Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — karozzi elettriċi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza tal-elettriku hemm leased fil-Ministeru tiegħu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li, filwaqt li preżentement m’hemmx karozzi tal-elettriku leased fil-Ministeru, fit-tmiem tal-lease kurrenti hu ppjanat li jinħarġu tenders għal lease ta’ karozzi tal-elettriku.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb jew hemmx xi komunikazzjoni mal-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali (AKL) biex is-Sindki jiġu full-time biex jaqdu dmirhom aħjar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li preżentement m’hemm l-ebda komunikazzjoni mal-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali (AKL) dwar dan is-suġġett u dan minħabba li fil-preżent għaddej proċess ta’ konsultazzjoni għall-Istrateġija tal-Gvern Lokali.
Jista' l-Ministru jelenka lista ta' xogħlijiet ta' manutenzjoni/upgrade/rinnovar, fejn u meta, li saru mill-Kunsill Lokali Ħal Safi mill-2019 sa meta qed titwieġeb din il-mistoqsija f'ġonna pubbliċi fil-lokalità?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt:
Sit
Lista ta' Xogħlijiet
Perjodu
Ġnien Sir Alexander Ball
Sistema ta’ Drip Irrigation System
Restawr tal-Ħajt ta’ Barra
Xogħolijiet ta’ Ħadid – Gazebo u railing
Aċċessibbiltà għal nies bi bzonnijiet speċjali
Użu ta’ Wifi b’xejn
CCTV
Jannar 2019 sa Diċembru 2022
Ġnien 31 ta’ Marzu
Żbir tas-siġar u tisqija skont il-ħtieġa.
Jannar 2019 sa
Diċembru 2022
Ġnien 13 t’April
Żbir tas-siġar u tisqija
Tindif regolari
Manutenzjoni tal-playing fields permezz ta’ maintenance agreement mal-Kuntrattur li għamlilna l-bandli.
CCTV
Tħawwil ta’ pjanti indiġeni
Manutenzjoni tal-bankijiet
Manutenzjoni tad-dwal
Jannar 2019 sa
Diċembru 2022
Ġnien Dun Karm Vella u Misraħ Ħlantun
Tindif skont il-ħtieġa
Manutenzjoni tad-dwal
Jannar 2019 sa
Diċembru 2022
Jista' l-Ministru jelenka lista ta' xogħlijiet ta' manutenzjoni/upgrade/rinnovar, fejn u meta, li saru mill-Kunsill Lokali Qrendi mill-2019 sa meta qed titwieġeb din il-mistoqsija f'ġonna pubbliċi fil-lokalità?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Qrendi li matul il-perjodu elenkat mill-Onor. Interpellant, il-Kunsill Lokali tal-Qrendi wettaq xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq il-Ġnien Dame Cecilia Pick.
Jista' l-Ministru jelenka lista ta' xogħlijiet ta' manutenzjoni/upgrade/rinnovar, fejn u meta, li saru mill-Kunsill Lokali Ħal Luqa mill-2019 sa meta qed titwieġeb din il-mistoqsija f'ġonna pubbliċi fil-lokalità?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa li dan jieħu ħsieb jara li l-manutenzjoni ġenerali ssir kontinwament u regolarment biex jinżammu fi stat tajjeb is-siġar u l-pjanti li jinsabu f’dawn il-ġonna. Dan jinkludi wkoll it-tindif u ż-żamma tal-area kollha.
Jista' l-Ministru jelenka lista ta' xogħlijiet ta' manutenzjoni/upgrade/rinnovar, fejn u meta, li saru mill-Kunsill Lokali Ħal Kirkop mill-2019 sa meta qed titwieġeb din il-mistoqsija f'ġonna pubbliċi fil-lokalità?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Kirkop illi dan jieħu ħsieb jara li l-manutenzjoni ġenerali ssir kontinwament u regolarment biex jinżammu fi stat tajjeb is-siġar u l-pjanti li jinsabu f’dawn il-ġonna. Dan jinkludi wkoll it-tindif u ż-żamma tal-area kollha.
Bħala rinovar mill-2019 lil hawn inżebgħu il-bankijiet kollha, twaħħlu litter bins ġodda, ġew irranġati l-planters, ġiet irranġata l-funtana u s-sistema tad-dawl fi Ġnien Rousset li jinsab fi Triq Taż-Żebbiegħ. Infurmat ukoll li l-Kunsill għandu pjanijiet li dan il-ġnien jiġi upgraded.
