Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29636 u jgħid għaliex ġew ikkanċellati t-titjiriet li l-Air Malta kienet skedat għal-Libja għal Novembru 2011? Jista’ jgħid jekk id-delegazzjoni teknika inkarigata biex tħejji safety assessment in konnessjoni mat-titijiriet għal-Libja, liema delegazzjoni teknika kienet imħabbra aktar kmieni dan ix-xahar, għamlitx ix-xogħol tagħha? Jekk iva, jista’ jgħid għaliex ġew ikkanċellati t-titjiriet għal-Libja li kienu ġew skedati għal Novembru 2011 u jekk le, jista’ jagħti r-raġunijiet għaliex?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li matul il-perjodu ta’ konflitt fil-Libya t-titjiriet tal-Air Malta għal Tripli inżammu fuq is-sistema ta’ l-Air Malta iżda baqgħu magħluqa għal bejh. Fir-rigward tal-konsumatur ma kienx hemm servizz offrut matul dan iż-żmien u għalhekk ma kienx hemm servizz li ġie ikkanċellat. Id-delegazzjoni teknika żaret il-Libya fl-aħħar ta’ Ottubru u reġgħet għamlet żjara oħra issa f’nofs Novembru. Id-delegazzjoni stħarrġet aspetti fil-qasam tal-flight operation, is-sigurtà, sapport fl-inġinerija, operazzjonijiet ta’ ground handling u ajruport kif ukoll f’dak li hu kummerċjali u regolatroju. Wara t-tieni żjara l-Air Malta ħadet id-deċiżjoni li tibda mill-ġdid is-servizz mit 28 ta’ Novembru, 2011.
Jista' l-Ministru jgħid liema parroċċi tal-Knisja Kattolika bbenefikaw mill-Good Causes Fund sena b'sena minn mindu twaqqaf? Kemm ibbenefikaw f'kull każ u x'kienet il-kawża ġusta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dipartiment tat-Taxxi Interni — impjegati sportivi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sportiv u coach/tekniku sportiv hu reġistrat bħala full-time u part-time mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni separatament? Kemm-il persuna/kumpanija/klabb/għaqda sportiva ddikjarat li ħallset pagi u/jew allowances lil sportivi matul is-sena 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Delimara Power Station — implikazzjonijiet finanzjarji
Question
Jista' l-Ministru kif il-Korporazzjoni Enemalta qabbdet lill-KPMG biex tistudja l-implikazzjonijiet finanzjarji tal-estensjoni tal-powerstation f'Delimara jekk taħdimx bil-HFO jew bid-diesel? Dan sar b'direct order jew b'tender? F'kull każ, kemm ġie jiswa l-istudju? Meta ntgħażlet il-KPMG ġie kkunsidrat il-fatt li din id-ditta hija l-awditur tal-BWSC ukoll? Meta ħadet dawn id-deċiżjonijiet il-Korporazzjoni Enemalta rat jekk marritx kontra r-rakkmandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali fiż-żewġ rapporti li għamel fuq il-kuntratt lill-BWSC tal-estensjoni tal-power station ta' Delimara?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jieħu azzjoni permezz tal-Korporazzjoni Enemalta sabiex jara li bozoz li huma maqtugħa u li huma responsabbilità tal-Enemalta u mhux tal-kunsill lokali, jkunu mibdula u mixgħula peress li dawn il-bozoz maqtugħin jinsabu f'Church Street minn quddiem l-Alexandra Hotel sal-Buon Cafè u faċċata tal-venda tal-linja quddiem Pender Palace ġewwa Paceville?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn investigazzjoni li saret jirriżulta li fost il-bozoz mitfija hemm 3 bozoz li huma responsabbilta’ tal-Enemalta. Il-manutenzjoni ta’ dawn il-bozoz saret.
Bank of Valletta, Valletta Fund Management Ltd u Valletta Fund Services Ltd — informazzjoni dwar l-istaff
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi lista ta’ membri tal-istaff u ta’ qraba, ġenituri, tfal jew aħwa jew nies oħra li jgħixu fl-istess household tagħhom, liema staff kienu jaħdmu fil-Bank of Valletta, Valletta Fund Management Ltd u Valletta Fund Services Ltd matul l-2008 u li fdew l-investiment tagħhom fil-La Valette Multi Manager Property Fund? Jekk il-Ministru jsib oġġezzjoni li jidentifika l-istess individwi, jista' jagħti l-istess informazzjoni forma ta’ statistika? Jista’ jikkonferma li diġà ftit ġimgħat wara l-ewwel allegazzjonijiet li saru f’dan ir-rigward, l-Awtorità ta' Malta dwar Servizzi Finanzjarji diġà kienet sabet evidenza prima facie ta’ dan it-tip wara eżerċizzju ta’ intelligence gathering li kienet għamlet? X’irriżulta s’issa fir-rigward tal-investigazzjoni tal-fidi ta’ dan l-investiment minn direttur tas-SICAV, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, kif joħroġ ċar minn dokumenti pubbliċi? Jista' jikkonferma li fl-ewwel xhur tal-2008 saret kampanja low-key fost il-Financial Planning Officers tal-Bank of Valletta li fid-dawl tal-aħbarijiet ħżiena li kienu qed jirċievu dwar il-Belgravia kellhom jikkuntattjaw lill-klijenti li kienu jqisu preferenzjali, inkluż dawk b’holdings kbar, biex jgħidulhom ibiegħu jew inaqqsu kollox?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-artijiet li għaddew mingħand id-Dipartiment tal-Artijiet għal għand individwi fl-aħħar erba’ snin fl-inħawi tal-Gudja, Ħal Għaxaq, Ħal Tarxien, Santa Luċija, u Raħal Ġdid? F’każ li dawn ingħataw wara sejħa pubblika, jista' jagħti dettalji ta' meta saret is-sejħa? Kemm kien hemm offerti u meta ttieħdu d-deċiżjonijiet finali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — awtoritajiet, entitajiet u bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28122 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24771, jista' l-Ministru jagħti dettaji ta' kemm hemm persuni fuq kull awtorità jew bord li huma taħt id-dekasteru tiegħu u kemm jitħallsu kull sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — records ta' ħsarat
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 30177, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu, skont ir-records tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, in-numru ta' rapporti li daħlu dwar ħsarat fis-sistema tal-ilma u drenaġġ, rispettivament, fiż-żona ta' San Pawl il-Baħar, matul ix-xhur, individwalment ta' Awwissu, Settembru u Ottubru 2011? Kemm minn dawn il-ħsarat għadhom ma ġewx imsewwija?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Spiża fuq salarji u perkaċċi li l-Gvern iħallas lill-awtoritajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 30163 u 27925 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella tal-ispiża tas-salarji u perkaċċi li l-gvern iħallas lill-awtoritajiet? Jistgħu dawn ikunu preżentati separatament skont il-gradi sa mis-sena 2004 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid min huwa intitolat għal eco-contribution meta jħallas il-kont tad-dawl u l-ilma u meta persuna ma tibqax intitolata għal dan il-benefiċċju?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Persuni 'l fuq minn 61 sena ma jistgħux jagħmlu debit card
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-persuni li għandhom 'il fuq minn 61 sena ma jkollux dritt li jagħmlu debit card? Jista' l-gvern jintervjeni biex jara li dawn ir-regolamenti diskriminatorji u li huma ibbazati fuq diskriminazzjoni ta' eta' jiġu rranġati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi m’hemm l-ebda regolament li jipprekludi persuni li għandhom ‘il fuq minn 61 sena milli jagħmlu debit card. Fil-fatt il-banek ewlenin saħansitra jħeġġu lil persuni li għandhom ‘il fuq minn 61 sena biex jagħmlu debit card sabiex b’hekk jiffrankaw il-kjuwijiet u ma jkollhomx għalfejn iġorru ħafna flus fuqhom. Kull persuna li tapplika għal debit card però jrid ikollha kont ta’ tifdil jew kont kurrenti mal-bank ikkonċernat, biex id-debit card tkun abbinata ma’ dak il-kont. Hemm ukoll xi termini u kundizzjonijiet oħra li japplikaw. Kull bank għandu l-policies tiegħu f’dan ir-rigward.
Persuni 'l fuq minn 70 ma jistgħux jagħmlu insurance tas-safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-persuni li għandhom 'il fuq minn 70 sena ma jkollux dritt li jagħmlu insurance biex isiefru ? Jista' l-Gvern jintervjeni biex jara li dawn ir-regolamenti diskriminatorji u li huma ibbazati fuq diskriminazzjoni ta' eta' jiġu rranġati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi m’hemm l-ebda regolament li jipprojbixxi t-travel insurance għal persuni ‘l fuq minn 70 sena.
Iżda ninsab infurmat illi hemm numru ta’ aġenziji ta’ assikurazzjoni li ma jipprovdux
travel insurance
jew jipprovduha bi premium ogħla, għal persuni ‘l fuq minn ċerta età. Madankollu, il-klijent huwa liberu li jagħżel kumpaniji oħra li jipprovdu s-servizz meħtieġ minnu. Din l-għażla twessgħet meta Malta saret membru tal-Unjoni Ewropea, peress li hemm numru tajjeb ta’ kumpaniji ta’
insurance
Ewropej li qed joperaw f’Malta taħt il-leġislazzjoni Ewropea fuq l-
insurance passport
.
Lukandi u ristoranti li bbenefikaw minn soft loans fuq enerġija alternattiva
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-lukandi u r-ristoranti li matul din is-sena bbenefikaw mill-iskema ta' soft loans immirata għal proġetti li jnaqqsu d-dipendenza fuq enerġija tradizzjonali u biex tiġi ġġenerata enerġija nadifa?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29740.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fejn għalkemm min-naħa tal-ARMS Ltd. qalulha li m'għandha tħallas xejn u saħansitra anke karti għandha li juri li veru m'għandha xejn xi tħallas, issa rċeviet kont ta' €644.91?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Tarxien — Wires tad-dawl għaddejjin minn taħt ġnien
Question
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 28273, jista' l-Ministru jkompli jsegwi l-każ tal-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi biex ikun jista' isir x-xogħol meħtieġ hemm bżonn issir trinka. Il-proċess biex issir it-trinka beda u qiegħed fi stadju avvanzat.
Economist Intelligence Unit — esportazzjoni u importazzjoni ta' żejt
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29361 u jgħid x'inhi r-reazzjoni uffiċjali tal-gvern għall-fatt li Malta kif indikat l-Economist Intelligence Unit tidher li esportat żejt aktar milli importat meta pajjiżna mhuwiex produttur taż-żejt?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika investiga dak li rrappurtaw l-importaturi u l-esportaturi taż-żejt, u fid-9 ta’ Novembru ħarget News Release 215/2011, li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Billi għadd ta’ pajjiżi jużaw bħala definizzjoni għal dak li jissejjaħ fuel poverty persentaġġ tad-dħul nett tagħhom li jitħallas fuq il-kontijiet tagħhom tal-enerġija, jista' l-Ministru jgħid f’pajjiżna fuq liema persentaġġ tad-dħul medju tal-individwi jiġi kkalkulat dan? Kemm huwa stmat b’mod approssimattiv li hawn familji Maltin li qegħdin isofru minn fuel jew energy povertyperess li f'pajjiżi bħar-Renju Unit il-fuel poverty huwa mifhum li jiġi fis-seħħ meta wieħed iħallas f’kontijiet tad-dawl u ilma flimkien ma' spejjeż oħrajn relatati mal-enerġija 'l fuq minn 10% tad-dħul net tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29734, jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li s-sistema tad-drenaġġ tar-Rabat u Ħad-Dingli se tiġi mqabbda mar-relief main fil-bypass tal-Imtarfa?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi dan ix-xogħol, qiegħed fil-programm tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, u mistenna li jsir fiż-żmien li ġej.