Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew diagnosed każijiet ġodda ta' aneurysyms fis-sistema vaskulari matul 2008? F'kemm-il każ minnhom sar screening tal-familjari tal-pażjent? Kemm-il konsulent mexa b'dan il-mod għaqli?
Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ — Administrative Assistants and Monitoring Officers
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 6170 dwar pożizzjonijiet ta’ administrative assistants u monitoring officers, jista’ l-Ministru jgħid jekk fost dawn il-pożizzjonijiet kienx hemm xi pożizzjoni/pożizzjonijiet minnhom għal Għawdex? Jekk fl-affermattiv, għal liema pożizzjoni kienet/kienu? Kienet/kienu indikata/i fis-sejħa għall-applikazzjoni? Jekk le, għaliex?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-applikazzjoni ETC Ref No HR/37/08 għal Administrative Assistants u Monitoring Officers mall-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ kienet sejħa esterna, li għaliha seta’ japplika kull min kellu l-kwalifiki rekwiżiti. Is-sejħa esterna saret wara li ma’ nstab ħadd fuq il-partijiet 1, 2 u 3 tar-reġistru.
Din is-sejħa kienet għal pożizzjoni b’kuntratt għal żmien definit.
Informat ukoll li ż-żmien definit huwa ta’ bejn Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2013.
Dħul għall-gvern minn servizz residenzjali finanzjat mill-istat
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5692, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija tiegħi? Jista’ jivverifika li t-tagħrif li tawh għat-tieni parti tal-mistoqsija huwa korrett peress li l-ammonti li tani jidher li huwa baxx wisq ħdejn in-numru ta’ anzjani li għandhom is-servizz id-dar? (ara mistoqsija parlamentari 5688)
Ministeru għall-Politika Soċjali — Lista ta' Konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2008? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom out of stock il-pilloli tal-pressjoni Amlodipine tal-5mg? Jaf li dawn mhumiex jingħataw la mill-ispiżerija tal-għażla tiegħek u lanqas mill-kliniċi tal-gvern? Jaf l-Ministru li l-kliniċi tal-Gvern qed jagħtu l-istess pilloli iżda tal-10mg?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-pilloli Amlodipine 5mg qegħdin in stock. Kunsenja oħra mistennija fil-ġranet li ġejjin. Dawn il-pilloli kienu out of stock minħabba problemi fil-process tal-għoti tat-tender mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Sakemm jiġi konkluż dan il-process id-Dipartiment tal-Procurement [Taqsima tas-Saħħa] ħareġ sejħa oħra għall-offerti għal ammont fil-limitu Dipartimentali.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raguni li anzjan ta' 94 sena minn San Ġiljan, li ddaħħal b'emerġenza fl-Isptar Mater Dei nhar l-Erbgħa, 19 ta' Frar, 2009 għall-ħabta tal-3.45 p.m. isofri minn ħruġ ta' dmija minn rasu, wara li tteħidlu X-ray tal-pulmun u ntbagħat fl-ENT, inbagħat lura d-dar l-għada minghajr ma ġie stabbilit minn fejn ħareġ id-demm u mingħajr ma ngħata kura?
Jista' jgħid jekk din hijiex proċedura normali, jigifieri li pazjenti jintbagħtu d-dar mingħajr ma l-kundizzjoni tagħhom tiġi investigata sakemm tiġi stabbilita d-djanożi biex tingħata l-kura u mingħajr ma jingħataw appuntamenti oħra biex jiġu eżaminati biex jaraw il-progress tal-kundizzjoni li jkunu fiha?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li dan il-pazjent intbagħat lura d-dar wara li ġie stabbilit minn fejn kien ħareġ id-demm. Il-kundizzjoni tiegħu ġiet investigata u d-dijanjożi kienet stabbilita. Il-pazjent ingħata l-kura kollha meħtieġa u ntbagħat lura d-dar meta kien assigurat li l-kundizzjoni tiegħu kienet stabbli. Il-pazjent ingħata wkoll il-medicini meħtiega għall-kundizzjoni tiegħu.