Fil-ġnien f’Misraħ iż-Żerniq saret ukoll manutenzjoni fuq l-għamara kollha, ġew irranġati l-uplighters li kienu ġew ivvandalizzati, ġie mibdul il-playing equipment li hemm fil-ġnien, ġew irranġati l-planters u s-sistema tal-irrigazzjoni u inbeda studju dwar is-sistema tad-dawl kollha minħabba li hemm bżonn li tiġi mibdula.
Qawra — San Pawl il-Baħar - Triq il-Frejgatina u Triq Porzjunkola – dawl pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jaċċerta li d-dawl pubbliku kollu li hemm fil-pjazzetta bejn Triq il-Frejgatina u Triq Porzjunkola, Qawra, San Pawl il-Baħar (fiż-żona tal-housing estate) qiegħed jaħdem kif suppost u li l-bozoz kollha jkunu mixgħulin? F’każ li hemm xi bozza/bozoz mhux jixegħlu, jista’ jgħid x’inhi r-raġuni għal dan u meta hu mistenni li dan id-dawl jerġa jinxtegħel?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mil-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-Kunsill Lokali mhux responsabbli mit-tiswijiet tal-provistà tad-dawl tat-toroq. Għalhekk, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex għal aktar informazzjoni tirreferi għall-Ministeru kkonċernat.
Kunsili lokali – nefqa fuq tindif tal-bajjiet u xtut
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa ta’ kull kunsill lokali f’dawn l-aħħar ħames snin għat-tindif tal-bajjiet/xtut u jekk ix-xogħol huwiex isir minn ħaddiema tal-Gvern jew kuntrattur privat?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali li kienu l-Kunsilli Lokali tal-Isla u ta’ Tas-Sliema li wettqu xogħlijiet ta’ tindif ta’ bajjiet u xtut fil-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant u dan bi spejjeż tal-istess Kunsilli Lokali.
Infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Isla wettaq xogħlijiet ta’ tindif ta’ bajjiet u xtut permezz ta’ Kuntrattur privat matul is-sena 2019 li kienu jammontaw għal €1,400, filwaqt illi l-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema wettaq xogħlijiet ta’ tindif ta’ bajjiet u xtut permezz ta’ kuntrattur privat matul l-2021 li kienu jammontaw għal €6,490.
Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti ta' kultura hemm ippjanati għas-sena d-dieħla fil-lokalitajiet tal-Mosta u Ħ’Attard?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt:
Kunsill Lokali
Lista ta' Proġetti Kulturali
Ħ'Attard
1. Ġieħ Ħ’Attard u Jum il-Lokalità mqassmin fuq ġurnata fis-26 ta’ Marzu 2023 b’attivitajiet varji
2. Iffjurit bil-Ward Infewwaħ fit-13 ta’ Mejju 2023 attivita’ mqassma wkoll fuq ġurnata b’divertiment pubbliku fejn se jkun hemm ikel, xorb u stalls differenti.
3. Mhux eskluż li jistgħu jsiru wkoll xi ħarġiet kulturali.
Mosta
1. Ippjanat li jsir simpozju dwar il-Kultura u l-Wirt Kulturali fil-Mosta
2. Ippjanat li jerġa' jittella' l-Karnival fil-Mosta.
3. Fi żmien il-Ġimgħa Mqaddsa hu ppjanat li jittellgħu wirjiet relatati ma' dawn iż-żminijiet.
4. Ippjanat li jkun ippublikat Direttorju Kulturali ta' Artisti u Għaqdiet fil-Mosta.
5. Ippjanat li nsostnu ġemellaġġ ma' Ragusa permezz tal-Kultura tal-Festi f'pajjiżna.
6. Ippjanat li jkun organizzat għal darb'oħra l-Festival Qargħasel.
7. Ippjanat li jkunu organizzati Heritage Trails fil-Mosta.
8. Matul is-sena d-dieħla ser ikun qieghed ikompli għaddej ix-xogħol ta’ restawr fil-faċċata tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu.
