Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #19435 Sitting 449 2021-04-19 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — proġetti tal-ESF

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kellu proġetti tal-ESF taħt id-dekasteru tiegħu u kemm-il persuna ġiet imħarrġa bejn l-2013-2020?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18838.
Leg 13 PQ #20315 Sitting 449 2021-04-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MCCAA – Avviż maħruġ fil-Gazzetta tal-Gvern

Question

B’referenza għall-avviż numru 418 li deher fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern tat-30 ta’ Marzu 2021, jista’ l-Prim Ministru jispjega għalfejn fis-skeda li ħarġet ma’ dan l-avviż f’każ ta’ ċertu awtoritajiet pubbliċi bħall-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), dawn ġew speċifikati għalihom waqt li oħrajn bħall-Awtorità Maltija dwar il-logħob (MGA) u l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) jidher li ġew inklużi f’kategorija ġenerika li tapplika għall-uffiċjali pubbliċi assenjati ma’ aġenziji tal-Gvern, entitajiet, u organizzazzjonijet pubbliċi oħra?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat illi l-Istrument ta’ Delega tas-setgħa tal-eżerċizzju tad-dixxiplina fuq uffiċjali pubbliċi, jelenka biss dawk l-entitajiet fejn hemm ammont sostanzjali ta’ uffiċjali pubbliċi li huma detailed magħhom. Meta saret ir-reviżjoni tal-Istrument ta’ Delega, dan sar fuq il-parir li tat il-Public Service Commission.
Leg 13 PQ #20430 Sitting 449 2021-04-19 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Innovation Fund — proġetti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-proġetti sottokritti mill-Gvern Malti li għaddew mill-ewwel stadju tal-għażla fis-sejħa għall-proġetti taħt l-Innovation Fund, sejħa li għalqet f’Ottubru 2020?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ma għandu l-ebda proġett sottoskritt taħt l-Innovation Fund fl-imsemmija sejħa.
Leg 13 PQ #20478 Sitting 449 2021-04-19 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif se jingħata f’seduta oħra
Leg 13 PQ #20189 Sitting 448 2021-04-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdxin li qed jaħdmu f’Malta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid fil-preżent, kemm hemm Għawdxin fil-kariga ta’ EU Fund Officer, EU Fund Manager, Manager I, Manager II, Manager, Senior Principle, Principle, Assistant Principle, Executive Officer, Clerks u Assistant Clerks ġewwa Malta u kemm ilhom jaħdmu ġewwa Malta? Jista’ jgħid kemm minn dawn, jiġifieri mill-EU Fund Officer, EU Fund Manager, Manager I, Manager II, Manager, Senior Principle, Principle, Assistant Principle, Executives Officers, Clerks u Assistant Clerks ġew transferred biex jibdew jaħdmu ġewwa Għawdex matul is-snin 2018, 2019 u 2020? Kemm hemm ippjanat li jinġiebu ħaddiema Għawdxin jaħdmu f’Għawdex f'dawn il-gradi matul is-sena 2021?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li fil-karigi msemmija hemm 85 persuna minn Ghawdex. Tlieta ilhom iżjed minn 20 sena, 13 bejn 10 u 20 sena, 29 bejn 5 u 10 snin u 40 inqas minn ħames snin. Fil-gradi/pożizzjoni imsemmija kien hemm dawn l-impjegati li ġew transferred biex jibdew jaħdmu ġewwa Għawdex fl-2018 kien hemm 3 persuni; fl-2019 kien hemm 7 persuni; u fl-2020 kien hemm 6 persuni. Rigward kemm hemm ippjanati li jinġiebu ħaddiema Għawdxin jaħdmu f'Għawdex fil-gradi/pożizzjonijiet imsemmija, dawn jintbagħtu Għawdex skont il-vakanzi li jkun hemm u skont pjanijiet dwar ir-riżorsi umani.
Leg 13 PQ #18719 Sitting 446 2021-04-12 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — direct orders lil kumpanija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jelenka kull kuntratt, inkluż direct orders jew simili, mogħtija minn kull entità fi ħdanu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2019 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Jista’ għal kull każ, jagħti l-ammont, data u minn min kien approvat?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li ma ngħata l-ebda kuntratt mill-ebda entita fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru lill-imsemmija kumpanija li d-dettajli dwarha ngħataw b’mod separatament.
Leg 13 PQ #20225 Sitting 446 2021-04-12 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija — nefqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19281 u jgħid x'kienet in-nefqa tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija u n-numru ta' impjegati fl-istess uffiċċju mill-2013 'l hawn?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u Tnaqqis tal-Burokrazija nefaq medja ta’ €25,000 fis-sena. Bħala nies impjegati fi ħdan l-msemmi uffiċċju , ninsab nfurmat kif ġej fil-lista annessa: 2013 - 4 2014 – 5 2015 – 6 2016 – 5 2017 – 5 2018 – 6 2019 – 7 2020 – 7
Leg 13 PQ #19979 Sitting 445 2021-03-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Post ta’ Clerk fis-Servizz Pubbliku – kandidati eliġibbli

