Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies li huma boarded out matul is-sena 2008? Kemm hemm minnhom minn Għawdex u kemm hemm minnhom minn Malta?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li n-numru ta' nies li ngħataw pensjoni ta' l-invalidita' matul is-sena 2008, kien ta' 760 ġewwa Malta u ta' 240 ġewwa Għawdex. Minn dawn 400 f'Malta u 208 f'Għawdex, kellhom l-pensjoni ta' l-invalidita' imġedda matul is-sena msemmija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew issensjati ħaddiema minn Jannar sa Diċembru 2008, maqsuma xahar b'xahar u skont liema settur kienu ġejjin minnu?
Response (DALLI, JOHN)
Ser inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra li turi n-numru ta’ ħaddiema li ġew issensjati minn Jannar sa Diċembru 2008 u li ġew jirreġistraw għax-xogħol. Dawn huma maqsuma xahar b’xahar u skond is-settur li kienu ġejjin minnu.
Bormla — Triq Hanover u Triq l-Ajkla - Proġett ta' Slum Clearance
Question
Peress li numru ta' residenti fl-area ta' Triq Hanover u Triq l-Ajkla, Bormla, ingħataw akkomodazzjoni alternattiva u peress li qalulhom li hemm proġett ta slum clearnace, jista' l-Ministru jgħid fejn eżatt ser issir dan is-slum clearance u x'ser jinbena u x'time frames hemm għal dawn ix-xogħlijiet?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoili Interpellant li dal-proġett ser isir flok il-bini eżistenti bejn Triq Santa Liena, Triq Hanover, Triq San Mark u Triq il-Mediterran. Hu ppjanat li s-sejħa għall-offerti toħrog iktar tard din is-sena biex ix-xogħol jinbeda għall-bidu ta’ l-2010 u jitlesta fl-2013.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5849 u 5654 u jara li ssir il-karta anzjan ta' persuna li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li ilha li tilfet il-karta anzjan erba' xhur u rrapportat dan lill-kunsill lokali? Cempilna ħafna drabi u din għada ma waslitx. Jista' jara li jitmexxa l-każ?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li dan il-każ biex tinħareġ Kartanzjan oħra minflok dik li ntilfet ma kienx wasal għand id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita'. Id-Dipartiment diġa ħa passi billi ressaq dan il-każ liċ-Ċentru Servizz Anzjan, fis-Sezzjoni tal-Kartanzjan u saru kuntatti ma' l-Uffiċju ta' l-Elettorat biex l-anzjana msemmija tirċievi il-kartanzjan bil-posta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex sodisfatt li immigranti illegali li jingħataw il-freedom mid-detention centres u dawn ibatu mill-HIV, Hepatitis u Tuberculosis u jkunu fuq il-kura, ikomplu jieħdu l-kura neċessarja sabiex ma jkunux ta' periklu għal-ħaddieħor? Kemm-il direct order ingħata biex isiru xogħlijiet fid-detention centres ta' Ħal Safi u Ħal-Far din is-sena 2008 u fl-ewwel xahar ta' Jannar 2009? Lil min ingħataw dawn id-direct ordersu kemm huwa l-ammont ta' flus ta' kull direct order? Fuq liema kriterju ingħata l-kuntratt ta' nurses tad-detention centres ta' Ħal-Safi u ta' Ħal-Far? Jista' jgħid jekk il-casuals li jaħdmu mad-detention centres u li ġew ikkmandati jidħlu l-għassa mal-immigranti ġewx ittestjati, jekk humiwx imlaqma kontra it-TB, l-Hepatitis u l-HIV, jekk huwiex minnu li dawk il-casuals li ma riedux jiffirmaw li jidħlu fl-għassa ma' l-immigranti ġew mgħedda li jitkeċċew mix-xogħol?
Jista' l-Minsitru jgħid għaliex ċertu items m'humiex inklużi fis-sistema l-Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek, ġaladarba jkun hemm l-awtorizzazzjoni għal-mediċina u din tkun in stock? Tista' tiġi riveduta din is-sitwazzjoni li qed taffetwa ħażin lil persuni b'mard kroniku serju, persuni anzjani u persuni b'diżabilità?
Għaqda ta' tobba — konsultazzjonijet dwar ir-riformi
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'konsultazzjonijiet saru mal-għaqdiet tat-tobba tal-famlija minn Marzu 2008 'l hawn dwar ir-riforma tal-kura primarja tas-saħħa u b'mod partikolari dwar l-ingaġġ ta' tobba tal-familja li jaħdmu privat?
Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel sitt ġimgħat tas-sena 2009, kemm-il pazjent li ġie discharged mill-Isptar Mater Dei reġa' ddaħħal fl-istess sptar? X'kienet l-età tal-pazjenti u f'liema wards kienu l-ewwel darba?
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5941 jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ dawk il-gradwati li kienu sabu xogħol qabel ma ggradwaw? Jista’ jgħid fejn sabu x-xogħol, kemm minnhom f’Malta u kemm minnhom f’Għawdex?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li mill-286 studenti Għawdxin li ggradwaw fl-aħħar tas-sena akkademika 2007/2008 kien hemm 25 persuna li bdew jaħdmu f’Malta u Għawdex, 23 persuna sabu xogħol f’Malta u 2 persuni sabu xogħol f’Għawdex.