San Pawl il-Baħar – siti storiċi taħt ir-responsabilità ta’ Heritage Malta
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma s-siti storiċi fil-limiti ta’ San Pawl il-Baħar li Heritage Malta għandha taħt ir-responsabilità tagħha? Liema minn dawn is-siti huma miftuħa għall-pubbliku? X'investiment sar f'kull wieħed minn dawn is-siti matul din is-sena? X'investiment hu mistenni li jsir f'dawn l-istess siti matul l-2023?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li Heritage Malta m’għandhiex siti fir-responsabbiltà tagħha li jinsabu f’San Pawl il-Baħar.
Naxxar – siti storiċi taħt ir-responsabilità ta’ Heritage Malta
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma s-siti storiċi fil-limiti tan-Naxxar li Heritage Malta għandha taħt ir-responsabilità tagħha? Liema minn dawn is-siti huma miftuħa għall-pubbliku? X'investiment sar f'kull wieħed minn dawn is-siti matul din is-sena? X'investiment hu mistenni li jsir f'dawn l-istess siti, matul l-2023?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-unika sit li tamministra Heritage Malta fl-inħawi tan-Naxxar huwa l-katakombi tas-Salini. Dawn jinfetħu għall-pubbliku b’appuntament.
Matul din is-sena sar tindif u manutenzjoni ġenerali, u sar 360 virtual tour li eventwalment se jkun viżibbli fuq il-website sabiex is-sit ikun aċċessibbli wkoll virtwalment.
Għas-sena d-dieħla se nkomplu bil-manutenzjoni regolari kif ukoll xogħlijiet oħrajn li jkunu bżonjużi.
Mellieħa – siti storiċi taħt ir-responsabilità ta’ Heritage Malta
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma s-siti storiċi fil-limiti tal-Mellieħa li Heritage Malta għandha taħt ir-responsabilità tagħha? Liema minn dawn is-siti huma miftuħa għall-pubbliku? X'investiment sar f'kull wieħed minn dawn is-siti matul din is-sena? X'investiment hu mistenni li jsir f'dawn l-istess siti, matul l-2023?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li Heritage Malta m’għandhiex siti fir-responsabbiltà tagħha li jinsabu l-Mellieħa.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li residenti ta' Birżebbuġa li joqogħdu fl-area Tal-Papa li tinkludi Triq is-Sebħ, Triq il-Gandoffla, Triq tal-Papa, Triq il-Gawwi u Triq iċ-Ċief kif ukoll Triq Alessandru, Misraħ Hamilkar Barka, Triq San Filippu u Triq it-Tħabrik ilhom bl-i'street lighting' maqtugħ għal dawn l-aħħar tlett ijiem? Meta ser isiru t-tiswijiet neċessarji biex jinqata’ l-inkonvenjent li qed isofru r-residenti ta' dawn it-toroq?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa li l-Kunsill Lokali mhux responsabbli mit-tiswijiet tal-provvistà tad-dawl tat-toroq. Madankollu infurmat illi l-istess Kunsill Lokali baghat diversi komuniki lill-entità kkonċernata dwar dan sabiex tiġi rranġata l-problema inkwistjoni. Ghalhekk, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex għall-aktar informazzjoni jirreferi għall-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jelenka lista ta' xogħlijiet ta' manutenzjoni/upgrade/rinnovar, fejn u meta, li saru mill-Kunsill Lokali Birżebbuġa mill-2019 sa meta qed titwieġeb din il-mistoqsija f'ġonna pubbliċi fil-lokalità?