Informat ukoll li ma jistgħux jingħataw dettalji aktar speċifiċi dwar id-dijanjożi ta’ dan il-pazjent minħabba raġunijiet ta’
data protection
. Iżda is-sezzjoni tal-Customer Care tal-iSptar Mater Dei spjegaw id-dettalji kollha tal-każ lill-familjari tiegħu. Jekk il-pazjent jew il-familjari għandhom bżonn aktar informazzjoni jew għajnuna, huma mistiedna jikkuntattjaw lis-sezzjoni tal-Customer Care tal-iSptar Mater Dei jew lit-tabib kuranti.
Fid-dawl tar-rapport annwali tal-Kummissarju tat-Tfal, speċjalment fir-rigward tal-problemi u d-diffikultajiet elenkati fl-istess rapport li l-uffiċċju tal-kummissarju tat-tfal qed iħabbtu wiċċhom magħhom biex ikunu jistgħu joperaw, jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gven biex jgħin lil dan l-uffiċċju fil-ħidma tiegħu?
Response (DALLI, JOHN)
Il-ħtiġijiet ta' riżorsi ta' kull entita' fil-Gvern ikunu analizzati regolarment u jinqdew skond prioritajiet dettati minn limitazzjonijiet ta' riżorsi umani u budgetarji.
Jista' l-Ministru jgħid, kif staqsa il-ġurnalist tal-Orizzont, x'qed jiġri mis-siringi li jitqassmu lid-drug addicts? Jekk dawn iridux jippreżentaw is-siringi użati sabiex jingħataw oħra ġdida jew jekk humiex jingħataw ordnijiet biex jeħduhom u jiddisponu minnhom f'xi post partikolari wara li jużawhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li d-Dipartiment tas-Saħħa Primarja, flimkien mas-Sedqa, kienu għamlu sistema ta' ġbir ta' sistema wżati mid-drug addicts fejn kull min jiġi biex jiġbor siringa miċ-ċentru tas-saħħa, jingħata kontenitur apposta biex jiddisponi s-siringi fih. Meta l-kontenitur jintela, dan kellu jiġi mitfuħ ġewwa kontenitur ieħor kbir barra iċ-ċentru tas-saħħa. Madankollu ma kien hemm ebda koperazzjoni mid-drug addicts u s-sistema ma kinitx effettiva.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex informat li l-Travel Insurances qed iġiegħlu lit-turisti li jkollhom bżonn sptar jew għajnuna medika biex imorru fl-isptar pubbliku taħt l-iskuża li huma koperti biss b'din il-klawsola "providing cover for emergency medical expenses not recoverable under any reciprocal health agreement"? Liema huma dawn l-expenses not recoverable under any reciprocal health agreement?
Jaħseb li dan huwa abbuż peress li m'hemm l-ebda ċirkostanza li tiġġustifika li turist iħallas il-flus taħt l-iskuża ta' insurance cover li ma tintuża qatt u għal ċirkostanzi li ma jeżistux?
Jista' jieħu passi minnufih dwar dan?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jgħaddili każijiet speċifiċi li ġew għall-informazzjoni tiegħu biex il-Ministeru jinvestiga x'jista jsir.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm in patients barranin fl-Isptar Mater Dei minn Mejju 2008 sal-15 ta' Jannar 2009?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li matul il-perjodu indikat kien hemm 1,498 in-patient u day case admissions li ma kienux ta' nazzjonalita Maltija fl-Isptar Mater Dei. Minn dawn, 258 kienu immigranti rregulari.
