Legislature:
Category:
Reset
Active:

Djar tal-anzjani — Screening tal-Oftalmoloġija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema djar tal-anzjani qed joffru s-servizz ta’ screening tal-Oftalmoloġija u x’jikkomprendi dan is-servizz? Jista’ jgħid ukoll jekk l-anzjani jridux jiġu riferuti għal dan l-iscreening jew jekk dan isirx kull tant żmien għall-anzjani kollha?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat, li s-servizz ta' screening tal-Oftalmoloġija qed jiġi offrut fid-djar residenzjali tal-gvern, djar tal-PPP, u djar fejn il-gvern jixtri s-sodod. Dan is-servizz jinkludi tliet tipi ta' testijiet: akutezza tal-viżta (Visual Acuity), livell ta’ pressjoni fl-għajnejn (Intra Ocular Pressure), u ritratti ta’ wara l-għajn (Screening with Retinal Camera). L-iskop huwa li jiġu identifikati mard bħad-dijabete, deġenerazzjoni tal-makula, u l-glawkoma, anke mingħajr sintomi preżenti. Ir-residenti kollha fid-djar tal-anzjani hawn fuq imsemmija huma eliġibbli għas-servizz, ħlief għal dawk li diġà għandhom appuntament jew qed jiġu segwiti mill-klinika tal- oftalmoloġija tal-Isptar Mater Dei jew taċ-Ċentri tas-Saħħa. L-iscreening isir permezz ta' sistema ta' appuntamenti organizzat mid-djar infushom, u fejn ikun hemm bżonn ta' aktar kura, ir-residenti jiġu riferuti għand speċjalista tal-għajnejn ġewwa l-Isptar Mater Dei.

Operazzjonijiet tat-tneħħija tal-ġebla mill-kliewi li ma sarux

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21542 u jikkonferma jekk dan l-aħħar ġewx imħassra xi operazzjonijiet relatati mat-tneħħija tal-ġebla mill-kliewi minħabba li ma kienx hemm fiber li jintuża f'operazzjonijiet simili?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fl-Isptar Mater Dei hemm żewġ Lumenis li qed jintużaw biex f’operazzjonijiet relatati mat-tneħħija tal-ġebla mill-kliewi. Infurmat li kien hemm problema fil-provvista min-naħa tal-kumpanija. Din ġiet indirizzata fi żmien ġimgħa u s-sitwazzjoni għandha tiġi għan-normal.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Public Service Expo 2024 - Stands

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-Ministeru tiegħu fil-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk minbarra l-istand tal-Ministeru tiegħu kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Fl-istand tal-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva fl-Expo 2024 kien hemm numru ta’ dimostrazzjonijiet mill-professjonisti fi ħdan il-Ministeru. Saru numru ta’ testijiet bħal pressjoni tad-demm, teħid ta’ temperatura, livell taz-zokkor u kontroll tal-polz u l-moniteraġġ tal-HGT. Intweriet ukoll is-sistema ta’ Virtual Reality bl-isem ‘The Oculus Quest 2’. Intwerew numru ta’ filmati fejn saret promozzjoni tal-professjonijiet varji li permezz tagħhom jingħataw is-servizzi offruti fi ħdan il-Ministeru. Saru taħdidiet għall-pubbliku dwar is-saħħa pubblika, in-nutrizzjoni, tagħrif dwar id-donazzjoni tal-organi u oħrajn. Ingħata wkoll tagħrif dwar l-awtorità tal-protezzjoni tal-embrijuni. Fil-parkeġġ għall-Public Service EXPO, intwera kif topera u liema faċilitajiet toffri l-ambulanza. Kien hemm il-mobile blood donation unit għal min xtaq jagħti d-demm. Intwera wkoll kif l-anjzani jistgħu jagħmlu użu mis-servizz tas-Silver T. Dawn is-servizzi koprew il-parteċipazzjoni ta' dawn l-entitajiet u dipartimenti ta’: Riżorsi Umani, Kura Primarja, Saħħa Mentali, Fiżjoterapija, Saħħa Ambjentali, Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard, Ċentru Nazzjonali dwar Kimiċi Tossiċi, Inġinerija fl-Isptar Mater Dei, Emerġenza, Standards fil-Kura tas-Saħħa, Azjanità Attiva u Kura fil-Komunità, Residenza San Vinċenz, kif ukoll l- Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani u dik tal-Protezzzjoni tal-Embrijuni. Preżenti wkoll is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm. L-ispiża totali tal-istand tal-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva fl-Expo 2024 ġiet tiswa €43,365. L-Expo tas-Servizz Pubbliku żaruha 55,000 persuna u kella t-tema "Ħiliet". L-istess attività serviet ta' tieqa għall-avvanzi li saru fl-amministrazzjoni pubblika f'dawn l-aħħar snin b'aċċenn fuq rizorsi umani, teknoloġija u kwalità.

Djar tal-Anzjani Privati – Ħlas mil-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm iħallas il-Gvern għal kull anzjan u anzjana għal kull ġurnata li tkun rikoverata f'dar tal-anzjani tal-privat?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba hawn fuq ma tistax tingħata minħabba li din hija kummerċjalment sensittiva.

Ċentru Vincent Moran – servizzi offruti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma s-servizzi li ser jiġu offruti minn Paola Hub (Ċentru Vincent Moran) u jekk hux ser jibdew jiġu offruti malli jinfetaħ iċ-ċentru jew wara xi xhur?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamenatri 20350.

