Jista' l-Ministru jgħid jekk binjiet ġodda bħall-Isptar Mater Dei għandux reservoir biex jinġabar l-ilma tax-xita li jinżel fuq dan il-bini?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Isptar Mater Dei huwa mgħammar b’ħames reservoirs tal-ilma li huma dawn:
· Tank 1 –
Domestic cold water
, kapaċita’ ta’ 510m³;
· Tank 2 –
Domestic cold water
, kapaċita’ ta’ 510m³;
· Tank 3 -
Domestic cold water
, kapaċita’ ta’ 500 m³;
· Tank 4 -
Domestic cold water
, kapaċita’ ta’ 1350m³;
·
Fire fighting water tank
–
Water for fire fighting system
, kapaċita’ ta’600m³;
Ninforma wkoll lill-Onor. nterpellant li l-binja l-ġdida fl-Isptar Mater Dei, jiġifieri ċ-Ċentru tal-Onkoloġija ser ikun mgħammar b’dawn ir-
reservoirs
:
· Tank 1 -
Domestic cold water
, kapaċita’ ta’ 138 m³;
· Tank 2 –
Domestic cold water
, kapaċita’ ta’ 154m³;
·
Fire fighting water tank
– kapaċita’ta’ madwar 113m³.
Infurmat wkoll li l-ilma li jinġabar minn fuq il-bjut tal-bini tal-Isptar Mater Dei imur ġewwa ‘
Soak-Away
’
Basin
speċjalizzat sabiex l-ilma tax-xita jgħaddi ġewwa l-pjan tal-ilma.
Jista’ l-Ministru jinvestiga rapporti li għadhom kif wasluli li l-mediċina Temazepam 10mg hija mill-ġdid out of stock mill-Parmacies of Your Own Choice, miċ-Ċentri tas-Saħħa u anki mill-ispizerija tal-Isptar Mater Dei filwaqt li mediċina simili ma tinbiegħx mill-ispiżeriji nfushom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Id-Dipartiment tal-Procurement (Taqsima tas-Saħħa) ilu li ordna din il-mediċina mis-16 ta’ Lulju 2010, mingħand ‘wholesaler dealer’ Ingliż (il-kuntrattur preżenti). Madankollu dan il-kuntrattur ma setax jissuplixxi dan il-prodott peress illi kien hemm problema ta’ manifattura mingħand il-manifattur. Skont l-aħħar informazjoni li għandna mingħand dan is-supplier l-stokk ġdid mistenni f’Jannar tal-2011. Ta’ min wieħed isemmi ukoll li peress li din hija mediċina kkontrollata, minħabba liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni, il-proċess ta’ mportazzjoni jieħu aktar fit-tul. Sadanittant saru diversi attentati biex din il-medicina tiġi mixtrija mingħand sorsi alternattivi pero s’issa għadu ma nstabx sors alternattiv. L-aħħar darba li din il-mediċina nxtrat b’kuntratt mingħand supplier Malti kien fl-2010. Madankollu wara diversi sejħiet għal-kwotazzjonijiet is-servizzi ta’ Procurement tal-Gvern baqa’ ma rċeviex kwotazzjonijiet mingħand suppliers Maltin.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — self ta' flus
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm hu l-ammont ta' self li kull kumpanija/entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu kien fl-aħħar tas-sena 2010? Ma' min huwa dan is-self? Meta huwa maħsub li jitħallas dan is-self? Kemm huwa l-imgħax dovut u x'inhi r-rata ta' imgħax fuq dan is-self? Dan is-self huwa garantit mill-gvern?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ebda entità li taqa’ taħt id-dekasteru tal-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, ma kellha xi ammont ta’ self fl-aħħar tas-sena 2010.
