgħid jekk skont ir-regolamenti relattivi regolaturi taċ-ċilindri tal-gass li jistgħu jinbiegħu f'Malta, għandux ikollhom inkorporat fihom built-in access flow valve bħala prekawzjoni? Jekk le, għaliex?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tieghu lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali.
Spiża fuq salarji u perkaċċi li l-Gvern iħallas lill-awtoritajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27925 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella tal-ispiża tas-salarji u perkaċċi li l-gvern iħallas lill-awtoritajiet? Jistgħu dawn ikunu preżentati separatament skont il-gradi sa mis-sena 2004 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
San Pawl il-Baħar — rapporti ta' ħsarat fis-sistema tal-ilma
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif ta' kif qed jiġi assigurat li r-rapporti ta' ħsarat fis-sistema tal-ilma fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar jiġu kordinati aħjar, biex ma jkunx hemm dewmien għat-tiswija tagħhom? Billi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li hi responsabbli minn tali tiswijiet, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx uffiċjali differenti li jieħdu ħsieb it-tiswija fis-sistemi tad-drenaġġ u dawk tal-ilma?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illia r-rapporti kollha tal-ħsarat fis-sistema tal-ilma u tad-drenaġġ jidħlu fis-sistema tal-customer care fuq il-freephone 80072222. Dawn jitqassmu fir-reġjuni rispettivi tagħhom biex jiġu proċessati skont il-prijoritajiet stabbiliti.
Skond ir-rapporti li saru, ma hemm ebda problemi mhux tas-soltu fiż-żona ta’ San Pawl il-Baħar, u it-tiswijiet huma ta’ natura normali. Għal raġunijiet ta’ saħħa u sigurtà tal-prodott, in-nies li jsewwu ħsarat fis-sistemi tad-drenaġġ mhumiex l-istess nies li jaħdmu fuq is-sistema tal-ilma.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu s'issa l-konsulenti mqabbda mill-gvern għall-proġett propost tal-White Rocks? Min kienu l-konsulenti? Saret sejħa jew b'direct order? Kemm tħallsu flus s'issa f'konsulenza?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28730.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fil-Ministeru u dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu, maqsuma settur settur? Jista' jgħid ukoll il-gradi tas-salarji u benefiċċji oħra ta' kull kategorija?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk wieħed jieħu d-dejn nazzjonali u jżid miegħu d-dejn li għandu l-gvern fil-korporazzjonijiet u entitajiet kollha parastatali b’mod kumulattiv, kemm jammontaw bħala persentaġġ tal-ġid nazzjonali tal-pajjiż?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
studji li waslu biex Malta għandha l-għola ekonomija sewda
Question
Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra, u jekk huwa possibbli jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ukoll, analiżi u/jew studji li setgħu saru min-naħa tal-gvern u/jew minn xi konsulenti mqabbdin minnu flimkien ma' entitajiet oħrajn parastatali li setgħu ġew imqabbdin biex janalizzaw il-fatturi ewlenin li wasslu biex pajjiżna għandu waħda mill-ogħla ekonomiji sewda fl-Unjoni Ewropea bħalissa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid il-kumpanija Integrated Solutions kemm ħadet tenders tal-Gvern u/jew ta' kumpaniji parastatali matul din il-Leġislatura?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li sal-14 ta’ Novembru 2011, il-kumpanija Integrated Solutions ma ngћatat l’ebda kuntratt permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratti matul din il-leġislatura.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 29739, 29424, 29210, 28886 u 28522 u ċioe: B’referenza għar-rapport li Malta rċeviet aktar minn €700 miljun f'għajnuna mill-Unjoni Ewropea (taħt diversi fondi) bejn is-snin 2004 sa 2010, jista' l-Ministru jagħti breakdown dettaljat fuq liema proġetti ġew allokati dawn il-fondi? Jista' jagħti d-dettalji sena b’sena u kull proġett jiġi identifikat u tingħata l-ispiża fuq kull wieħed mill-proġetti li għalih dawn il-fondi ġew allokati?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29965.
