Legislature:
Category:
Reset
Active:

Victoria Lines — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet li saru fil-Victoria Lines minn Infrastruttura Malta kellux l-approvazzjoni tas-Sovritendenza tal-Patrimonju Kulturali? Jekk iva, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument li juri tali approvazzjoni?

Response (BORG, IAN)

Bħala parti mill-investiment kontinwu tagħha f’infrastruttura aktar sigura, aktar effiċjenti u aktar sostenibbli f’pajjiżna, Infrastructure Malta għaddejja bi programm estensiv ta’ tiswijiet u manutenzjoni ta’ mijiet ta’ toroq rurali. Aktar kmieni din is-sena, l-aġenzija bdiet tiksi mill-ġdid triq li kienet diġa miksija bil-konkos fil-passat, fil-limiti tad-Dwejra, bejn l-Imġarr u r-Rabat. Din it-triq dejqa kellha partijiet miksijin bl-asfalt u oħrajn bil-konkos, i¿da matul is-snin, minħabba nuqqas ta’ manutenzjoni, il-wiċċ tagħha spiċċa fi stat ħażin ħafna. Ix-xogħlijiet bdew wara li nkisbu l-permessi meħtieġa għal xogħlijiet f’toroq e¿istenti. L-ewwel xogħlijiet bdew f’parti mit-triq li m’hijiex viċin il-Victoria Lines u li m’hijiex koperta bl-ebda tip ta’ skedar jew protezzjoni oħra ambjentali jew arkeoloġika. Meta x-xogħol kien qed joqrob lejn art li tinsab mal-burdura (buffer) taż-żona ta’ protezzjoni tal-istrutturi tal-Victoria Lines, Infrastructure Malta u s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali ddiskutew ix-xogħlijiet u ftiehmu li l-kumplament tat-triq hekk kif toqrob lejn is-sit tal-Victoria Lines jinkesa b’materjal simili tal-konkos li huwa aktar adattat għal postijiet bħal dawn. Dan it-tip ta’ materjal intuża fil-passat f’siti oħra ta’ importanza storika jew ambjentali peress li huwa meqjus bħala mod sostenibbli kif ittejjeb l-aċċessibilità ta’ toroq bħal dawn mingħajr ma jintuża asfalt jew konkos. Wara li tlestew ix-xogħlijiet fit-tieni parti tat-triq, Infrastructure Malta ddeċidiet li sabiex tiffaċilità l-manutenzjoni tal-istess triq fil-futur, l-ewwel parti tat-triq li kienet diġa saret bil-konkos, tinkesa bl-istess materjal, ħalli tkun kollha bl-istess tip ta’ wiċċ. B’hekk, permezz ta’ din il-ħidma b’konsultazzjoni mas-Sovrintendenza, l-aċċess għal dawn l-inħawi għall-bdiewa, sidien ta’ propjetajiet fl-inħawi u ħafna persuni oħrajn li jżuru dawn in-naħat għal xi mixja, issa huwa ferm aħjar milli kif kien tħalla għal ħafna snin fil-passat.

Tarzna – Shore to Ship

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tax-Shore to Ship fejn għandha x’taqsam it-Tarzna?

Response (BORG, IAN)

Qabel xejn, qiegħed jiġi mifhum li bit-terminu “Tarzna”, l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal Palumbo Shipyard. Ninsab infurmat li Infrastucture Malta ghaddejja bl-istudji sabiex tiddetermina l-bżonnijiet li hemm u l-fattibilità għal Onshore Power Supply f’din it-tarzna. Dan għaliex infrastruttura bħal din tirrikjedi investiment kbir u l-fatt illi hija mmexxija minn operatur privat, wieħed irid ukoll jikkunsidra l-mekkaniżmu adattat għal fondi neċessarju u għall-irkupru tal-ispejjeż. Il-Gvern huwa konxju mit-tħassib u mill-ilmenti tar-residenti li joqogħdu fil-viċin minħabba l-emissjonijiet minn bastimenti kbar u huwa kommess li jindirizzahom.