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm kandidati eleġibbli u li qagħdu għal General Ability Test għall-post ta' Clerk fis-Servizz Pubbliku? Kemm kienet il-pass mark u kemm għaddew minn dan il-General Ability Test? Jista’ jispjega għaliex ladarba dan il-General Ability Test kien wieħed kompjuterizzat (online digital format) ir-riżultat ma ħariġx dakinhar stess, iżda kellhom jgħaddu diversi ġranet biex inħareġ?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #18663 Sitting 444 2021-03-23 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MCESD u Employment Relations Board – kriterji biex persuna tippresjedi t-Tribunal Industrijali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji biex persuna tkun nominata biex tippresjedi t-Tribunal Industrijali u x’inhi l-proċedura ta’ għażla, b’referenza partikolari għall-funzjoni tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) u l-Employment Relations Board?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill Onor Interpellant għat-Taqsima 3 tal-Kapitlu 452 li kopja tagħha qed titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — persuni maħtura bħala membru ta’ bord jew entità

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19232 u jgħid kemm-il persuna hija maħtura mill-Ministeru bħala membru ta' bord jew entità oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, liema huma dawn il-ħatriet, kemm minnhom huma nisa jew irgiel, u jindika l-kariga li għaliha ġew maħtura u min huma?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat illi hemm 54 persuna maħtura f’bordijiet fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, li minnhom 12 huma nisa u 42 huma irġiel.
Leg 13 PQ #18650 Sitting 443 2021-03-22 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Enitità responsabbli mill-ġlieda kontra l-burokrazija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min hi l-entità responsabbli mill-ġlieda kontra l-burokrazija żejda?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tnaqqis fil-burokrazija li fuqu bba¿at it-tiġdid fis-Servizz Pubbliku effettivament dejjem tmexxa u tħaddem mis-Servizz Pubbliku nnifsu. Fl-aħħar sitt snin is-Servizz Pubbliku wettaq ‘il fuq minn 950 miżura ta’ simplifikazzjoni.
Leg 13 PQ #19105 Sitting 443 2021-03-22 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fil-Ministeru, jew entità li taqa’ taħtu?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. interpellant li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma jżommux informazzjoni tal-impjegati tagħhom skont jekk għandhomx diżabilità
Leg 13 PQ #20025 Sitting 443 2021-03-22 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

EU Solidarity Fund

Question

Jista’ l-Prim Ministru jispjega lill-Parlament x’inhi r-raġuni li Malta mhix inkluża mal-lista ta’ pajjiżi benefiċċjarji tas-somma ta’ kważi €530,000,000 imħabbrin mill-Kummissjoni Ewropea taħt l-EU Solidarity Fund il-ġimgħa li għaddiet?

Response (ABELA, ROBERT)