Open Air Studio — produzzjonijiet tal-films f'Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29742 u jgħid fiex wasal il-proġett ta’ faċilità ta’ open-air studio għall-produzzjoni tal-films f'Għawdex? X’kienet l-ispiża magħmula s'issa fuq dan il-proġett sena b’sena b’mod separat, fl-2008, 2009 u 2010? Hemm data ta’ meta dan il-proġett se jkun lest?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 29369.
politika nazzjonali u tal-pjan t’azzjoni favur il-kultura tat-tifdil
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 29523 u 29741 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-politika nazzjonali u tal-pjan t’azzjoni favur il-kultura tat-tifdil, partikolarment fost it-tfal u ż-żgħażagħ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Sptar Mater Dei — bini ta' oncology department - spejjeż
Question
Peress li l-kuntratt għall-bini ta' oncology department fl-Isptar Mater Dei se jkun fuq bażi ta' kuntratt magħruf “design and construct on a fixed lump sum basis" jista' l-Ministru jgħid:
a) x'miżuri huma maħsuba li jittieħdu biex il-Gvern għan-nom tat-
taxpayers
jieħu valur għall-flus minfuqa (
value for money
};
b) kif se jassigura li x-xogħol kollu jkun sar skont l-istandards stipulati fit-tender kif ukoll li jitlesta fil-ħin u mingħajr variations li jkunu jiswew ħafna flus addizzjonali;
ċ) peress li dan it-tip ta' kuntratt jidher li kull aspett mid-disinn sal-kostruzzjoni tkun f'idejn il-kuntrattur, x'sorveljanza se jagħmel biex ma jkunx hemm claims addizzjonali wara li tittieħed it-tender?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mis-Saħħa.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — karozzi mikrija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi mikrija li għandu l-Ministeru, dipartimenti, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħtu llum? Kemm hija l-ispiża globali f'ċifra ta' flus li titħallas kull xahar għal dawn il-vetturi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
talbiet pendenti għall-approvazzjoni ta' bozoz ġodda
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm talbiet pendenti għall-approvazzjoni ta' bozoz ġodda, li ġejjin mill-kunsillli lokali tas-7, 11 u 12-il distrett elettorali, għand l-uffiċjali inkarigati? X'qed iżomm milli tali applikazzjonijiet jiġu approvati, jew rifjutati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
kumpanija tar-reklamar Lighthouse and Ashley — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid b'mod dettaljat wieħed, wieħed u waħda, waħda x'kuntratti u direct orders ingħataw mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu lill-kumpanija tar-reklamar Lighthouse and Ashley fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2007 sal-lum, inkluż il-valur tagħhom, għal liema skop kien ordnat ix-xogħol relattiv u kemm f'kull każ tħallsu flejjes fuq l-istess direct orders? Kemm jonqos li jitħallsu f'kull każ skont il-każ partikolari, filwaqt li għal kull ħlas jgħid ma' liema sejħa għall-offerti jew direct order hu marbut?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammonta d-dejn marġinali llum f'ċifra ta' flus globali? Jista' jagħti breakdown sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jiċċara l-mistoqsija tiegħu.
Għawdex — Wied il-Mielaħ fl-Għarb - sewage pumping station
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29313 u jgħid jekk ix-xogħol li kellu jsir taħt it-tender għall-bini ta’ sewage pumping station f’Wied il-Mielaħ, l-Għarb, Għawdex tlestiex? Jekk fl-affermattiv, meta? Jekk fin-negattiv, x’jonqos isir? Meta mistenni li jitlesta?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi x-xogħol fuq is-sewage pumping station f’Wied il-Mielaħ l-Għarb, huwa lest u bdiet taħdem f’Ġunju, 2011.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xogħol lil kumpaniji
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kumpaniji li ngħataw xogħol li jaqbez l-€10,000 mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu matul is-sena 2010 sal-lum? F'kull każ, jista' jgħid kemm huwa l-valur involut? Jista' jgħid ukoll għal kull każ jekk hux kuntratt jew direct orders? Meta ngħata?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa fuq safar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 29292 u 28576 u jgħid kemm kienet in-nefqa għas-safar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011 li saru mill-Ministeru, entitajiet u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.