Operaturi ta’ minibuses i dgħajjes għall-użu ta’ skop turistiku – eżenzjoni mill-ħlas tal-liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex Transport Malta ma eżentatx l-operaturi ta' minibuses u dgħajjes li jintużaw għal skop turistiku mill-ħlas tal-liċenzji tagħhom matul il-perjodu tal-pandemija?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Inawgurazzjoni tal-Marsa Junction — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il inawgurazzjoni saret b'rabta mal-multi-level junction tal-Marsa u tal-Underpass ta' Santa Luċija? Kemm ġiet tiswa kull inawgurazzjoni?

Response (BORG, IAN)

Tagħrif dwar il-proġett tal-mini ġodda taħt ir-roudabout ta’ Santa Luċija, u l-inawgurazzjoni ta’ dan l-investiment t’€20 miljun ingħataw fit-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari numru 18432 f’Seduta 422. Għal tagħrif dwar il-Marsa Junction Project, l-akbar proġett infrastrutturali li qatt sar fit-toroq Maltin, b’investiment ta’ €70 miljun, u dwar l-attivitajiet t’inawgurazzjoni u ta’ ringrazzjament lill-pubbliku u l-ħaddiema ta’ dan il-proġett li saru fl-2019 (meta nfetħu l-ewwel żewġ flyovers), u fil-ġimgħat li għaddew, nirreferi lill-Onorevoli Bezzina għat-tweġiba tal-mistoqsijiet Parlamentari 11260, 20562 u 20564 li ngħataw fis-Seduti 251, 452 u 453 rispettivament.

Public Service Obligation (Maritime Transportation)

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-Public Service Obligation (Maritime Transportation), għal kemm ammont fi flus, x'rotot koprew, kemm kien il-patronaġġ u min huma l-operaturi li bbenefikaw minn dan il-Public Service Obligation, sena b'sena, mill-2015 sal-2020?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li l-operatur li jibbenifika minn dan il-Public Service Obligation (Maritime Transportation) huwa Malta Motorways of the Sea. L-għan ta’ dan il-PSO huwa li jiġi assigurat il-provista ta’ servizz ta’ merkanzija bil-baħar bejn Malta u l-portijiet ta’ Genoa, Reggio Calabria, Palermo jew Catania (skont il-ħtieġa). L-informazzjoni l-oħra mitluba f’din il-mistoqsija hija meqjusa bħala waħda ta’ natura sensitiva.

Public Service Obligation (Public Transport)

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-Public Service Obligation (Public Transport), għal kemm ammont fi flus, kemm kien il-patronaġġ u min huma l-operaturi li bbenefikaw minn dan il-Public Service Obligation, sena b'sena, mill-2015 sal-2020?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li l-operatur li jibbenifika minn dan il-Public Service (Public Transport) tirreferi għas- sussidju li jitħallas għas-servizz tat-trasport pubbliku bi skeda li jitħallas lill- operatur tat-trasport publiku jiġifieri il-Malta Public Transport. L-informazzjoni l-oħra mitluba f’din il-mistoqsija hija meqjusa bħala waħda ta’ natura sensitiva.

Public Service Obligation (Inter-Island Transportation)

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-Public Service Obligation (Inter-Island Transportation), għal kemm ammont fi flus, kemm kien il-patronaġġ u min huma l-operaturi li bbenefikaw minn dan il-Public Service Obligation, sena b'sena, mill-2015 sal-2020?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li l-operatur li jibbenfika minn dan il-Public Service Obligation (Inter-Island Transportation) huwa Gozo Channel Transport Joint Venture. L-għan ta’ dan il-PSO huwa li jiġi assigurat il-provista ta’ ‘life line’ services bejn Malta u Għawdex. L-informazzjoni l-oħra mitluba f’din il-mistoqsija hija meqjusa bħala waħda ta’ natura sensitiva.

Tal-Linja Card — Programm

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tinkludi l-inizjattiva u programm ta' Tal-Linja Card kif inhu mniżżel fl-Estimi Finanzjarji tal-Bagit, għal kemm tammonta fi flus, min huma l-kumpanii u operaturi li bbenefikaw minn dawn il-flus u kemm kien il-patronaġġ minn din l-inizjattiva, sena b'sena, mill-2015 sal-2020?