Jista' l-Ministru jgħid kemm pazjenti barranin welldu fl-Isptar Mater Dei fis-sena 2008? Mil-liema pajjiżi kienu dawn il-pazjenti?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li matul l-2008 kien hemm 327 pazjenti barranin li welldu fl-Isptar Mater Dei. 56 minnhom kienu refjuġati. Dettalji dwar il-pajjiż ta' oriġini ta' dawn il-pazjenti ma jinżammux imma tinżamm biss informazzjoni dwar fejn qegħdin residenti f'Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew addottati tfal matul is-sena 2008? Minn liema pajjiż kienu ġejjin? Jista' il-gvern jikkunsidra li tiżdied l-għajnuna u s-sapport lil dawk il-familji li qed jippruvaw jaddottaw it-tfal?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li n-numru ta' tfal li ġew adottati fl-2008 kien ta' 69.
Dawn kienu ġejjin minn dawn il-pajjiżi :- Malta - 3, Russian Federation - 42, Ethiopia - 14, Guatemala - 1, Kazakhstan - 2, Pakistan - 1, Albania - 1, Cambodia - 3 u Bulgaria - 2.
Tagħrif għat-tielet parti tal-Mistoqsija għada qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' gradwati li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol? Kemm ilu jirreġistra kull wieħed minnhom u fiex hu gradwat?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li sa l-aħħar ta' Diċembru 2008 kien hemm 70 gradwati li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru.
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li tfajla ta' 24 sena li hija b'diżabilità fiżika li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament,għandha bżonn l-għajnuna tal-care workers ta' support ta' l-Imtarfa għax l-omm se jkollha bżonn tidħol l-isptar u l-missier jaħdem il-ġurnata kollha, hija talbet erba' sigħat għal ħamest ijiem għal sitt ġimgħat. Din it-talba ġiet aċċettata bil-kundizzjoni li toħroġ nofs l-ispejjeż. Jista' l-Ministru jara li din tingħata is-servizz b'xejn għax dan mhux kapriċċ?
B'referenza għat-tweġiba parlamentari 5718, jista' l-Ministru jgħid meta qegħdin ngħidu tiġi evalwata, tfisser li ser jieħdu xhur u snin meta każ bħalu infetaħ mill-Ombudsman u ħadu l-flus dovuti?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull kas jingħata l-attenzjoni u jiġi evalwat skond il-merti tiegħu u hekk kif tittieħed deċiżjoni, l-individwu jiġi informat minnufih.
Informat ukoll li l-persuna konċernat ġiet informata bid-deċiżjoni li ttieħdet.
Jista' l-Ministru jispjega għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament m'hi qed tirċievi l-ebda għajnuna soċjali?
Japprezza li din il-persuna hija marida mentalment u fiżikament serjament u li minħabba f'dan marret tgħix ma' ommha, mara marida li tgħix ukoll bl-għajnuna soċjali?
Jaf li dawn qed jgħixu f'faqar assolut?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Peress li fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5722 intqal li s-swali vojta fl-Isptar Karen Grech se jiġu rinnovati biex jieħdu l-pazjenti li hemm fl-Isptar Zammit Clapp, jista’ l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li dan isir? X’rinnovazzjoni trid issir? Kemm hu stmat li se jiswa dan ix-xogħol?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti, irġiel u nisa separatament, li bħalissa jinsabu rikoverati fl-Isptar Zammit Clapp? X’tip ta’ kura tingħata f’dan l-isptar? Kemm hija l-medja li pazjent idum f’dan l-isptar?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5998 u jgħid min huwa responsabbli fid-Dipartiment tas-Saħħa fuq ir-riċerka ta' Crayo Surgery/Therapy? Jeżisti xi ftehim ta' koperazzjoni bejn id-Dipartiment tas-Saħħa ta' Malta u ta' xi stat ieħor tal-Unjoni Ewropea dwar ir-riċerka ta' Crayo Surgery/Therapy?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li Crayo Surgery/Therapy ma teżistix. Jekk l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għal Cryo Surgery/Therapy, ninfurmah li dan it-tip ta’ trattament diġa jintuża fl-oqsma tad-Dermatoloġija u tal-Oftalmoloġija. Ma jirriżultax li qegħda ssir xi ricerka jew li hemm xi involviment / ftehim ma’ pajjiżi oħra ta’ l-Unjoni Ewropeja dwar din-terapija.