Ċentru Vincent Moran Paola – dewmien

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Paola Hub (Ċentru Vincent Moran) hux finalizzat u x'xogħlijiet fadal biex isiru? Jista’ jispjega għaliex hemm dewmien fil-ftuħ u għaliex twaqqaf il-kuntrattur?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20371.

Sptarijiet u Residenzi — Infermiera

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15247, 17522 u 19124 u ċjoè jgħid kemm huwa n-numru ta’ infermiera f’kull grad u kull speċjalizzazzjoni ġewwa l-isptarijiet u r-residenzi kollha individwalment, sew dawk mal-Gvern kif ukoll dawk fis-settur privat u jgħid kemm minnhom huma Maltin, kemm huma barranin u x’nazzjonalità għandhom dawn tal-aħħar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninfora lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba fl-ispatrijiet u residenzi tal-Gvern qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptarijiet u Residenzi — Tobba

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15248, 17520 u 19123 u ċjoè jgħid kemm huma Maltin u kemm huma barranin u x’nazzjonalità għandhom in-numru ta’ tobba u speċjalisti f’kull grad u kull speċjalizzazzjoni fl-isptarijiet u residenzi kollha individwalment?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninfora lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba fl-ispatrijiet u residenzi tal-Gvern qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptarijiet u Residenzi — Tobba

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15248, 17519 u 19122 u ċjoè jgħid kemm huwa n-numru ta’ tobba u speċjalisti f’kull grad u kull speċjalizzazzjoni fl-isptarijiet u residenzi kollha individwalment, sew dawk tal-Gvern kif ukoll dawk tas-settur privat?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20953.

Settur Mediku — Staff

Question

Jista l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15096, 17518 u 19121 u ċjoè jgħid kemm mill-ħaddiema fis-settur mediku huma mal-Gvern, kemm minnhom huma mal-privat u kemm minnhom jaħdmu kemm mal-Gvern kif ukoll mal-privat?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li minn 1,779 tabib li jaħdmu mal-Gvern, 912 jistgħu jażlu jaħdmux mal-Gvern biss (Kuntratt A) jew jaħdmux mal-Gvern kif ukoll mal-privat (Kuntratt B). Minn dawn id-912 hemm 640 għażlu Kuntratt A u 272 għażlu Kuntratt B.

Sptar Mater Dei – uniformijiet lill-Professjonisti tas-Saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jingħataw l-uniformijiet lill-professjonisti tas-saħħa fl-Isptar Mater Dei wara li kellhom jistennew snin biex ittieħdu l-qisien u issa ilhom xhur li ttieħdu dawn il-qisien?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob l-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għal-liema professjonisti qed jirreferi.

Podjatrija – użu ta’ single use instruments

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex strumenti u nail clippers li jintużaw fil-podjatrija qed jinxtraw single use instruments, fejn qabel dawn kienu jintużaw ħafna drabi wara li jiġu sterilizzati kull darba li jintużaw?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 14427 u 15315.

Djar residenzjali tal-anzjani — Inċentivi u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inċentivi u x'benefiċċji għandhom anzjani li jagħżlu li jidħlu fid-djar residenzjali privati?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat, li anzjani li jagħżlu li jidħlu fid-djar residenzjali privati fejn l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità ma tixtrix sodod, jibbenefikaw minn servizzi b’xejn bħal dawk ta' social work, terapija tal-familja, u servizz ta’ tissue viability li jingħataw fl-istess djar residenzjali privati.

Djar residenzjali tal-anzjani — Waiting list

Question

Jista' l-MInistru jgħid x'inhu l-pjan tal-Gvern biex jara li l-waiting list twila li teżisti għad-dħul fid-djar residenzjali tal-anzjani, tonqos?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li hemm diversi pjanijiet biex tiġi indirizzata l-lista ta’ stennija għad-dħul fid-djar residenzjali tal-anzjani. Kull sena, il-Gvern qed jixtri iktar sodod fi djar residenzjali privati, biex ikun jista’ jakkomoda aktar anzjani. Barra minn hekk, qed jissaħħu u jiżdiedu s-servizzi fil-komunità sabiex ngħinu lill-anzjani jibqgħu jgħixu fid-djar tagħhom għal perjodu itwal. Dan jgħinhom biex jibqgħu indipendenti u jkollhom kwalità ta’ ħajja għolja.

Sptar Mater Dei – pazjenti li qed jistennew biex jidħlu f’Residenza tal-anzjani – tnaqqis fil-pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21381 u jgħid minn meta jibda t-tnaqqis fil-pensjoni tal-anzjani li jkunu qegħdin fl-Isptar Mater Dei jistennew li jidħlu jew f’dar residenzjali jew fir-Residenza San Vincenz de Paul? Jista’ jgħid ukoll x’inhi r-rata ta’ tnaqqis fil-pensjoni ta’ dawn l-anzjani?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li t-tnaqqis tal-pensjoni relatata, jidħol fis-seħħ mid-data li l-professjonisti mediċi jiddikjaraw li l-persuna tikkwalifika għal-residenza fit-tul, f’waħda mill-istituzjonijiet apposta u allura ma tkunx iktar titqies bħala pazjent/a ġewwa l-Isptar. Ir-rata applikabbli mid-data msemmija aktar qabel f’din-ir-risposta, f’każ ta’ trattament tat-tieni livell, hija dik ta’ 80% minn kull pensjoni, u 60% ta’ kull qliegħ ieħor li jsir matul is-sena kalendarja. Il-kontribuzzjoni li ssir mir-resident, m’għandiex tkun waħda tali li tħalli r-resident b’inqas minn €1397.62 fis-sena għad-dispozizzjoni tiegħu.