Tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba, bejn is-sena 2000 u llum, sena b'sena il-Public Broadcasting Service għamel użu mill-OB Unit tal-kumpanija li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? Tista' tgħid x'kienu l-okkazzjonijiet li matulhom il-Public Broadcasting Service għamel użu mill-OB Unit tal-kumpanija? Tista' tgħid x'kien il-ħlas għall kull darba li l-Public Broadcasting Service għamel użu mill-OB Unit tal-kumpanija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Public Broadcasting Services użat l-OB Unit tal-kumpanija li dettalji tagħha ntbagħtu separatament, ħames darbiet bejn is-sena 2009 u llum. Mis-sena 2000 sal-2008 ma sarx użu mill-OB Unit.
Year
Event
€
2009
HIRE OF OB FOR MOVIESPECTACULAR
2,611.22
2009
OB HIRE FOR PROGRAM ILLEJLA
2,061.50
2010
HIRE OF OB UNIT FOR MALTASONG FOR EUROPE 2010
10,325.00
2010
HIRE OF OB VAN FOR TAP RELOADED
1,180.00
2010
HIRE OF OB VAN FOR ĦAĠAR QIM
14,354.70
Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw sensji xahar b’xahar matul l-ewwel 10 xhur tal-2010 u jgħid f’liema oqsma kienu jaħdmu l-ħaddiema li ngħataw is-sensja ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
fabbriki/kumpaniji li ma baqgħux joperawx f’pajjiżna
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm fabbriki/kumpaniji li ma baqgħux joperaw f’pajjiżna matul l-ewwel 10 xhur tal-2010 u kemm kienu jħaddmu ħaddiema magħhom kull fabbrika/kumpanija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Skola ta' Pembroke — xiri ta' kotba mill-istudenti
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk hijiex il-prassi normali li għadd ta’ studenti f’Form IV, fl-iskola ta’ Pembroke qed ikollhom jixtru minn buthom diversi kotba tal-Malti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-istudenti fil-Form 4, kemm fl-iskola ta’ Pembroke kif ukoll fi skejjel oħra, jixtru ktieb wieħed tal-Malti. Dan huwa l-Qawsalla, ktieb tal-letteratura ppublikat mill-Università ta’ Malta. Fil-fehma tal-edukaturi dan hu ktieb li l-istudenti għandhom ikollhom fuq bażi personali.
Tista' l-Ministru tgħid meta l-Learning Support Assistants li bdew fit 23 ta' Settembru, 2010 mal-gvern se jibdew jitħallsu? Għaliex dan id-dewmien? Taf li dewmien fil-ħlas tal-paga jmur kontra l-Att dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impiegi? Kemm hemm Learning Support Assistants li ntlaqtu minn dan il-ħlas tardiv tal-paga?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li 24 Supply Learning Support Assistants (SLSAs) minn 450 li bdew fit-23 ta’ Settembru 2010 ser jirċievu s-salarji dovuti lilhom mal-paga li jmiss.
Dan id-dewmien seħħ minħabba li kien hemm żball fid-data effettiva tal-kuntratti u għaldaqstant kellhom jerġgħu jiġu ffirmati kuntratti ġodda.
Tista' l-Ministru tgħid b'liema mod il-kunsilli lokali se jieħdu ħsieb il-partijiet komuni ta' appartamenti tal-gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar qegħdha f’diskussjoni ma’ l-Kunsilli Lokali biex jinstab l-aħjar mod kif jista’ jsir dan ix-xogħol fil-partijiet komuni ta’ appartamenti tal-gvern. Bħalissa l-Awtorita’ qegħdha tisma’ u tilqa’ is-suġġerimenti kollha tal-Kunsilli Lokali.
Barra minn dan se tinħareġ skema ta’ reġenerazzjoni tal-
housing estates
. Din l-iskema ser tkun mibnija, kemm fuq l-aspetti ta’ riġenerazzjoni fiżika
(upgrading)
ta’ żoni fl-
housing estate
u kemm fl-aspett edukattivi fejn il-persuni li jgħixu f’dawn il-
housing estates
ser ikunu offruti tagħlim edukattivi li jgħinu jgħixu aħjar. Kull proposta trid tkun dettaljata u tasal lil Awtorita’ li minn naħa tagħha tara liema proposti huma l-aktar ta’ benefiċċju għal komunita’ u tagħżel minn fost il-proposti.