Jista' l-Ministru jara li titmexxa applikazzjoni għall-operazzjoni tal-kattareti ta' anzjan, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-operazzjonijiet tal-katarretti jsiru skont il-prijorità klinika tal-kundizzjoni tal-pazjent. Jekk il-pazjent qed iħoss li l-kundizzjoni tiegħu aggravat, it-tabib tal-familja tal-pazjent għandu jikkuntattja lill-konsulent tal-oftalmologija biex dan ikun jista’ jiddeċiedi l-urġenza tal-każ.
It-talba tal-Onor. Interpellant li “titmexxa applikazzjoni għall-operazzjoni” tagħti wieħed x'jifhem li l-Oppożizzjoni trid li d-diskrezzjoni ma tkunx aktar f’idejn il-konsulenti li jeżaminaw il-pazjenti, imma ssir f’idejn il-politiċi. Tfisser ukoll li l-Onor. Interpellant irid li ħaddieħor, għax mhux indikat minnu, jitpoġġa aktar lura biex titqabeż il-persuna li qed jindika hu.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla t-tħaffir għall-oqbra? Kemm se jitħaffru u meta se jitlesta x-xogħol? Kemm se jinqdew persuni li applikaw? Kemm se jkun jiswa kull qabar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Direttorat qiegħed fl-istadju finali sabiex jippreżenta proposti għall-istrateġija ħolistika dwar iċ-ċimiterji.
Il-ħsieb hu li jinbnew 2,989 qabar ġdid fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata.
Il-prezz ta’ kull qabar jiġi determinat wara li titlesta l-evalwazzjoni, u jiġi ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar ir-rakkmandazzjonijiet li għamel l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditur dwar ir-Rehabilitation Work Scheme fl-Isptar Mount Carmel fir-rapport tiegħu dwar Public Accounts 2009? Kemm kien hemm persuni fl-iskema li ngħataw flus iżjed milli suppost? X'inhu l-ammont ta' flus li għad irid jinġabar lura? X'passi ttieħdu s'issa biex l-iskema jkollha bażi legali?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir d-Day Centre għall-Anzjani fis-Siġġiewi li kien imwiegħed li se jsir għadd ta' snin ilu, u fejn se jsir?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità qiegħed fil-proċess li flimkien mall-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi jiftaħ Day Centre għall-Anzjani ta’ din il-lokalità. Id-day centre se jifforma parti mill-bini tal-Kunsill Lokali fil-Pjazza San Nikola, Siġġiewi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 22984, 22631 u 22530 u jipprovdi tabella li tinkludi kull talba li saret għall-inklużjoni ta' mediċina fil-formularji li ġiet approvata, bid-data tal-approval, u bid-data ta' meta saret l-ewwel ordni? Fejn ma saritx ordni, jista' l-Ministru jispjega għalfejn u meta se tinxtara?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — trasferiment ta' ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intalbu trasferimenti minn ħaddiema fid-dipartiment/uffiċini li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f’dawn l-aħħar sitt xhur u kemm minnhom intlaqgħu? Jista' jgħid minn liema dipartiment intalab it-trasferiment u għal fejn sar it-trasferiment?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — proprjetà immobiljari
