B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 673, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ spazji għall-parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 673, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk l-ispazji għall-parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta li jistgħu jintużaw mill-pubbliku wara l-ħin tal-uffiċċju?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Mekkaniżmu biex vettura li tkun ilha aktar minn 30 ġurnata f’pajjiżna, tiġi tracked
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 682, jista’ l-Ministru jgħid x’mekkaniżmu jintuża biex tiġi tracked vettura li tkun ilha aktar minn 30 ġurnata f’pajjiżna?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tibgħat tinforma lil dawk is-sidien tal-vetturi li jkunu għamlu permess ta’ tletin ġurnata mal-Awtorità sabiex jużaw l-vettura tagħhom fi triq, li l-permess skada u li jekk mhux se jirreġistraw l-vettura tagħhom dawn jiġu mmultati €30 għal kull ġurnata li tgħaddi.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 682, jista’ l-Ministru jgħid kemm instabu vetturi li kienu ilhom aktar minn 30 ġurnata f’pajjiżna fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u d-data sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, u jaqsam l-informazzjoni sena b’sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2013 inġabru 13-il vettura, fl-2014 inġabru 46, fl-2015 inġabru 7, fl-2016 inġabru 94, u fl- 2017 (sal-lum) inġabru 90 vettura li kien ilhom aktar minn 30 ġurnata f’pajjizna.
Wieħed ukoll irid jinnota illi ddahlet sistema ta’
clamping
sabiex il-problema ta’ vetturi b’registrazzjoni barranija li jinsabu f’ pajjizna b’ mod irregolari, tiġi ndirizzata aħjar.
Jista’ l-Ministru jagħti data definittiva meta l-Awtorità għat-Trasport f’Malta ser tlesti x-xogħlijiet ta’ bini mill-ġdid ta’ Triq il-Kilpa fis-Siġġiewi u dan peress li fil-preżent ix-xogħlijiet jinsabu weqfin għal kollox b'detriment kbir għas-sewwieqa u r-residenti tas-Siġġiewi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma nstallat sistemi ġodda ta’ ilma u drenaġġ matul din it-triq. Il-proprjetajiet kollha matul din it-triq ġew konnettjati ma’ dawn is-sistemi l-ġodda. Fil-ġranet li ġejjin se jitlesta x-xogħol imsemmi billi jsiru l-konnessjonijiet fiż-żewġt itruf tal-proġett u jibda jingħata l-asfalt.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — Spiża fuq Fuel ta' vetturi Ministerjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, skont ir-records tal-Manufacturing & Services Directorate fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħolijiet, Infrastruttura u Proġetti Kapitali ma kien l-ebda spiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru tat-Trasport u l-Infrastruttura fl-2014, fl-2015 u fl-2016.
Nixtieq ninfurmak li l-vettura Ministerjali tat-Trasport u l-Infrastruttura użata għas-snin imsemmija kienet electric vehicle. Matul is-snin 2014-2016 il-Ministeru konċernat ma kellux Segretarju Parlamentari fi ħdanu.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u Suq tal-Proprjetà - Spiża fuq Fuel ta' vetturi Ministerjali
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u Suq tal-Proprjetà jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu t-timeline tal-fast ferry bejn Malta u Għawdex? Jista’ jgħid min ser ikun qed jopera dan is-servizz u jekk dan hux ser jitlaq minn tas-Sliema? Jekk dan is-servizz ser jitlaq minn tas-Sliema, jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi impact assessment tat-traffiku kif ukoll tat-tniġġis żejjed?
Response (BORG, IAN)
Nixtieq ninforma lil-Onor. Interpellant illi s-sejħa tal-concession ippublikata għall-fast ferry bejn Malta u Għawdex tagħlaq fil-31ta’ Jannar 2018. Wara dan il-perjodu il-bord t’evalwazzjoni għandu massimu ta’ 3 xhur sabiex jevalwa s-sejħiet li jkunu ntefgħu.
F’dan il-perjodu ma nistghux inkunu nafu min ser ikun qed jopera dan is-servizz għaliex is-sejħa għadha miftuħa.
Il-concession ippublikata hija għall-fast ferry bejn Il-Belt Valletta u l-Imġarr Għawdex.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni — talbiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1759 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn meta din il-liġi daħlet fis-seħħ sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew irrifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjonijiet pendenti, anke fil-proċess ta' screening, biex f'Għawdex jinfetħu barrieri ġodda kemm għal ġebel tal-franka kif ukoll għal blat tal-qawwi? Jekk iva, jista' jindika l-lokal u s-sit fejn hemm l-applikazzjoni fuqhom?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2646, l-Awtorità tal-Ippjanar m’għandha l-ebda applikazzjoni quddiema għall-barrieri ġodda f’Għawdex.
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-istess Awtorità fuq applikazzjonijiet pendenti, inklużi dawk għal screening, fejn fil-proposta tal-iżvilupp għandhom xi waħda mill kelmiet segwenti:-
· Barriera/i
· Quarry/ies
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fil-futur qrib ikun hemm tibdil fid-DC 15? Jista' jikkonferma li se jkun hemm reviżjoni fl-għoli ta' metri u sulari li wieħed jista' jibni biex ikun hemm il-possibilità li f'ħafna żoni jkun jista' jiżdied sular ieħor?