Response (BORG, IAN)

Nibda biex infiehem lill-Onor. Interpellant li l-benefiċċjarji tal-miżura tat-trasport pubbliku b’xejn huma persuni li jaqgħu f’ċertu faxex ta’ passiġġiera u mhux lill-kumpanji jew operaturi. Fit-tabella sussegwenti wieħed isib l-informazzjoni mitluba: Sena Benefiċċarji Patronagg Valur 2017 Persuni ta 18 il-sena 573,861 €244,403.19 2018 Persuni ta bejn is-16 u 20 Sena 5,262,838 €2,227,727.55 2019 Persuni ta bejn 14 u 20 sena, Studenti ta 21 u izjed u persuni b'disabilita 7,948,860 €3,400,904.70 2020 Persuni ta bejn 14 u 20 sena, Studenti ta 21 u izjed, persuni b'disabilita u persuni li għandhom 75 sena u aktar 5,702,083 €2,083,648.50

Karozzi tal-linja — Inċidenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti li kienu jinvolvu karozzi tal-linja, sena b'sena, mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minn informazzjoni miksuba mingħand l-operatur tat-trasport pubbliku l-ammont ta’ inċidenti li fihom kienu involuti karozzi tal-linja mill-2015 sa l-aħħar tat-2020 kien hekk kif ġej: · 2015 - 1,852 · 2016 - 2,151 · 2017 - 1,855 · 2018 - 1,834 · 2019 - 1,579 · 2020 - 878

Raħal il-Ġdid – Triq li tgħaddi fi Pjazza Antoine De Paule

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19980, jista’ l-Ministru jara li jintbagħat uffiċjal tal-Ministeru biex jassisti għax it-triq qiegħda tisfronda biċċa biċċa u trid terġa’ ssir mill-ġdid?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat.

Raħal Ġdid – Knisja ta’ Sant’Ubaldesca – irranġar taż-żona tal-madwar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żona ta’ madwar il-Knisja ta’ Sant’Ubaldesca f’Raħal Ġdid, it-toroq l-Arkati, Santa Ubaldesca it-Tramuntana, humiex ser jiġu rranġati?

Response (BORG, IAN)

Bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali madwar Malta, jiġifieri medja ta’ tliet toroq kull ġimgħa. Bħal toroq oħrajn, it-toroq indikati jinsabu fil-pjanijiet ta’ Infrastructure Malta biex jinbnew mill-ġdid ukoll fiż-żmien li ġej. Apparti li Raħal Ġdid qed igwadi mill-proġetti multimiljunari li l-aġenzija wettqet fit-toroq arterjali partikolarment il-Marsa Junction Project u l-Mini ta’ Santa Luċija, bħala toroq residenzjali f’din il-lokalità diġà saru Triq Ġużeppi Agius, Triq iċ-Ċimterju, Triq il-Ġdida, Triq il-Prinċipessa Marija, Triq il-Qalb ta’ Ġesù, Triq il-Wied, Triq ix-Xewk, Triq Kordin, Triq M Moran u Triq Sammat, waqt li bħalissa qegħdin isiru wkoll xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet u Triq Karl Chircop.

Fondi Ewropej — nefqa mill-Ministeru għal proġetti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu Fondi Ewropej mill-ministeru tiegħu sena b'sena mill-2013 'l hawn u f'kemm il-proġett? Kemm intefqu minnhom f'Għawdex, sena b'sena?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru kkonċernat.

Mosta u Attard – toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li huma ppjanati ġewwa l-Mosta u Ħ’Attard biex jittranġaw tul is-sena kurrenti u jekk l-ispiża hux se tkun minn fondi Lokali jew Ewropej? Jista’ l-Ministru jgħid meta se titlesta Triq Lord Strickland ġewwa Ħ’Attard?

Response (BORG, IAN)

Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali madwar Malta, jiġifieri medja ta’ tliet toroq kull ġimgħa. Il-Mosta hija waħda mil-lokalitajiet fejn l-aktar li saru toroq ġodda minn Infrastructure Malta minħabba t-telqa u s-snin twal ta’ nuqqas t’investiment li kien hemm f’din il-lokalità fil-passat. Fil-Mosta diġà saru Triq Dawret il-Wied, Triq il-Qares, Triq is-Snajja’, Triq San Pawl tal-Qliegħa, Triq tas-Sriedek, Sqaq Madre Tereża Spinelli, Triq Rużar Briffa (Żokrija), Triq Kumbu, Triq San Silvestru, Triq Alofju Wignacourt, Triq il-Ballata, Triq Dun Karm Schembri, Triq il-Bdoti, Triq il-Familja Cumbo, Triq it-Taħħan, Triq ta’ Venezja, Triq il-Baqqunier u Triq tal-Wej, waqt li bħalissa qegħdin isiru Triq Durumblat, Triq il-Kbira, u Triq Patri Ġuże Delia. Saru wkoll xogħlijiet fi Triq il-Fortizza, Triq il-Fortizza tal-Mosta u Triq il-Kostituzzjoni waqt li diġà hemm ippjanti diversi toroq oħrajn f’din il-lokalità biex isiru xogħlijiet fihom fiż-żmien li ġej li jinkludu Triq Rumani, Triq il-Fuħħar, Triq l-Imsaqqfin, Triq il-Garrier, Triq Gio C Dei Marchesi Mallia Tabone, Triq bla isem ħdejn Triq San Anton Abbati, Wied ta’ Għajn Rihana, Triq Ta’ Żejfa, Pont tal-Bidnija, Triq Rafel Caruana Dingli u Triq il-Mitjar. Fil-lokalità ta’ Ħ’Attard diġà saru Triq il-Ġamar, Triq Dun Alwiġ Galea, Triq il-Marġ, Triq Hannibal, Sqaq Rajgu, Triq Annibale Preca, Triq Ferdinandu Inglott, Triq qrib San Anton, Triq Kananea, Triq Oliver Agius u Triq Lord Strickland li għadha kemm tlestiet. Bħalissa għaddej xogħol fi Triq l-Imdina, Triq iż-Żagħfran, Triq in-Nutar Zarb, Triq il-Belt Valletta, Triq Ħaż-Żebbuġ, Triq Wied ta’ Rmiedi u Triq San Anton. Fl-istess lokalità diġà hemm ukoll diversi toroq oħrajn ippjanati biex isiru xogħlijiet fihom fiż-żmien li jinkludu Trejqet ir-Reġina, Triq l-Isptar, Triq l-Inħasa, Triq Ta’ Fgieni, Triq il-Pitkali, Triq il-Linja, Triq A Schembri u Triq Ħal Warda. Uħud mit-toroq li qegħdin isiru bħalissa f’Ħ’Attard jagħmlu parti mis-Central Link Project, li huwa investiment ewlieni li Infrastructure Malta qed twettaq anke b’fondi Ewropej biex ittejjeb il-kwalitá, is-sigurtá, s-sostenibilità u l-effiċjenza fir-rotta arterjali li testendi mill-Bypass tal-Imrieħel, tul Triq l-Imdina f’Birkirkara, Ħal Balzan u Ħ’Attard, sar-roundabout li hemm fil-bidu tat-Telgħa tas-Saqqajja, fl-inħawi ta’ Ta’ Qali. Il-ħin tal-ivvjaġġar f’dan in-netwerk ta’ toroq fiċ-ċentru tal-pajjiż għandu jonqos bin-nofs. Ser jonqos l-ammont ta’ persuni li jkollhom jgħaddu minn toroq residenzjali fl-inħawi biex jippruvaw jaslu aktar malajr. B’hekk ser igawdu mhux biss il-lokalitajiet ta’ Ħal Balzan u Ħ’Attard, iżda wkoll oħrajn viċin bħal Ħal Lija u Birkirkara. Din il-ħidma ta’ titjib fit-toroq tagħna se tibqa’ għaddejja bla heda, sena wara l-oħra, sabiex niksbu l-infrastruttura ta’ kwalità li kapaċi tixpruna b’mod sostenibbli l-progress soċjali u ekonomiku tal-familji u n-negozji f’Malta.

Minsiteru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — position of trust – persuni mlaqqma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, sal-15 ta’ Marzu kemm ġew imlaqqma persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru tiegħu jew f’xi entità li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid x’inhi l-età ta’ dawn il-persuni?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, minbarra li dak li qed jitlob hu jikkostitwixxi għal tagħrif personali, dawk il-ħaddiema taħt il-Ministeru li huma meqjusin bħala frontliners ġew imlaqqmin parti minn proċess nazzjonali skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa.

Transport Malta – National Traffic Control Centre

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17863, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jiġi mwaqqaf li state-of-the-art National Traffic Control Centre, peress li dan kellu jiġi mwaqqaf sas-sena 2020? Jista’ jgħid f’liema stadju wasal dan il-proġett u meta se jiġi inawgurat? Min huma l-kuntratturi/Consortium/Joint Venture li ġew ikkummisjonati jwettqu dan il-proġett? Kemm fil-fatt ser jiġi jiswa dan il-proġett?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ninsab infurmat li d-dokumenti ta’ tenders qedgħin jiġu rreveduti minn konsulenti esterrni u ser ikun qedgħin jiġi ppublikat dalwaqt.

Toroq ġodda

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 17428 u 17670, peress li l-Ministru diversi drabi jgħid li qed jintefqu l-miljuni ta' ewro biex isiru diversi xogħlijiet ta' toroq madwar Malta u Għawdex u għalhekk anke minħabba accountability żgur li Infrastructure Malta li hi l-aġenzija tal-Gvern responsabbli minn dawn ix-xogħlijiet għandha r-records neċessarji tax-xogħolijiet li saru , jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni ta' kemm-il kilometru ta’ toroq ġodda jew bini mill-ġdid ta’ toroq saru mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari (għal kull sena separatament), kif ukoll jgħid: (a) kemm minnhom kienu toroq arterjali u distributorji; (b) kemm minnhom tlestew kompletament u liema minnhom għadhom mhux lesti; (c) f'każ ta' dawk it-toroq li għadhom mhux lesti, x'persentaġġ ta' xogħol fadal u meta jaħseb li ser jitlesta dan ix-xogħol; (d) x'tip ta' servizzi nbidlu (dawl, mains tal-ilma tax-xorb, mains tad-drenaġġ, eċċ.); (e) fejn saru water culverts u x'tulijiet ta' waterculverts saru f'kull triq; u (f) kemm kien stmat li tiġi tiswa kull triq u kemm fil-fatt ġiet l-ispiża?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din id-domanda mressqa titlob ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk hija meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv. Li hu żgur, li b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun it-toroq kollha fil-pajjiż se jsiru mill-ġdid, għax aħna l-wegħdi nżommuhom.

Ħal Kirkop – xogħlijiet fuq mini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'xogħol sar s’issa fil-mini ta' Ħal Kirkop u x'xogħol fadal isir peress li x-xogħol ilu ammont ta' żmien għaddej? Jista’ jgħid meta dan ix-xogħol ser ikun kompletament lest għax ir-residenti li jużaw dan il-mini regolarment qed jgħaddu minn inkonvenjent kbir, anke minħabba diversi xogħlijiet fl-akkwati?

Response (BORG, IAN)