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont xi proprjetà immobiljari għandu l-Ministeru tiegħu jew entità/kumpanija li jaqgħu taħtu mikrija mill-privat u kemm hu l-ammont ta' kera li tħallset lil privat mill-Ministeru tiegħu u kull kumpanija/entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu fis-sena 2010? Jista' jikkonferma jekk matul is-sena 2011 din il-kera hijiex se togħla?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' anzjana, li l-d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li tinsab id-dar waħidha mingħajr ħadd ma jkun magħha, din applikat għar-Residenza San Vinċenz de Paule u qed tistenna li jibagħtu għaliha, jista' jara li minħabba l-urġenza tal-każ tingħata l-attenzjoni meħtieġa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-anzjana li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant kienet applikat fis-27 ta’ Settembru 2010 biex tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paule jew fid-Djar tal-Anzjani ta’ Bormla jew taż-Żejtun. Din l-applikazzjoni ġiet approvata fit-18 ta’ Novembru 2010 biex tidħol f’waħda mid-Djar tal-Anzjani. Il-Bord reġa' ra dan il-każ fis-6 ta’ Jannar 2011 u reġa’ approva d-dħul għal waħda mid-Djar tal-Anzjani. L-anzjana ġiet infurmata b’din id-deċizjoni u ngħatat parir biex sakemm tkun għadha fuq il-lista ta’ stennija tagħmel użu mis-servizzi fil-komunità.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex fil-health centre ta' Ħal Qormi għal kważi xahar ma kienx hemm il-pilloli Atanadol 25mg, pilloli tal-pressjoni? Jista' jassigura li se jkun hemm minn dawn il-pilloli, speċjalment biex l-anzjani ma jkollhomx għalfejn joqgħodu jmorru minn health centre għall-oħra?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-pilloli Atenolol 25mg ilhom neqsin mill-ispiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa għal madwar erba’ ġimgħat. Dan kien riżultat ta’ każ ta’ appell li kien hemm quddiem id-Dipartiment tal-Kuntratti. Din il-kwisitjoni issa ġiet riżolta. Konsenja ta’ din il-mediċina waslet Malta fl-aħħar tal-ġimgħa li għaddiet.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi konkreti ttieħdu biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati mit-task force maħtura biex tevalwa s-servizzi tas-CDAU? Xi pjan ta' azzjoni tfassal biex jitjiebu s-servizzi?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fuq rakkommandazzjoni tat-task force ser toħroġ tender biex jiġu outsourced ċerti servizzi tas-Child Development Assessment Unit. Infurmat li t-tender għas-servizzi tal-occupational therapy mistennija toħroġ dalwaqt.
working group rakkmandat mill-Ombudsman — rapport finali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22932 u jgħid tlestiex ir-rapport finali tal-working group li kien ġie rakkmandat mill-Ombudsman f'Jannar 2009 dwar policy nazzjonali dwar l-immaniġjar tal-listi ta' stennija għall-operazzjonijiet fl-isptarijiet pubbliċi? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Mistoqsija Parlamentari tal-Onor. Interpellant timplika li t-twaqqif ta’ Working Group kienet rakkomandazzjoni tal-Ombudsman. Dan ma jidhirx li hu l-każ (ara pagna 3, Outcome, tar-Rapport tal-Ombudsman). Jidher li l-idea li jitwaqqaf Working Group kienet xi ħaġa nterna tal-Ministeru tal-Politika Soċjali ta’ dak iż-żmien, liema Working Group kien inkarigat biex jissottometti rakkomondazzjonijiet lill-Ministru tal-Politika Soċjali rigward il-management tal-waiting lists.
Dawn ir-rakkommandazzjonijiet li saru lill-Onor. Ministru ta’ dak iż-żmien qegħdin jiġu mplimentati u fil-fatt jidher ċar li kif juru statistiċi mħabbra, in-numru ta’ operazzjonijiet li jsiru ġewwa l-isptar Mater Dei qed ikompli jiżdied.
Il-Gvern huwa kommess li jkompli jnaqqas iż-żmien ta’ stennija għall-operazzjonijiet.