Response (BORG, IAN)
Ma hemm l-ebda ħsieb li jinbidel il-Metraġġ tal-għoli fid-DC 15. Ma hemm l-ebda diskussjoni fuq tibdil fuq id-DC 15 li għadu kemm għalaq sentejn minn meta ġie ippublikat.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stat tinsab fih Triq Santa Tereża, Ħal Tarxien? Jista’ jgħid hux se ssir tul din is-sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista aġġornata ta’ interventi fil-lokalitajiet rispettivi li jkunu qed isiru skont il-prijoritajiet li jirrizultaw.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stat tinsab fih Triq is-Sorijiet, Ħal Tarxien? Jista’ jgħid hux se ssir tul din is-sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista aġġornata ta’ interventi fil-lokalitajiet rispettivi li jkunu qed isiru skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Ħaż-Żebbuġ — Għar Ram u Ħal Mula – Partial Local Plan Review of the South Malta Local Plan
Question
Peress li kmieni din is-sena fil-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp kien ġie diskuss il-Partial Local Plan Review of the South Malta Local Plan b’referenza għal Għar Ram u Ħal Mula (Triq Luret Cutajar) Ħaż-Żebbuġ u peress li kien hemm diskussjoni taħraq fejn ir-residenti u l-industriji (SME) ma qablux ma’ dak li kien propost u kellu jitwaqqaf kumitat fejn fost il-membri kellhom jieħdu sehem: rappreżentanza ta’ din iż-żona, kunsilli lokali, Transport Malta, l-Awtorità tal-Pulizija, OHSA, ERA u PA, jista’ għaldaqstant jgħid kemm-il laqgħa saret? Min għandu l-ownership tal-laqgħat? X’moniteraġġ qed isir minn Transport Malta u l-Awtorità tal-Ippjanar? Fil-preżent x’tgħid il-policy dwar din iż-żona? X’direzzjoni qed jieħu l-ministeru dwar din iż-żona?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li rigward il-parti ta’ ‘Fil-preżent x’tgħid il-policy dwar din iż-żona: iż-żewġ żoni msemmija huma koperti bil-policies inklużi fil-Planning Control Applications PC62/07 u fil-PC7/08 u li t-tnejn ġew approvati mill-Ministru fl-10 ta’ Marzu tal-2009. Qed nirreferi għall-links fejn jistaw jinstabu dawn iż-żewg dokumenti ta’ policy:
http://www.pa.org.mt/en/local-plan-details/south-malta-local-plan - taħt il-lokalita ta’ Ħaż-Żebbuġ fittex kapitlu - PC and Minor LP Review document
http://www.pa.org.mt/en/local-plan-details/central-malta-local-plan - taħt il-lokalita ta’ Ħal-Qormi fittex kapitlu - PC and Minor LP Review document
Id-Direttorat tal-Infurzar tal-Awtorita tal-Ippjanar jagħmel monitoraġġ ta’ dawn iż-żoni bħal ma jsir f’kull żona oħra.
B’referenza għall-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari fuq it-twaqqif u l-koordinazzjoni tal-Kumitat għaż-żoni industrijali ta' Ħaż-Żebbuġ u Ħal-Qormi, ma jaqax taħt il-mandat tal-Awtorità tal-Ippjanar u nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru ikkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ‘l quddiem tinbena artificial island? Jekk iva, xi studji saru mill-Ministeru jew mill-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita tal-Ippjanar diġa’ kkummissjonat żewg studji, wieħed fl-2005 u ieħor tal-2008 dwar r-riklamazzjoni tal-art mill-baħar. L-iSPED, kif approvat mill-Parlament fl-2015, jagħti direzzjoni strateġika li ż-żona marittima tista’ takkomoda proġetti ta’ riklamazzjoni ta’ art pero f’qafas ta’ politika għall-kosta u ż-żona marittima sħiħa. Fl-2013, il-Gvern kien ippubblika sejħa ta’ nteress biex jesplora l-possibilita ta’ proġetti ta’ land reclamation f’Malta.
Jista’ l-Ministru jserraħ moħħ ir-residenti ta’ San Ġwann u jiggarantilhom li d-deviation routes li saru fil-lokalità ta’ San Ġwann, minħabba x-xogħol fuq il-Kappara Junction, jerġgħu lura għan-normal, meta jitlesta l-proġett?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta tixtieq isserraħ moħħ ir-residenti ta’ San Ġwann u kif ukoll moħħ kull min jagħmel użu minn din ir-rotta prinċipali u tiggarantilhom li d-deviation routesli saru fil-lokalità ta’ San Ġwann, minħabba x-xogħol fuq il-Kappara Junction, ser jerġgħu lura għan-normal, meta jitlesta l-proġett.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-funtana li hemm ix-Xatt ta' Ta’ Xbiex ilha bil-ħsara aktar minn tliet xhur u meta beħsiebu li jsir il-manutenzjoni fuqha?
Response (BORG, IAN)
Ix-xogħol ta’ manutenzjoni fuq din il-funtana wasal biex jitlesta u din mistennija li terġa tinxtegħel fil-ġimghat li ġejjin.