Informat ukoll li kien hemm xi gradwati li kienu sabu xogħol qabel ma gradwaw. Dawn mhumiex inklużi mal-25 persuna ta’ hawn fuq.
Ministeru għall-Politika Soċjali — nefqa globali ta' safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-uffiċjali li marru magħhom, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjahom matul l-2008?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' bereġ lokali li minnhom jingħata servizz ta' tabib, jew tqassim ta' pilloli? F'liema lokalità jinsabu dawn il-bereġ?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies jirreġistraw għax-xogħol bejn Jannar u Diċembru tal-2008? Kemm min dawn sabu xogħol u kemm baqgħu ma sabux? Xi kwalifiki kellhom dawk li sabu xogħol?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li bejn Jannar u Diċembru 2008 kien hemm dawn l-ammonti ta’ persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru fl-aħħar ta’ kull xahar:-
Xhur
Persuni
Jannar 2008
6,463
Frar 2008
6,342
Marzu 2008
6,168
April 2008
6,086
Mejju 2008
6,018
Ġunju 2008
5,861
Lulju 2008
5,958
Awwissu 2008
6,121
Settembru 2008
6,096
Ottubru 2008
6,351
Novembru 2008
6,600
Diċembru 2008
6,373
Informat ukoll li kien hemm 13,629 persuna li b’xi mod jew ieħor missew mar-reġistru tal-qgħad (fuq l-ewwel jew it-tieni parti tar-reġistru). Minn dawn kien hemm 3,631 persuni li sabu xogħol, 6,279 persuni għadhom qed jirreġistraw għax-xogħol, filwaqt li 3,719 la qed jaħdmu u l-anqas qegħdin jirreġistraw għax-xogħol ma’ l-ETC.
Jista' l-Ministru jgħid huwiex konxju tal-ilmenti li qed isiru fuq il-kwalità inferjuri ta' nappies li anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali qed jingħataw? Huwa konxju ta' kemm jgħaddu minn diffikultajiet dawn l-istess persuni meta jgħidulhom li l-istess nappies huma out of stock?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 6163.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' sigħat ta' overtime li sar matul is-sena 2008 f'kull dipartiment u entità fid-dekasteru tiegħu, maqsuma xahar b'xahar? Jista' jgħid ukoll x'allowances ingħataw fl-istess entitajiet matul l-istess perijodu maqsuma ukoll xaħar b'xahar?
Response (DALLI, JOHN)
Ma nħossx li għandi naħli r-riżorsi tal-Gvern b'dan il-mod sakemm l-Onor. Interpellant ma jgħatix raġuni valida għall-ħtieġa ta' din l-informazzjoni.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5700 u 5402 u jgħid x'inhi r-raġuni li qed ikun hemm każi fejn persuni li jmorru jiġbru l-ħrieqi mid-dipartiment qed jgħidulhom li m'hemmx biżżejjed? Qed nibgħatlek separatament każ ta' persuna b'diżabilità li meta marret biex tiġbor 84 ħarqa, ingħatat biss 15.
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li wara d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita' rċieva numru ta' ilmenti kemm fuq il-kwalita' kif ukoll fuq il-proviżjoni ta' dawn il-ħrieqi, il-kutratt issa ġie terminat u mill-11 ta' Frar 2009 il-ħrieqi bdew jiġu pprovduti minn kuntrattur ieħor.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-dipartiment inqabad mingħajr stokk ta'
a)
Amlodipine
5mg u 10mg
b) Serenace 5mg
meta fl-ewwel każ is-supplier jimmanifattura l-mediċina f'pajjiżna stess u fit-tieni każ meta qed nitrattaw ma' persuni b'mard mentali li ġew disturbati mhux ftit f'dan in-nuqqas?
Informazzjoni fuq waiting list — surgical and gynaecology operations
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5940 u cioè: B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5625, jista' jara li din l-informazzjoni tibda tinġabar?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5948 u cioè: B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5630, jista' l-Ministru jgħid mill-2022 spezzjoni li saru f'postijiet tax-xogħol, f'kemm minnhom jirriżulta li huma impjegati:
a) tobba?
b) infermiera?
ċ) paramediċi?
Kemm hemm impjegati u health workers f'kull post tax-xogħol fejn japplika?
Jista' l-Ministru wieġeb mistoqsija parlamnetari 5939 u cioè : B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5629 u b'mod partikolari sabiex ikun hemm ġustifikazzjoni għan-nefqa pubblika għal li jirrigwarda kampanji ta' tilqim, tilqim b'xejn, kampanja kontra l-użu ħażin ta' antibiotiċi u l-għoti ta' antibiotiċi b'xejn, tista' tibda tinġabar din l-informazzjoni li wara kollox diġa' hi miżmuma f'rekords ta' tilqim tal-influwenza kif ukoll fl-istorja tal-pazjenti riferuti fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei?