Ħaż-Żabbar – Triq il-Farfett tal-Fejġel — spezzjonijiet
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2925 u 4103, jista’ l-Ministru jara li tiġi installata camera fil-post inkwistjoni għax dan jispjega għala qed isir tindif regolari proprju minħabba irregolaritajiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar illi l-Kunsill diġà ressaq it-talba tiegħu lill-entità kkonċernata sabiex jiġu installati kameras tas-sigurtà għal skopijiet ta’ monitoraġġ u infurzar.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 1390, 1657, 2056 u 2928, jista’ l-Ministru jinforma b’mod dettaljat lill-Kamra ladarba huwa urġenti li jsir, f’liema pożizzjoni jinsab il-pjan neċessarju sabiex il-Pjazza Antoine de Paule f’Raħal Ġdid issir mill-ġdid?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li r-rapporti tekniċi fuq din il-pjazza għaddew għand entitajiet oħra pubbliċi sabiex ikun hemm koordinament bil-ghan li l-Pjazza Antoine de Paule, Raħal Ġdid tiġi rranġata. Informat ukoll li fil-frattemp hemm kwistjonijiet legali li qegħdin jiġu trattati u diskussi rigwardanti l-azzjoni legali appożita sabiex ir-rabta kuntrattwali mal-kuntrattur oriġinali tal-pjazza tintemm.
San Pawl il-Baħar – rapporti ta’ storbju lill-Kunsill Lokali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' storbju ġġenerat minn vetturi fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar ġie rrapportat lill-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar mill-1 ta' Jannar 2022 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? X'passi ttieħdu mill-Kunsill Lokali fuq dawn l-istess rapporti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li lmenti relatati ma' sewqan b'mod abbużiv jidħlu lill-Kunsill minn żmien għal żmien, prattikament dwar it-toroq kollha madwar il-lokalità. F'każi simili hija prassi li l-Kunsill Lokali jinnotifika lill-entità responsabbli mit-triq inkwistjoni skont il-każ.
Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti u x’investiment huma maħsuba biex ix-Xemxija Heritage Trail, f’San Pawl il-Baħar, tingħata l-importanza mistħoqqa? Liema huma dawk ix-xogħlijiet li hu mistenni li jitwettqu f’dan il-post proprju sabiex dan jiġi mħares, jingħata l-importanza mistħoqqa u jkun hemm apprezzament aħjar ta’ dan il-wirt storiku tant importanti għal pajjiżna?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi fil-bidu ta’ din is-sena sar l-akbar investiment finanzjarju fix-Xemxija Heritage Trail, wara snin twal. Fil-fatt infurmat li wara proposta mressqa mill-Kunsill rispettiv, bank lokali ha l-inkarigu li jisponsorja r-restawr kollu tal-grada prinċipali u t-tisħiħ fis-sistema tal-elettriku tal-‘Underground Mill’. L-inizjattiva ħasbet ukoll biex saret tindifa ġenerali.
Intant infurmat ukoll li fil-preżent il-Kunsill qed jassisti NGO ġdida li twaqqfet minn esperti fil-qasam sabiex dan is-sit jingħata l-akbar attenzjoni possibbli.
Imġarr – siti storiċi taħt ir-responsabilità ta’ Heritage Malta
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma s-siti storiċi fil-limiti tal-Imġarr li Heritage Malta għandha taħt ir-responsabilità tagħha? Liema minn dawn is-siti huma miftuħa għall-pubbliku? X'investiment sar f'kull wieħed minn dawn is-siti matul din is-sena? X'investiment hu mistenni li jsir f'dawn l-istess siti, matul l-2023?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ż-żewġ siti li tamministra Heritage Malta fl-Imġarr huma t-tempji neolitici Ta’ Ħaġrat u Skorba. Dawn huma miftuħa għall-pubbliku regolarment.
Matul din is-sena sar tindif u manutenzjoni ġenerali, u ġie prodott dokumentarju għat-televiżjoni li jiffoka fuq id-daħla ewlenija għal Ta’ Haġrat u r-rwol tal-komunità tal-Imġarr fl-amministrazzjoni tas-sit minn meta ġie skopert. Dan l-episodju se jidher fl-2023.
Għas-sena d-dieħla se nkomplu bil-manutenzjoni regolari kif ukoll xogħlijiet oħrajn li jkunu bżonjużi.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li residenti ta' Birżebbuġa li joqogħdu fl-area tal-Papa li tinkludi Triq is-Sebħ, Triq il-Gandoffla, Triq Tal-Papa, Triq il-Gawwi u Triq iċ-Ċief, kif ukoll Triq Alessandru, Misraħ Hamilkar Barka, Triq San Filippu u Triq it-Tħabrik ilhom bid-dawl tat-triq maqtugħ għal dawn l-aħħar tlett ijiem? Meta se jsiru t-tiswijiet neċessarji biex jinqata’ l-inkonvenjent li qed isofru r-residenti ta' dawn it-toroq?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa li l-Kunsill Lokali mhux responsabbli mit-tiswijiet tal-provistà tad-dawl tat-toroq. Madankollu infurmat illi l-istess Kunsill Lokali baghat diversi komuniki lill-entità kkonċernata dwar dan sabiex tiġi rranġata l-problema inkwistjoni. Għalhekk, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex għal aktar informazzjoni jirreferi għall-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — benefiċċji u għajnuna finanzjarja li ngħatat għall-produzzjoni ta’ films lokali
Question
Jista’ l-Ministru jsemmi kull benefiċċju, għotja jew kull tip ta’ għajnuna oħra finanzjarja jew taħt xi forma oħra, li ngħataw fil-produzzjoni tal-films lokali u/jew produzzjonijiet oħrajn, jew kull tip ta' għajnuna oħra għal skop ieħor li għalihom applikaw il-persuni jew il-kumpaniji msemmija separatament, inkluż l-entitajiet u l-awtoritajiet kollha relattivi taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2013 'il hawn?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt:
Kunsill Malti għall-Arti
Benefiċjarju
Skema
Titlu tal-Proġett
Ammont mogħti
Jon Mallia
MAF Small Projects 2013
Hip Hop is Yours
€4,775.65
Oliver Mallia
MAF Large Projects 2014
Valletta Film Festival
€20,000
Pellikola Ltd
Kultura TV 2015
Arti
€25,000
Shadeena Films Ltd
Kultura TV 2015
Dottoressa Whatever
€43,000
Shadeena Films Ltd
MAF Small Projects 2015
Invisible Sculpture – Un/seen Evergreen
€4,000
Jon Mallia
CEF Travel Grants 2016
Exporting Limestone Cowboy to the International Market
€1,790
Jon Mallia
Project Support Grant 2016
Erectile Dysfunction: The Stumbling rise of the human
€10,000
Charlie Cauchi
Research Support Grant 2016
Baggage (Re)claim
€5,000
Take 2 Ltd
Kultura TV 2016
Il-Mirakli ta’ Ħal Saflieni
€61,500
Jon Mallia
Professional Development Grant 2017
EAVE Producers’ workshop
€2,000
Take 2 Ltd
Kultura TV 2017
Ħallelin tal-baħar
€39,350
Take 2 Ltd
Kultura TV 2018
Merjen
€46,000
Take 2 Ltd
CEF Travel Grant 2018
Mipcom Market Attendance by Jon Mallia and Carlos Debattista
€2,000
Charlie Cauchi
Project Support Grant 2018
Returning to L36
€17,000
Take 2 Ltd
CEF Translation Grant 2018
Miraklu TV Series Translation (Holy Mary!)