Infrastructure Malta qed tirrestawra l-erba’ strutturi tal-mini prinċipali li għandna fis-sistema tat-toroq tagħna biex tassigura s-sigurtà u l-istabbilità tagħhom għal tul ta’ ¿mien. Ix-xogħlijiet estensivi u tiswijiet li hemm b¿onn biex jiġu msaħħin l-istrutturi tal-mini f’Ħal Kirkop, Santa Venera, Tal-Qroqq u Ta’ Giorni, qegħdin isiru f’daqqa. Kull struttura hija magħmulha minn żewġ mini li jagħtu lejn direzzjonijiet opposti, u kull waħda fiha żewġ korsiji li flimkien iġibu total ta’ 4.8 kilometri tas-sistema ta’ toroq arterjali li hawn fil-pajjiż. L-eqdem struttura hija dik Ta’ Giorni, li nbniet fl-1967. Waqt li l-mini f’Tal-Qroqq huma l-i¿jed riċenti u nbnew fl-1996. Minn dawn il-mini jgħaddu eluf ta’ persuni kull siegħa. Għalhekk, it-titjib ta’ dawn il-mini jingħaqad mal-investiment bla preċedent li qed isir minn Infrastructure Malta f’ħafna toroq arterjali oħrajn, fosthom dawk li jagħtu għall-istess strutturi, biex pajji¿na jkollu infrastruttura tal-ivvjaġġar aktar sigura, aktar effiċjenti u aktar sostenibbli. Minn studji tekniċi li ġew ikkummissjonati ħareġ li għalkemm strutturalment jinsabu f’qagħda tajba, il-mini jeħtieġ li ssirilhom manutenzjoni sostanzjali u tiswijiet. Fost affarijiet oħrajn irri¿ulta li s-sistema tal-elettriku u tad-dwal hija antikwata u jeħtieġ li tinbidel biex tkun skont standards internazzjonali. Hemm bżonn ukoll li jsir titjib kbir fis-sistemi ta’ sigurtà u dawk ta’ kontra n-nirien, kif ukoll fil-passaġġi u l-bibien tal-ħruġ mill-mini f’każ ta’ emerġenza. Wara tindifa lill-ħitan biex tneħħa n-nugrufun li tħalla jinġema għal għexieren ta’ snin saru tiswijiet tal-istruttura tagħhom u bdiet tinbidel is-sistema tad-dwal biex il-mini ma jibqgħux imdallmin. Il-ħitan qed jinksew b’materjal apposta li jsebbaħhom u jdawwalhom aktar. Minbarra li jipprovdi vi¿ibilità aħjar fil-mini, dan il-materjal għandu jiffaċilita wkoll it-tindif u l-manutenzjoni li jkun hemm bżonn isiru kull tant żmien. Bis-sistema l-ġdida li qed tiġi nstallata l-qawwa tad-dawl ġewwa l-mini se tinbidel mal-ġurnata, billi jitbaxxa jew jogħla mal-ħin, ħalli l-għajnejn joqgħodu mill-ewwel meta tidħol fihom. F’kull mina nbniet kamra tal-kontroll li minnha jiġu kkontrollati sistemi ġodda ta’ cameras, alarms ta’ kontra n-nirien, apparat li jkejjel il-kwalità tal-arja, tabelli elettroniċi u tagħmir ta’ emerġenza. Dawn se jkunu wkoll imqabbdin maċ-Ċentru Nazzjonali għall-Kontroll tat-Traffiku biex ikun hemm monitoraġġ kontinwu. Il-cameras se jkollhom sistema li awtomatikament tinforma lill-awtoritajiet jekk ikun hemm diffikultajiet, bħal xi karozza wieqfa fil-mina, biex tintbagħat l-għajnuna minnufih. Il-ħruġ ta’ emerġenza minn kull mina se jiġi mtejjeb b’diversi apparat bħalma huma bibien re¿istenti għan-nirien u apparat biex iċċempel għall-għajnuna bħal dak li nsibu fil-liftijiet, kif ukoll sinjali u dwal li jidderiġuk minn fejn għandek toħroġ. F’kull mina qed jiġu nstallati wkoll sistemi ta’ kanen li l-pumpieri jkunu jistgħu jgħaqqdu magħhom għal provvista tal-ilma minn fuq il-post stess u apparat ieħor għal kontra n-nirien. Ix-xogħol li jonqos isir fil-mini ta’ Ħal Kirkop fil-ġimgħat li ġejjin jinkludi t-tkomplija tal-kisi tas-saqaf u l-ħitan bil-materjal li se jtejjeb il-viżibilità ġewwa l-mini, l-installazzjoni ta’ sistemi tad-dawl u sistemi tal-cameras flimkien ma’ tagħmir ieħor tas-sigurtà. Finalment jerġgħu jinbnew il-korsiji ta’ ġol-mini u jinksew b’diversi saffi t’asfalt. Ix-xogħlijiet qed jiġu ppjanati b’mod li l-għeluq ikun mill-inqas u f’dawk il-ħinijiet li jkollhom l-inqas impatt fuq il-pubbliku, iżda fl-istess waqt mingħajr ma jpoġġu f’riskju saħħet il-ħaddiema. Ix-xogħlijiet ewlenin li jeħtieġu għeluq ta’ korsiji fil-mini mistennija jkunu lesti f’Ġunju.