Jista' l-Ministru jelenka lista ta' xogħlijiet ta' manutenzjoni/upgrade/rinnovar, fejn u meta, li saru mill-Kunsill Lokali Żurrieq mill-2019 sa meta qed titwieġeb din il-mistoqsija, f'ġonna pubbliċi fil-lokalità?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt:
2022
Month
Description
Location
Expenditure
July
Hard foam - playing equipment
Ġnien il-Ġibjun
€64.90
July
Repairs - railing
Ġnien il-Ġibjun
€135.70
May
Repairs - sensor @ public convenience
Ġnien il-Ġibjun
€170.00
June
Light sensors
Ġnien il-Ġibjun
€1,587.00
July
Fountain - maintenance
Ġnien il-ġibjun
€1,300.00
July
Lights - maintenance
Ġnien il-Bennej
€850.00
May
Sensor, led bulbs, Main switch, padlock
Ġnien il-Ġibjun
€1,587.00
2021
Month
Description
Location
Expenditure
November
Irrigation pump
Ġnien il -Ġibjun
620.00
July
Irrigation pump
Ġnien il -Ġibjun
165.00
august
Pull of bin
Ġnien il-Bennej
18.88
October
Playing equipment (maintenance)
Ġnien it-Tfal taż-Żurrieq
100.30
October
Swing seat
Ġnien il-Ġibjun
264.32
June
Playing equipment
Ġnien il-Bennej
2330.00
November
Swing seat
Ġnien it-Tfal taż-Żurrieq
256.41
November
Swing chain
Ġnien it-Tfal taż-Żurrieq
112.86
2020
Month
Description
Location
Expenditure
October
Fountain (maintenance)
Ġnien il-Ġibjun
€1,475.00
November
Irrigation pump
Ġnien il-Ġibjun
€810.00
December
Fountain (maintenance)
Ġnien il-Ġibjun
€540.00
September
Spring play (maintenance)
Ġnien l-Emigranti
€123.23
August
Swing chain (maintenance)
Ġnien l-Emigranti
€56.43
August
Painting of name and logo of Zurrieq
Ġnien il-Kunsill tal-Ewropa
€259.60
August
Delineators with reflectors
Ġnien il-Ġibjun
€173.46
February
Merry go round
Ġnien it-Tfal taż-Żurrieq
€650.00
April
Swing seat (maintenance)
Ġnien l-Emigranti
€56.64
April
Merry go round seat
Ġnien l-Emigranti
€212.40
January
Sign - no dogs, no bicycles, no balls
Ġnien il-Bennej
€27.44
January
CCTV sign
Ġnien il-Bennej
€27.44
January
Sign - no dogs, no bicycles, no balls
Ġnien it-Tfal taż-Żurrieq
€55.46
January
No smoking sign
Ġnien it-Tfal taż-Żurrieq
€54.87
2019
Month
Description
Location
Expenditure
May
Lights (maintenance)
Ġnien il-Kunsill tal-Ewropa
€826.00
November
Electrical fittings
Ġnien il-Ġibjun
€4,403.00
August
Electrical fittings
Ġnien il-Bronja
€790.00
April
Electrical fittings
Ġnien il-Ġibjun
€2,333.00
December
Handle - playing equipment
Ġnien il-Bennej
€83.31
December
Chain - playing equipment
Ġnien il-Ġibjun
€159.30
December
Swing seat
Ġnien Mario Schembri
€680.00
December
Railing - repairs
Ġnien il-Bennej
€70.80
December
Repairs - playing equipment
Ġnien il-Bennej
€128.00
Jista' l-Ministru jelenka lista ta' xogħlijiet ta' manutenzjoni/upgrade/rinnovar, fejn u meta, li saru mill-Kunsill Lokali Mqabba mill-2019 sa meta qed titwieġeb din il-mistoqsija f'ġonna pubbliċi fil-lokalità?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Imqabba li filwaqt li x-xogħlijiet imsemmija mill-Onor. Interpellant isiru skont il-ħtieġa, fuq bażi regolari, xogħol notevoli ta’ upgrading sar fil-bidu tal-2020 ġewwa Ġnien Tfal ir-Raħal fejn il-ħitan tkaħħlu u nżebgħu mill-ġdid kif ukoll ġew installati 3 biċċiet ta’ Outdoor Gym.
Infurmat ukoll li sar żbir tas-siġar taż-żebbuġ li hemm ġewwa l-istess ġnien kif ukoll tħawlu xi arbuxelli u l-bankijiet inżebgħu mill-ġdid.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Kunsill Lokali tar-Rabat Malta, dwar iż-zebra crossing fi Triq Borg Olivier (Buschetto Road), approvata li ssir minn Transport Malta aktar minn sena ilu?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1418 dwar bozoz f'Dawret in-Nawfraġju, San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni se tittieħed mill-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar dwar il-ħtieġa ta' iktar dawl fiż-żona minħabba d-dlam li wieħed isib f’din iż-żona, hekk kif din is-sitwazzjoni kellha tiġi evalwata mill-istess kunsill lokali skont it-tweġiba għall-istess mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi wara evalwazzjoni li saret fuq il-post minn persuni tekniċi nstab li mhux faċli li jiġu installati bozoz ġodda fl-akkwati aktar minn dawk li ġew installati fl-aħħar żmien mill-istess Kunsill u dan minħabba li taħt it-triq u l-bankina eżistenti hemm il-‘boat houses’.