Peress li fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22527 il-Ministru indika, permezz ta’ tabella, li fl-ebda lokalità li jinsabu fin-Nofsinhar ta’ Malta għad m’hemmx is-sistema tal-Pharmacy of Your Choice imma jgħid biss li f’dawn il-lokalitajiet kollha bħalissa qed isir il-proċess ta’ reġistrazzjoni u peress li fit-tweġiba li l-Ministru tas-Saħħa preċedenti kien wieġeb, jiġifieri mistoqsija parlamentari 1280 imwieġba f’Ġunju tal-2008, kien intqal b’ħafna dettal meta il-proċess ta’ reġistrazzjoni f’dawn l-istess lokalitajiet kellu jibda bl-aħħar data kienet dik tad-29 ta’ Settembru 2008, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn ma ġewx segwiti d-dati ffissati mill-Ministru Dalli? Għalfejn kumbinazzjoni s-sistema s’issa ma ddaħħlet fl-ebda lokalità fin-Nofsinhar tal-pajjiż? Ma’ jaħsibx li dawn għandhom jingħataw prijorità assoluta meta wieħed iqis li l-lokalitajiet kollha qed ikollhom jinqdew mill-ispiżerija ta’ Raħal Ġdid bl-inkonvenjenzi kollha għaċ-ċittadini? Jista’, aktar milli jgħid li l-proċess se jitlesta sal-aħħar tal-2012, jagħti indikazzjoni kemm jista' jkun reali dwar meta l-Pharmacy of Your Choice se tibda f’dawn il-lokalitajiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 22527 ingħatat informazzjoni mhux korretta minħabba żball amministrattiv. Fil-fatt il-lokalitajiet li fihom kien inbeda il-proċess ta’ reġistrazzjoni huma Birkirkara u Santa Venera biss. Saret il-korrezzjoni meħtieġa u t-tweġiba emendata tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek [POYC] kompliet tinfirex f’lokalitajiet ġodda mill-5 ta’ Lulju 2010 wara li kienet waqfet għal xi żmien biex issir evalwazzjoni tas-sistema. Fl-aħħar 6 xhur tal-2010 l-Iskema infirxet ma’ Għawdex kollu, tas-Sliema u l-Iklin. Bħalissa qed jintlaqgħu ir-reġistrazzjonijiet tal-pazjenti ta’ Birkirkara u Sta. Venera, sabiex fil-ġimgħat li ġejjin l-Iskema tibda topera f’dawn il-lokalitajiet ukoll.
Il-lokalitjiet ta’ Tas-Sliema, Iklin u Birkirkara kienu l-unika lokalitajiet moqdija mill-Ispiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Gżira u ta’ Birkirkara rispettivament, u li kienu baqgħu barra meta ġiet sospiża l-Iskema fl-2008. Sabiex jiġi żgurat li dejjem isir l-aħjar użu mir-riżorsi, gie deċiż li l-Iskema tinfirex f’dawn il-lokalitajiet biex b’hekk il-‘
catchment areas
’ ta’ dawn iż-żewġ Ċentri tas-Saħħa jkunu kompluta u l-ispiżeriji tal-Gvern ikunu jistgħu jingħalqu.
Il-Pjan ta’ kif ser tkompli tinfirex l-Iskema ġie rivedut, u l-lokalitajiet li jmiss ser jitħabbru fi żmien qasir. Ma jkunx prudenti li dan jiġi mxandar għalissa minħabba l-fatt li r-
rollout
tiddependi minn diversi fatturi loġistiċi u prattiċi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 22983, 22630 u 22531 u jgħid kemm saru named patient requests fl-2010? Kemm minnhom ġew approvati? Minn dawn li ġew approvati, kemm minnhom inxtratilhom il-mediċina, bi spjega, għal dawk li għadha ma nxtratilhomx? Għalfejn ma nxtratilhomx u meta se tinxtralhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fis-sena 2010 kien hemm 1,010 named patient requests. Minn dawn, 822 il-każ ġew approvati mid-Departiment tal-Politika Farmaċewtika u Monitoraġġ. 188 il-każ ma ġewx approvati.
F’kaz ta’ talbiet ghall-mediċina li mhumiex skont il-protokoll tal-Gvern jew il-Formolarju, imma liema mediċina diġa tinxtara għal pazjenti ohra, jinħareġ permess mill-
Medicines Approval Section
. Minn dawn kien hemm 504 talbiet approvati.
F’każ ta’ mediċini li ġew approvati għal
named patients
imma m’humiex fil-Formularju tal-Gvern jew għadhom qatt ma ġew mixtrija, gew approvati 318 il-talba.