Tista' l-Ministru tgħid b'liema mod se jkunu involuti l-kunsilli lokali biex joffru servizzi ta' child-minding għat-tfal li jaslu kmieni jew jitilqu tard mill-iskola fejn jattendu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejjin diskussjonijiet bejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni Xogħol u l-Familja u s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-kunsilli lokali dwar kif il-kunsilli lokali se joffru servizzi ta’
child minding
għat-tfal li jaslu kmieni jew jitilqu tard mill-iskola. Iktar informazzjoni tista’ tingħata iktar 'il quddiem.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — Kuntratti lill-kumpaniji
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista ta' kuntratti mogħtija bejn is-sena 2000 u llum, sena b'sena, lill-kumpaniji Where's Everybody?, WE Events u WE Marketing & PR Services? Tista' tgħid fiex kien jikkonsisti kull kuntratt, minn min ingħata u jekk ingħatax wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Tista' tgħid x'kien il-ħlas mogħti għal kull kuntratt?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ilha teżisti l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada, kemm issellfet s'issa mill-Bank APS? S'issa kemm ħallset lura minn dan id-dejn u kull sena kemm ħallset imgħax fuq dan id-dejn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada issellfet €44,294,578 mill-APS Bank li fuqhom ħallset €3,819,170 f’interessi. L-ammont ta’ €48,113,748 tħallas kollu lura lill-APS Bank fis-sena 2009.
Kriterji kif persuna tilħaq lecturer fl-Università ta' Malta
Question
Tista' l-Ministru tgħid x’inhuma l-kriterji li fuqhom persuna tkun aċċettata bħala lecturer fl-Università ta’ Malta? Tista' tgħid jekk persuna li jkollha l-FRCS jew l-MRDRCS, tikkwalifikax biex tkun aċċettata bħala lecturer fl-Università ta’ Malta ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kriterji prinċipali sabiex tkun appuntata persuna bħala lecturer fl-Università ta’ Malta huma Ph.D, jew dottorat ekwivalenti, ibbażat fuq ir-riċerka fis-suġġett.
Jistgħu jiġu appuntanti bħala
visiting lecturers
persuni li jew ikollhom Ph.D., jew inkella kwalifika
postgraduate
u esperjenza professjonali speċjalment f’pożizzjoni ta’ responsabilità relatata mas-suġġett. Kwalifiċi oħrajn jiġu evalwati għall-ekwivalenza tagħhom mar-rekwiżiti normali.
Tista' l-Ministru tara l-każ ta' post tal-gvern, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li fih qed jidħol l-ilma meta dan għadu kif inbena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma jirriżultax li l-Awtorità tad-Djar allokat xi post lil persuna bl-isem indikat. Għandu jingħad ukoll li fid-dettalji li ngħataw separatament l-indirizz ma kienx komplut.
Tista' l-Ministru tara kif tirrimedja għall-problema tal-familja li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li għadha kif daħlet fi flat tal-gvern ġdid peress li meta tagħmel ix-xita qed jidħol kwantità ta' ilma? Jista d-dipartiment jieħu ħsieb ikellem lill-kuntrattur?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, min-naħa tal-Awtorità tad-Djar, diġà ttieħdu passi dwar l-ilment imsemmi peress li saret spezzjoni mill-Perit inkarigat mill-proġett. Fil-fatt, minn din l-ispezzjoni rriżulta li l-ilma aktarx dieħel mit-terazzin tal-post li jinsab fuq l-appartament imsemmi. Għaldaqstant saret spezzjoni oħra fil-post ta’ fuq sabiex ġiet identifikata l-kawża tad-dħul ta’ ilma u ser jingħataw struzzjonijiet lill-kuntrattur sabiex jirrepara mill-aktar fis.
Meta jsir rapport lill-Pulizija dwar periklu minħabba li jkun waqa' xi ġebel u materjal ieħor minn bini abbandunat li sidu hu l-gvern, tista' l-Ministru tgħid x'passi jittieħdu u minn liema entità/dipartiment?
Kemm-il talba simili kien hemm waqt ix-xahar ta' Ottubru? X'ġara mill-każ li ġie rapportat fl-1 ta' Novembru 2010 minn residenti fl-inħawi tar-residenza li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bini li sidu hu l-Gvern jaqa’ taħt ir-reponsabilità tat-Taqsima Proprjetà tal-Gvern. Rapporti ta’ periklu fi propjetajiet residenzjali okkupati minn inkwilini jiġu riferuti lill-Awtorità tad-Djar biex jittieħdu l-passi neċessarji skont il-policies applikabbli. Matul ix-xahar t’Ottubru kien hemm talba waħda ta’ dan it-tip. Din waslet għand l-Awtorità tad-Djar fl-1 ta’ Novembru 2010 pero’ s’issa għadu ma wasal l-ebda rapport dwar ir-residenza li dwarha ingħataw id-dettalji f’din il-mistoqsija.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il applikant pendenti fost is-27 għaż-żewġ korsijiet ta' nursing fl-Università baqgħu ma ntgħażlux skont it-termini tal-maturity clause?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul ix-xahar t’Ottubru 18-il applikant li kienu applikaw għall-kors ta’
nursing
bil-
maturity clause
issejħu għall-
interview
.