Meta faqqgħet l-imxija tal-COVID-19 l-għan tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (EUSF) ġie estiż biex jinkludi wkoll emerġenzi maġġuri tas-saħħa pubblika. It- termini t’eliġibilta ta’ dan il-Fond kien marbut b’kundizjonijiet li jinkludu livell minimu ta ’nefqa pubblika relatata mal-emerġenza, li fil-każ ta’ Malta kien stabbilit għal 0.3% tal-GNI li jfisser nefqa minima ta’ ftit aktar minn €34 miljun. Pero, din l-ispiża eliġibli trid tkun saret sa mhux aktar minn 4 xhur qabel minn mindu tkun dahlet l-ewwel mizura fil-pajjiż biex tindirizza l-emerġenza tas-saħħa pubblika. Jien infurmat li minn valutazzjoni li saret għall-perjodu ta’ żmien applikabbli, il-limiti stabiliti tal-EUSF ma ntlaħaqux u għalhekk ma kienx possibli ssir applikazzjoni taħt l-EUSF.
Leg 13 PQ #19081 Sitting 442 2021-03-17 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — safar, fuel u hospitality - nefqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17915, 15755, 16332 u 12264 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12089, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f'kull Dipartiment, uffiċċju, Awtorità u entitajiet oħra kwalunkwe li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra.Dan it-tagħrif huwa kemm kienet in-nefqa għas-safar, fuel u hospitality fid- Dipartimenti, uffiċċji u entitajiet oħra kwalunkwe fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 13 PQ #19847 Sitting 442 2021-03-17 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Selmun — binjiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet li għandu l-Gvern għal dawn il-binjiet f’Selmun: a. Il-Fortizza Campbell li tinsab fi stat ta’ abbandun; b. It-Torri ta’ de Redin fuq Għajn Ħadid li jinsab imwaqqa’; u c. Il-Kastell ta’ Selmun?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #19939 Sitting 440 2021-03-15 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Jobsplus — Ministru responsabbli

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min hu l-Ministru li taħtu taqa’ r-responsabilità tal-Jobs Plus?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor Interpellant li din l-entità hija parti mid-dekasteru tal-Ministeru għal-Finanżi u x-Xogħol.
Leg 13 PQ #19724 Sitting 437 2021-03-09 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati fis-servizz pubbliku minn skala 1 sa 5

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17923 u 19152 u jgħid kemm kien hemm impjegati fis-Servizz Pubbliku minn skala 1 sa 5 u kemm minnhom kienu ta' sess femminili mill-2010 ’l hawn, maqsuma sena b'sena? X'qed iżomm il-Prim Ministru milli jagħti din l-informazzjoni bażika u huwiex issa f'pożizzjoni li jagħtiha peress illi dewmien biex tingħata informazzjoni daqshekk bażika titfa' dawl ikrah fuq l-amministrazzjoni pubblika li ma jixirqilhiex?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal-lista annessa kif ninsab nfurmat. L-figuri juru li mil- 2010 sal-2020, il-persentaġġ ta’ nisa minn skala 1 sa 5 fis-Servizz Pubbliku huwa kwazi d-doppju. SENA % NISA 2010 24.85 2011 24.442 2012 26.551 2013 27.973 2014 32.118 2015 31.355 2016 31.924 2017 33.49 2018 37.423 2019 37.878 2020 Madwar 46

Uffiċċju tal-Prim Ministru — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija impjegata fil-Ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f’kull skala tas-salarju provdut fil-gradi ta’ salarji għas-servizz pubbliku u jgħid kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #19518 Sitting 436 2021-03-08 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Unjoni Ewropea – Recovery and Resilience Plan

Question

Jista’ l-Prim Minsitru jgħid jekk il-Gvern Malti ssottomettiex il-pjan tiegħu biex jieħu fondi mir-Recovery and Resilience Plan tal-Unjoni Ewropea? Jekk iva, jista’ jpoġġi l-pjan fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le, jista’ jgħid fiex wasal dan il-pjan?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 18634.
Leg 13 PQ #19531 Sitting 436 2021-03-08 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Talbiet skont il-Freedom of Information Act

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19382 u jgħid, sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm talbiet skont il-Freedom of Information Act? Kemm minnhom ġew rifjutati?

Response (ABELA, ROBERT)

Għal perjodu minn meta daħlet il-Freedom of Information Act sa Settembru 2020, nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 16583 tat-12 il-Legislatura u t-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari numri 2515,11380 u 16594 ta’din l-Legislatura. Ninsab nfurmat li minn Ottubru 2020 sa Frar 2021 kien hemm 22 talba. Ninsab infurmat ukoll li l-ebda talba għall-informazzjoni ma tiġi rifjutata. Kull talba titwieġeb skont kif tgħid il-liġi li titratta kif jiġu mwieġba dawn it-talbiet.