Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għalliema pensjonanti li għadhom jgħallmu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16219 u jgħid kemm hawn għalliema pensjonanti li baqgħu jaħdmu u qegħdin itaffu xi ftit il-problema ta’ nuqqas ta’ għalliema?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa hawn ingaġġati 38 għalliem pensjonant.

TCNs — Istituzzjonijiet edukattivi li joffru bridging-courses

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16246 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11897, peress illi fit-tweġiba ma ssemmix kemm jiswew il-bridging courses offruti mill-Università ta’ Malta u mill-MCAST, jista’ l-Ministru jgħid: i. kemm jiswew dawn il-korsijiet? ii. jekk l-istudenti (immigrant) jingħatawx l-opportunità li jħallsu by installments, iii. jekk iva, kif?; u iv. jekk hijiex ġustizzja soċjali li persuni,li jiġu Malta minn pajjiżi li qed jiżviluppaw, u li biex waslu Malta kellhom iħallsu eluf t’ewro, ikollhom iħallsu dawn l-eluf t’ewro għal kors, meta pajjiżna għandu nuqqas kbir ta’ infermiera fis-servizzi tas-saħħa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14336.

Bridging Courses — Miżati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16247 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u jgħid jekk il-Gvern jikkunsidrax li jneħħi l-miżata jew jagħti xi tip ta’ scholarships, anke parzjalment imħallsa mill-Unjoni Ewropea (UE), biex persuni li ġew Malta minn pajjiżi li qed jiżviluppaw u li jixtiequ jattendu l-bridging courses offruti mill-Università ta’ Malta u mill-MCAST, ma jkollhomx għalfejn iħallsu dawn il-miżati esaġerati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14337.

Studenti fl-iskejjel sekondarji li ma komplewx l-istudji tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti fl-iskejjel sekondarji ta’ Malta u Għawdex separatament li matul l-aħħar sena akkademika, ma komplewx bl-istudji tagħhom matul il-perjodu preskritt?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ studenti li ma komplewx bl-istudji tagħhom matul il-perjodu preskritt f’din is-sena skolastika kien ta’ 10.

Studenti fl-iskejjel sekondarji li ma komplewx l-istudji tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti fl-iskejjel sekondarji ta’ Malta u Għawdex separatament li matul l-aħħar sena akkademika ma komplewx bl-istudji tagħhom f’livelli oħra u wara l-perjodu preskritt?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ studenti li ma komplewx bl-istudji tagħhom wara l-perjodu preskritt tas-sekondarja hu ta’ 757.

Ħal Tarxien – Librerija Pubblika — Xiri ta' kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Ħal Tarxien matul din is-sena u sal-aħħar ta April 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet in-nefqa għall-istess xiri ta’ kotba ġodda? Jista’ jgħid kemm kien hemm donazzjonijiet u kemm kienu bil-Malti, bl-Ingliż, bit-Taljan u bil-Franċiż?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Università ta’ Malta — Studenti li gradwaw f’livell ta’ Baċellerat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li gradwaw skont kull fakultà u istitut individwali fil-livell ta’ Baċellerat fl-Università ta’ Malta? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena għal dawn l-aħħar 10 snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul daw l-aħħar 10 snin f’livell ta’ Baċellerat gradwaw total ta’ 16,895 student.

Università ta’ Malta – Studenti li gradwaw f’livell ta’ Masters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li gradwaw skont kull fakultà u istitut individwali fil-livell ta’ Masters fl-Università ta’ Malta? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena għal dawn l-aħħar 10 snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul daw l-aħħar 10 snin f’livell ta’ Masters gradwaw total ta’ 11,188 student.

MCAST — Studenti li gradwaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li gradwaw skont kull istitut individwali mill-MCAST? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena għal dawn l-aħħar 10 snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 1098, niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellanta li minn dakinhar l’hawn, l-ammont żdied għal 47,648 studenti li gradwaw mill-MCAST.

Università ta’ Malta – Livell ta’ Baċellerat — Studenti li waqfu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li waqfu mill-kors skont kull fakultà u istitut individwali fil-livell ta’ Baċellerat fl-Università ta’ Malta? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena għal dawn l-aħħar 10 snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul dawn l-aħħar 10 snin f’livell ta’ Baċellerat waqfu total ta’ 6,126 student.

MCAST – Studenti li waqfu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li waqfu mill-kors skont kull istitut individwali mill-MCAST? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena għal dawn l-aħħar 10 snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ studenti li waqfu matul dawn l-aħħar 10 snin kien ta’ 8,163 student.

Sixth Form — Studenti li waqfu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li waqfu mis-Sixth Form? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena għal dawn l-aħħar 10 snin u maqsum għal kull istitut edukattiv post-sekondarju individwalment?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Initial Investment Plan

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14957, 16266, 17239 u 19008 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-‘Initial Investment Plan’ imsemmi fil-ftehim bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-iskola li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra. ( Informazzjoni Addizzjonali: Ara Dokument PL 19162 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 254 ta' nhar l-Erbgħa, 3 ta' Lulju 2024)

Dipartiment tal-Edukazzjoni – purtinara/cleaners ingaġġati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il purtinar/a, cleaners u/jew persuni li jagħmlu l-istess xogħol huma impjegati mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni u kemm huma impjegati tal-Kuntrattur/i imma li qed jaħdmu għad-Dipartiment tal-Edukazzjoni? Jista' jelenka l-ogħla rata fis-siegħa, lanqas rata fis-siegħa u r-rata medja fis-siegħa ta' dawk ingaġġati direttament mad-Dipartiment u dawk ingaġġati indirettament permezz ta' kuntrattur u li jagħmlu xogħol ta' purtinara/cleaners?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4773.

Dipartiment tal-Edukazzjoni – purtinara/cleaners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-purtinar/a, cleaners u/jew persuni li jagħmlu l-istess xogħol huma impjegati mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni u kemm huma impjegati tal-kuntrattur/i imma li qed jaħdmu mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4773.

Awtorità għall-Integrità fl-Isport Malti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12980, 13203, 13476, 13638, 13908, 14099, 14208, 14301 u 14906 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12731, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji, inkluż bonuses, allowances u perkaċċi oħra, li għandhom it-tmien impjegati tal-Awtorità għall-Integrità fl-Isport f'Malta msemmija fl-istess tweġiba?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 15880.

Assentejiżmu fl-iskejjel — Raġunijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14331, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-raġunijiet li l-assentejiżmu fl-iskejjel żdied bejn l-2022 u l-2023?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Artikli u opinjonijiet fuq gazzetti - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq artikli u opinjonijiet fuq gazzetti mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn l-artikli, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-gazzetti li l-Ministeru xtara artiklu? Jista' jindika wkoll liema minn dawn l-artikli kienu intervisti jew rapporti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba bejn Jannar u April qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel – Studenti b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel li fihom jistgħu jattendu żgħażagħ b’diżabilità li għandhom 16-il sena jew aktar?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żgħażagħ imsemmija jistgħu jattendu f’entitajiet edukattivi varji fosthom ir-Resource Centre tal-Wardija Dun Manwel Attard, Youth.inc, MCAST Awards Programme, GEM 16+, fost oħrajn.

Ftuħ ta’ skejjel għal żgħażagħ b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinfetħu skejjel li fihom jistgħu jattendu żgħażagħ b’diżabilità li għandhom 16-il sena jew aktar?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 19010.