Minn dawn, 6 ntgħażlu biex jibdew il-kors għall-Baċċellerat u 4 ntgħażlu biex jibdew il-kors preparatorju għad-
Diploma in Health Science Nursing
.
3 applikanti ma ġewx rakkomandati għad-dħul fl-ebda kors filwaqt li l-5 l-oħra ma attendewx għall-
interviews
.
Mosta — żona Sant' Andrija - skola bid-dawl mixgħul
Question
Tista' l-Ministru tieħu l-miżuri sabiex tara li fl-iskola l-ġdida fil-Mosta fiż-żona ta' Sant'Andrija, ma tippermettix li jitħalla dawl mixgħul li joħloq inkonvinjent għal ġirien tal-istess skola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont l-informazzjoni li ta l-enginier tal-Fondazzjoni tal-Iskejjel ta’ Għada fil-5 ta’ Novembru 2010 il-livelli ta’ dawl tal-iskola tbaxxew konsiderevolment matul l-ġimgħa l-oħra sabiex jillimita l-ammont ta’ dawl mixgħul iżda jżomm livell sodisfaċenti ta’ dawl għas-sigurtà ta’ l-iskola.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 17672 u 18370, fost il-200 applikazzjoni għal adozzjoni mill-2007 'l hawn li m'għadhomx pendenti, tista' l-Ministru tgħid:
i) Kemm minnhom kellhom eżitu pożittiv?
ii) Minn dawk b'eżitu pożittiv:
a) x'kienet l-età tat-tfal;
b) x'kienet in-nazzjonalità tat-tfal;
c) x'kienet in-nazzjonalità tal-applikanti; u
d) x'kien il-perjodu ta' stennija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tara kif fl-iskola Helen Keller fil-Qrendi, parti mill-Kulleġġ San Benedittu, hemm nieqes wieħed mill-class teachers u tmien Learning Support Assisstants u din hi special school? Tista' tara l-każ tal-persuna li dettalji tagħha qed jingħataw separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In- numru ta’ LSAs li hemm nieqsa fiċ-Ċentru Edukattiv ta’ Riżorsi Helen Keller huwa ta’ ħamsa u mhux tmienja. Il-persuni li kien hemm fuq il-lista sabiex jidħlu jagħmlu dan ix-xogħol qegħdin jaħdmu n-
notice
tagħhom minn post tax-xogħol ieħor. Tnejn min dawn ser jibdew din il-ġimgħa stess
Bħal issa hemm għalliema f’kull klassi f’dan iċ-ċentru. Hemm bżonn għalliem ieħor biex jikkoordina s-servizzi fiċ-ċentru. Is-sejħa għal
supply teacher
fiċ-ċentru ta’ riżorsi hija miftuħa u kull applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata mmedjatament.
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika dwar il-każ tal-persuna li d-dettalji qegħdin jingħataw separatament peress li bħalissa hemm għalliema f’kull klassi f’dan iċ-Ċentru.
Fgura- Pjazza Patri Redent — abbużi fil-playing field
Question
Tista' l-Ministru twieġeb l-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari 20833 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern u issa ġiet riferuta lilha u tara kif jistgħu jsiru arrangamenti biex il-playing field li tinsab fi Pjazza Patri Redent fil-Fgura tingħalaq wara l-11 p.m. biex jinqatgħu l-abbuzi li jsiru f għajjat, drogi u ksur tal-buon viċinat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-responsabbilità tal-Playing Fields hija f’idejn il-kunsilli lokali rispettivi u għaldaqstant nitolbu jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk kienx hemm xi tibdil fil-management tal- Kunsill Malti għall-Isport? Jista’ jgħid wkoll jekk hux se jitkompla l-ħidma fuq iċ-ċentru sportiv fis-south ta’ Malta biex inkunu preċizi f’Ħal Kirkop? Jekk fl-affermativ, meta se jkun lest u kemm se tkun in-nefqa fuq ir-recurrent expenditure biex iżommu running?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-management tal-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) ġie msaħħaħ bl-ingaġġ ta’ Kap fit-Taqsima tas-Servizzi Korporattivi. Bħalissa għaddej xogħol fil-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop u jekk ma jkunx hemm problemi bl-aħħar tenders li baqa’ jiġu aġġudikati, il-kumpless mistenni li jkun inawgurat fix-xhur li ġejjin. L-stimi proviżorji qed jindikaw li l-ispiża rikurrenti għall-operat ta’ dan il-kumpless ser tkun ta’ madwar €300,000 fis-sena.