€4,850
Charlie Cauchi
Research Support Grant 2018
Vice Kings and Silver Rings
€4,400
Take 2 Ltd
Kultura TV 2019
Triq is-Sebgħa
€50,000
Charlie Cauchi
Project Support Grant 2019
Scheherazade
€20,000
Pellikola Ltd
Professional Development Grant
Schoolism Live - Animation Workshop, Florence 29-30 March 2019
€655
Take 2 Ltd
Kultura TV 2020
Ibgħathieli bil-posta
€40,000
Jon Mallia
International Cultural Exchanges Scheme 2021
Series Mania Exhibition and Pitching
€7,566
Take 2 Ltd
International Cultural Exchanges Scheme 2021
Triq is-Sebgħa
€7,000
Take 2 Ltd
Kultura TV 2021
Da Vinci's Dilemma
€30,000
Take 2 Ltd
Project Support Scheme 2021
CASTILLO
€12,000
Charlie Cauchi
Programme Support Scheme 2021
Untitled Malta Moving Image Project
€46,000
Take 2 Ltd
Project Research and Development Scheme 2022
Research and Development of Malta's first International Series Co-Production
€6,460
Sajjetta Ltd
Kultura TV 2022
Taurodont (working title)
€40,000
Valletta Cultural Agency
Fornitur
Data tal-bidu
Data tat-tmiem
Ammont (€) minbarra l-VAT
Tip ta’ Produzzjoni
Take Two Productions Ltd
01/03/2021
01/04/2021
7627.12
Filming and Editing of a TV Production: Seba' Visti
Sajjetta Ltd.
16/08/2020
16/08/2020
7627.1
Valletta Pageant of the Seas. Lead Visual Artist. Creation and production of visual narrative and content into projections during Valletta Peageant of the Seas 2020
Sajjetta Ltd.
12/03/2022
22/03/2022
9,322
Drago (Theatre Production). The creation and production of a bespoke set including costumes, props, set dressing and a multi speaker installation and a multichannel video system
Sajjetta Ltd.
12/03/2022
22/03/2022
200
Drago (Theatre Production). Purchasing of Rights: Rights of the use of Charlie Cauchi's own footage as well as other sounds rights required for the build of the soundscape for Drago
Festivals Malta
Fornitur
Sena
Tip ta’ Servizz
Ammont
Take 2
2022
Ingaġġati biex jagħtu servizz ta’ animazzjoni fil-Karnival ta’ Malta
€1,770
Siġġiewi – Xogħol ta' restawr taz-zuntier tal-knisja parrokkjali — allokazzjoni ta' fondi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4169, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm hemm fondi allokati għall-proġett ta’ riġenerazzjoni u restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Siġġiewi – Xogħol ta' restawr taz-zuntier tal-knisja parrokkjali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4168, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid meta se jibda x-xogħol ta’ riġenerazzjoni u restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi li tħabbar f’Ġunju tas-sena l-oħra?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 1261 u 2972, fejn ġie mistoqsi meta u minn min se jitranġaw il-ħitan tas-sejjieħ li jinsabu fi Triq tal-Ġebel, f’Birżebbuġa, peress li parti minnhom jinsabu mwaqqgħin u qed ikunu ta’ periklu għal kull min juża din it-triq, jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda u meta se jitlesta x-xogħol relatat biex jitneħħa l-periklu mit-triq?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa li kif diġà ġie indikat fit-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari preċedenti bin-numru 1261 u 2972, dan ix-xogħol ma jappartjenix lill-Kunsill Lokali.
Għawdex – Kunsill Lokali taż-Żebbuġ – Tender biex jiġu rranġati Triq tal-Ħluq, Triq tat-Tutiet u Triq Sagħtrija
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra u jispjega għala s-sejħa li ħareġ reċentement il-Kunsill taż-Żebbuġ u li kellha tagħlaq f'dawn il-ġranet biex jiġu rranġati Triq tal-Ħluq, Triq ta' Tutiet u Triq is-Sagħtrija ġewwa ż-Żebbuġ, Għawdex ma għadhiex tidher fuq il-website tat-tenders: www.etenders.gov.mt?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ (Għawdex) illi s-sejħa li qed jagħmel referenza għaliha l-Onor. Interpellant fil-mistoqsija tiegħu, kellha titneħħa sabiex id-dokumenti relatati mas-sejħa ġew aġġornati skont l-aħħar templates hekk kif maħruġa mid-Dipartiment tal-Kuntratti, u l-offerta reġgħet ġiet ippubblikata fuq is-sistema EPPS (Ref: ZGLC/07/2022).
