Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Gudja — Resurfacing works at MIA ring road

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq resurfacing works at MIA ring road, il-Gudja u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett ta’ resurfacing works at MIA ring road, il-Gudja, huwa parti mill-pjan tal-Gvern li jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Infrastructure Malta tibqa’ twettaq proġett wara ieħor li jkompli jipprepara lil Malta għal-lum u l-futur; proġetti li gvernijiet ta’ qabel l-2013 ma kellhomx ir-rieda u l-viżjoni li jwettaqhom u dejjem ħares band’oħra meta affaċjat bi pressjoni.

Il-Gżira — Triq Manoel de Vilhena/Triq Carlo Manchè - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Triq Manoel de Vilhena, u parti minn Triq Carlo Manchè, il-Gżira u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett fi Triq Manoel de Vilhena/ Triq Carlo Manchè, il-Gżira huwa parti mill-pjan tal-Gvern li jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Infrastructure Malta tibqa’ twettaq proġett wara ieħor li jkompli jipprepara lil Malta għal-lum u l-futur; proġetti li gvernijiet ta’ qabel l-2013 ma kellhomx ir-rieda u l-viżjoni li jwettaqhom u dejjem ħares band’oħra meta affaċjat bi pressjoni.

Il-Gżira – Xatt ta’ Tignè — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Ix-Xatt ta' Tignè, il-Gżira u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett fix-Xatt ta’ Tignè, il-Gżira huwa parti mill-pjan tal-Gvern li jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Infrastructure Malta tibqa’ twettaq proġett wara ieħor li jkompli jipprepara lil Malta għal-lum u l-futur; proġetti li gvernijiet ta’ qabel l-2013 ma kellhomx ir-rieda u l-viżjoni li jwettaqhom u dejjem ħares band’oħra meta affaċjat bi pressjoni.

Il-Ħamrun — Triq San Ġwann - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Triq San Ġwann, il-Ħamrun u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett fi Triq San Ġwann, il-Ħamrun huwa parti mill-pjan tal-Gvern jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Infrastructure Malta tibqa’ twettaq proġett wara ieħor li jkompli jipprepara lil Malta għal-lum u l-futur; proġetti li gvernijiet ta’ qabel l-2013 ma kellhomx ir-rieda u l-viżjoni li jwettaqhom u dejjem ħares band’oħra meta affaċjat bi pressjoni.

Vetturi bil-‘GY’ u ‘LY’ plates – Garaxxijiet u parkeġġi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16912, jista' l-Ministru jagħti l-indirizzi tas-seba’ garaxxijiet użati minn operaturi li għandhom aktar minn 50 vettura imsemmija fit-tweġiba?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi preżentament it-tlett operaturi imsemmija fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16912 għandhom issegwenti garaxxijiet. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Il-Kalkara — Triq Santu Rokku – Zebra crossing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li fil-bidu ta’ Triq Santu Rokku, il-Kalkara min-naħa tal-Kunvent tal-Kappuċċini, isiru żewġ zebra crossings sabiex il-qsim min-naħa għal oħra jsir b’iktar attenzjoni?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fiż-żona msemmija huwa pjanat proġett ta’ kostruzzjoni kif ukoll upgrade ta’ toroq li huma suġġetti għal road safety audit u ser ikun qed jinkludi wkoll l-infrastruttura neċessarja għal-pedestrians.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2023?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W205.

Vetturi bil-‘Y Plate’ — Infurzar

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir l-infurzar meħtieġ fuq numru kbir ta' vetturi b'LY plates li qegħdin ikunu pparkjati f'parkeġġi pubbliċi fit-triq, fi Triq San Anard, f'San Ġwann?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet nota tas-suġġeriment.

Tankijiet tal-asbestos — Prekawzjonijiet qabel jitwaqqgħu djar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18845 u 19119 li originarjament saru lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar rispettivament u jgħid xi prekawzjonijiet qed jittieħdu qabel ma titwaqqa’ dar li jinstab li fiha hemm tankijiet tal-asbestos?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Tankijiet tal-asbestos — Ħaddiema professjonali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18846 u 19120 li originarjament saru lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar rispettivament u jgħid jekk meta jinstabu tankijiet tal-asbestos humiex jissejħu timijiet ta’ ħaddiema professjonali li jafu kif jiddisponu minn dan il-materjal tant perikoluż?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Ix-Xemxija — Karozzi tal-Linja - Special service provdut

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhu 'l-ispecial service' li qed jiġi pprovdut permezz ta' karozzi tal-linja mix-Xemxija? Jista’ jgħid ukoll fiex jikkonsisti dan is-servizz u min qed iħallas għalih? Kemm ilu jingħata dan is-servizz u meta hu mistenni li jintemm?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-servizz li qiegħed jingħata permezz ta’ karozzi tal-linja mix-Xemxija taħt it-titolu ta’ ‘Special Service’ huwa servizz temporanju li qiegħed jingħata bejn ix-Xemxija u Għajn Tuffieħa (u lura) bi frekwenza ta’ kull nofs siegħa. Dan is-servizz qiegħed isir sabiex sakemm ikun lest ix-xogħol infrastrutturali fit-triq li tgħaqqad ix-Xemxija m’ Għajn Tuffieħa jibqa’ jkun hemm konnettività bejn iż-żewġt inħawi. Dan is-servizz qiegħed jiġi mħallas mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u beda jingħata min-Novembru 2023.