Sal-24 ta’ Jannar 2011 dawn il-mediċini inxtraw kollha ħlief għal 31 każ, li huma mqassma kif ġej:
§ 25 każ: il-mediċina ġiet ordnata u għadha ma waslitx
§ 3 każijiet: inbeda il-proċess tax-xiri
§ 1 każ: il-mediċina li ġiet approvata m’għadx hemm bżonnha
§ 2 każijiet: għadhom qed jiġu kjarifikati
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il magna Auto CPAP li tintuża f'kazijiet serjissimi ta' mard kroniku tal-pulmun hi disponibbli għal pazjenti bħalissa? Peress li min ikollu ċirkostanzi simili jkun anke f'diffikultajiet ta' natura ekonomika, għaliex din il-magna qed tingħata biss lil min hu fuq il-karta r-roża?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li bħalissa għad m’hemmx magni Auto CPAP disponibbli għall-pazjenti, iżda fl-Isptar Mater Dei hemm varjeta ta’ CPAPs, BiPAPs u non-invasive ventilators li jistgħu jintużaw f’każi serji ta’ mard kroniku tal-pulmun. Ħarġet sejħa biex jinxtraw numru ta’ magni Auto CPAP oħra u l-proċess qiegħed fl-istadju finali tal-aġġudikazzjoni.
Pazjenti b’mard kroniku respiratorju li huma intitolati għall-kartuna safra jistgħu jingħataw magni skont il-ħtieġa tal-kundizzjoni medika u jħallsu biss id-depożitu rifondibbli ta’ €466. Fil-każ ta’ pazjenti li għandhom
obstructive sleep apnoea
peress illi din il-kundizzjoni mhix koperta mill-kartuna s-safra, huma biss pazjenti bil-kartuna roża li jistgħu jibbenefikaw minn dawn il-magni bi ħlas ta’ depożitu rifondibbli ta’ €466
postijiet tax-xogħol fi ħdan iċ-Ċivil — first-aid boxes
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx sar xi eżerċizzju biex ikun stabbilit jekk fuq postijiet tax-xogħol fi ħdan iċ-Ċivil hemmx first-aid boxes? Jekk iva, x’irriżulta minn dan l-eżerċizzju? Jekk le, għaliex u hemmx il-ħsieb li jsir eżerċizzju bħal dan?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xoghol (OHSA) tagħmel diversi spezzjonijiet f’dipartimenti tal-gvern, biex ikun żgurat il-ħarsien tal-liġijiet kollha ta’ saħħa u sigurta fuq il-post tax-xogħol. Waqt dawn l-ispezzjonijiet, tingħata attenzjoni partikolari lil hekk imsejħa management systems, li jinkludu (iżda mhux biss) l-iżvilupp ta’ policy dipartimentali dwar saħħa u sigurta, l-appuntar ta’ persuni kompetenti biex jgħinu lil min iħaddem fil-miżuri li jkunu jridu jittieħdu, l-appuntar ta’ rappreżentanti tal-ħaddiema li jridu jiġu kkonsultati dwar kull aspett tas-saħħa u s-sigurtà tagħhom, u l-organiżżar tal-eżerċizzji ta’ evalwar ta’ riskji fuq ix-xogħol. Meta f’post tax-xogħol jkun hemm dawn is-sistemi msemmija, jkunu identifikati dawk il-miżuri li jkunu jridu jittieħdu, inkluż miżuri bħal ma hu l-provvediment ta’ first aid boxes.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija 22165 u jgħid jekk persuni li jbatu minn keratoconus jingħatawx trattament permezz ta’ intervent fl-Isptar Mater Dei?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li jekk pazjent bil-keratoconus ikollu bżonn trapjant tal-cornea, dan it-trattament ikun jista’ jsir fl-Isptar Mater Dei.