Intant infurmat li tali sejħa ser tagħlaq nhar is-16 ta’ Jannar 2023.
PBS – preżentaturi li qed jagħmlu programmi fuq TVM u TVM News
Question
Jista' l-Ministru jippubblika u jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra r-remunerazzjoni li qed jieħdu l-preżentaturi, li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, li mhumiex impjegati tal-PBS iżda qed jagħmlu programmi fuq TVM u anke fuq TVM News+?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali.
PBS – eżerċizzju ta’ cost cutting intensiv internament
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li minn Ottubru tas-sena 2022 beda eżerċizzju ta' cost cutting intensiv internament fil-PBS biex jitnaqqsu l-ispejjeż, fejn jidher li anke l-overtime tal-ħaddiema tnaqqas drastikament? Għaliex sar dan? Jista' jkun hemm indikazzjoni li s-sena finanzjarja 2022 se terġa' tagħlaq bi żbilanċ għall-PBS?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-PBS qed issir reviżjoni tal-operat biex tiżdied l-effiċjenza u l-valur miżjud.
Jista' l-Ministru jgħid minn fejn inxtrat u kemm swiet is-sistema l-ġdida tat-Telaixo li biha l-ħaddiema tal-PBS jippanċjaw b'mod elettroniku in u out, u jekk inġabrux quotes qabel intgħażlet din is-sistema? Jista jgħid ukoll mingħand min inġabru dawn il-quotes?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-PBS imxiet mal-proċeduri tal-procurement stabbiliti sabiex inxtrat is-sistema ta’ Talexio. Din kienet waħda mill-miżuri li l-PBS ħadet sabiex tiżdied l-effiċjenza.
PBS — Programm Mustaċċuni – ħlas għall-produzzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu qed jitħallsu għall-produzzjonijiet tal-programm Mustaċċuni fl-iskeda li għaddiet Ottubru 2021 - Mejju 2022? Kemm tħallsu l-producer, il-preżentatur, kontributuri u kemm kienet tiswa l-produzzjoni permezz tal-Outside Broadcasting Unit tal-PBS kull ġimgħa li sar il-programm, li issa m'għadux isir?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm ġew jiswew lill-PBS programmi, anke dawk li kienu b'ko-produzzjoni ma' media houses privati jew ma' producers individwali, tul l-iskeda Ottubru 2021 - Mejju 2022, is-segwenti:
Lenti;
Carter jirrapporta;
Ninvestigaw x'qed nieklu;
Moħħok hemm;
Xtra;
Xtra Sajf;
Insights;
U Ejja;
Sibtek;
SportLive+;
Sport Għawdex;
GFA Round; u
Motorsmt?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali.
Peress li l-ispiża biex jittella’ l-programm Love Island tal-2006 fuq l-istazzjon ITV ġewwa l-Ingilterra, kienet ta’ £12 miljun, jista’ l-Ministru jgħid kif se jagħmel il-PBS biex isib fondi meta hu fatt magħruf li f’xahar (it-tul tal-programm) ma jistgħux jinġabru biżżejjed reklami biex ikopri spiża simili? Jista’ l-Ministru jassigura li flus il-poplu mhux se jintużaw għal dan it-tip ta’ programm, meta l-PBS ma kellux biżżejjed flus biex iżomm programmi bħal Xarabank u oħrajn?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kunfidenzjali.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2928, jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet li qed jaħdmu id f’id sabiex fl-aħħar il-Pjazza Antoine de Paule, Raħal Ġdid, tiġi rranġata kompletament?