Buġibba — Breakwater - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-breakwater ta' Buġibba? Meta hu mistenni li jitlesta dan ix-xogħol u kemm hu mistenni li jiġi jiswa? Jista’ jgħid ukoll min hu mistenni li jkun qed jagħti servizz minn dan l-istess breakwater?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq il-Buġibba breakwater bdew f’Ottubru 2022 u mistennija jkunu lesti għal April 2025. Il-proġett hu stmat li ser jiġi jiswa madwar 13.8 miljun Ewro Vat eskluż.

Triq tal-Barrani — Pjan

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16092 dwar junctions li hemm magħluqa bil-konkos f'Tal-Barrani, jista' l-Ministru jgħid kienx hemm xi żviluppi dwar il-proposti u l-konsultazzjonijiet imsemmija? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx pjani finalizzati għal dawn il-junctions?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li rigward il-junctions imsemmija fil-mistoqsija parlamentari 16092, Infrastructure Malta qed tikkonkludi l-istudji u il-pjanti tal-proposta finali, filwaqt li tagħmel kordinazzjoni ma’ entitajiet differenti, sabiex tittejjeb l-aċċessibilità għal-lokalitajiet fl-inħawi. L-aħħar pjanti ser ikunu qed jiġu diskussi mal-Kunsill Lokali qabel jitressqu quddiem l-Awtorità tat-Trasport għal-kunsiderazzjoni tal-istess Awtorità.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Reklami fuq online portals - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq online portals mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-online portal li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma tħallas l-ebda riklam fuq online portals.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi – Kuntratti ma’ kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kuntratti għandu l-Ministeru, u/jew kull entità li taqa' taħtu, mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kemm jiswa kull kuntratt u b'liema mod ingħata (direct order, tender, quotations, eċċ.)?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Ministeru għat-Transport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u/jew kull entità li taqa’ taħtu, m’għandhomx kuntratti mal-kumpanija msemmija.

Boat parties – livell tal-mużika ġewwa l-port

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19085, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kundizzjonijiet li jsiru fil-permess ta' dawn it-tip ta' boat parties, inkluż il-kundizzjonijiet tal-livell tal-mużika?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-organiżżaturi tal-boat parties huma meħtieġa li jinnotifikaw formalment lill-Awtorità tal-Port għall-awtoriżżazzjoni, u meħtieġa jikkonformaw mal-Avviż lill-Baħħara relatat u l-kundizzjonijiet tal-permess inkluż il-livelli tal-mużika. L-Ispettorat tal-Port u l-Martime Enforcement Unit jagħmlu spezzjoni ad hoc biex jiżguraw il-konformità.

San Ġiljan – Triq Paceville — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19036 u jgħid meta hu ppjanat li jitlesta x-xogħol fi Triq Paceville, San Ġiljan, hekk kif din ilha xhur magħluqa minħabba xogħlijiet li qed isiru?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill- Onor Interpellant li ix-xogħlijiet jikkonsistu fi tliet fazijiet ewlenin. Bħalissa għaddejjin xogħlijiet tul l-ewwel fażi fi Triq Paceville bejn Triq Gort u Triq Wilga, San Giljan. Ix-xogħlijiet f’kull fażi jinkludu; • Kostruzzjoni ta 'sistema ġdida tad-drenaġġ bil-gravità • Kostruzzjoni ta' sistema ġdida ghal gbir ta ilma tax-xita • Titjib tas-sistema tal-ilma tax-xorb • Titjib tas-sistema tal-ippumpjar tad-drenaġġ • Tisħiħ tas-Sistema Elettrika tal-Enemalta • Titjib tar-rotot tat-Telekomunikazzjoni • Rikostruzzjoni ta' formazzjoni ta' triq • Xogħlijiet ta’ tisbiħ li jinvolvu l-aġġornament tal-materjali tal-bankina, riabilitazzjoni tal-iskema tal-pajsaġġ bl-introduzzjoni ta’ diversi siġar u għamara tat-triq ġdida. Ix-xogħlijiet tul il-fażi 1 bdew lejn l-aħħar ta’ Frar-2024, it-triq mhix magħluqa għal kollox iżda parti minnha u t-traffiku qed jiġi ddevjat kif xieraq, l-aċċess pedonali dejjem jingħata tul it-triq kollha. Ix-xogħlijiet huma skedati li jitlestew fil-bidu tas-sena 2025.

Il-Gudja – Triq San Mark — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ser jiġu jiswew u meta ser ikunu konklużi x-xogħlijiet li qegħdin isiru fi Triq San Mark il-Gudja?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li għaddejin fi Triq San Mark u Triq Ġlormu Cassar, Gudja huma stmati li ser jiġu jiswew madwar €275,000. Dawn ix-xogħlijiet għandhom ikunu lesti fix-xhur li ġejjin.

Il-Kalkara — Bajja ta' Rinella - xogħlijiet ta’ manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid humiex ser isiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni neċessarji fil-Bajja tar-Rinella l-Kalkara fix-xahar li ġej, qabel jibda l-istaġun tas-sajf?

Response (BONETT, CHRIS)

Nitlob lill- Onor Interpellant biex jispjega aħjar għal x’tip ta xogħol ta’ manutenzjoni qiegħed jirreferi għalih.