Ministeru tal-Affarijiet Barranin — informazzjoni dwar ħaddiema
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm daħlu ħaddiema u f'liema grad huma u kemm minnhom huma abbażi ta' kuntratt u kemm minnhom huma impjegati maċ-Ċivil direttament mal-Ministeru u entitajiet fid-dikasteru tiegħu matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm (6) sitt uffiċjali li daħlu jaħdmu fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011. Dawn kollha jifformaw parti miċ-Ċivil. Erba' (4) minnhom daħlu fil-grad ta' Skrivan (Clerk) u t-tnejn (2) l-oħra daħlu fil-grad ta' Second Secretary.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — awtoritajiet, entitajiet u bordijiet
Question
B'referenza għat-twegiba ta' mistoqsija parlamentari 24769, jista' l-Vici Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm huwa n-numru ta' membri li hemm fil-Kumitat ta' Inkjesta dwar privazzjoni ta' ċittadinanza Maltija?
Response (BORG, TONIO)
Il-Kumitat li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant huwa kostitwit miċ-chairman, żewġ membri u segretarju.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk l-ambaxxati residenti f’Malta humiex obbligati li jonoraw rulings tat-tribunal industrijali Malti?
Response (BORG, TONIO)
Aġenti diplomatiċi jgawdu minn immunità mill-ġurisdizzjoni ċivili u amministrattiva tal-istat ospitant, li jinkludu deċiżjonijiet tat-Tribunal Industrijali ta' Malta, dejjem suġġett għall-eċċezzjoni ċitati f'Artiklu 31 tal-Att dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet Diplomatiċi.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — nefqa fuq safar
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kienet in-nefqa għas-safar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011 li saru mill-Ministeru, entitajiet u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtu?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-nefqa fuq vjaġġar għall-xogħol uffiċjali għal-ewwel disa' xhur tal-2011.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk Malta rratifikatx il-European Landscape Convention? Jekk le, għaliex? Jekk din ir-ratifika għadha ma saritx, meta mistenni li sseħħ?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li Malta s'issa għadha ma rratifikatx il-European Landscape Convention.
Rigward ir-raġuni għaliex Malta għadha ma rratifikatx din il-konvenzjoni u meta mistennija li tagħmel dan, nitlob lill-Onorevoli Membru biex jindirizza dawn il-mistoqsijiet lill-Ministeru konċernat.
Ministeru tal-affarijiet Barranin — impjieg ta' persuni b'diżabilità
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm ġew impjegati persuni b’diżabilità f’dawn l-aħħar sitt xhur mill-Ministeru u mid-dipartimenti u enitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma ġiet impjegata l-ebda persuna b'diżabilità mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, Dipartimenti u entitajiet kollha li jaqgħu taħt dan il-Ministeru, matul dawn l-aħħar sitt (6) xhur.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jispjega min kien responsabbli sabiex inħarġu l-visas għal ċittadini mill-Pakistan li nġiebu Malta biex jaħdmu ma' kuntrattur privat li qiegħed jippresta servizzi lill-Gvern ta' Malta, peress li dawn qed jaħdmu bħala nurses fl-Isptar Mater Dei? Minn liema Ambaxxata jew Konsolat nħarġu dawn il-visas? Xi proċess ta' screening sar biex inħarġu dawn il-visas?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-visas għal ċittadini mill-Pakistan li nġiebu Malta biex jaħdmu bħala nurses fl-Isptar Mater Dei nħarġu mill-Konsolat Taljan f’Karachi fil-Pakistan. Il-proċess ta' screening biex inħarġu dawn il-visas sar skont l-proċeduri u l-kondizzjonijiet stabbiliti tas-Schengen.
Visas liċ-ċittadini mill-Pakistan, Indja, Nepal u Bangladesh
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jinforma lill-Kamra, kemm inħarġu visas għaċ-ċittadini mill-Pakistan, Indja, Nepal u Bangladesh, mis-sena 2008 sal-lum u kif dawn kienu mqassma sena b'sena? X'tip ta' visas kienu? Minn liema Konsolat jew Ambaxxata nħarġu dawn il-visas?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda fit-tabella li qed inpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħarraf lil din il-Kamra kemm inħarġu visas lill-persuni ċittadini tal-Iran mis-sena 2008 sal-lum, sena b'sena u għal liema skopijiet inħarġu tali visas?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba, mill-2008 sa nofs Ottubru, 2011, fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jikkonferma jekk hux minnu jew le, li f'okkazzjoni partikolari nħarġu 140 visas f'daqqa għall-140 persuna mill-Ambaxxata Maltija fit-Turkija? Għal liema raġuni nħarġu dawn il-visas kollha f'daqqa?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li nhar il-21 ta' Marzu 2009 inħarġu 130 viża lill-grupp ta' Iranjani li ġew Malta fuq ajruplan chartered tal-Air Malta għal skop turistiku b'koordinazzjoni mal-Air Malta u l-Awtorità Maltija dwar Turiżmu.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — Below the line account
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kien il-below the line account f'kull l-aħħar tax-xahar matul l-2011 fid-dekasteru tiegħu? Jista jgħid kif qed jintużaw l-fondi li qegħdin fil-below the line account?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dettalji mitluba jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti tal-budgets tal-Union for the Mediterranean (UfM) kompluti u mhux biss l-infiq tal-UfM kif poġġuti fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28337 li huma d-dokument tal-budget proviżorju tal-Union for the Mediterranean addottat mill-uffiċċjali għolja fid-29 ta' April 2010 u d-dokument tal-budget finali kif ġie addottat f'Novembru tal-2010? Jista' jispeċifika ċ-ċifra eżatta f'Euros li toħroġ minn kull wieħed minn dawn iż-żewġ dokumenti, ta' kemm Malta allokat flus għall-infiq tal-UfM, fil-budget proviżorju, kif ukoll iċ-ċifra ta' kemm Malta allokat flus għall-UfM kif ġiet approvata f'Novembru?
Response (BORG, TONIO)
Il-budgets tal-Unjoni għall-Mediterran (UfM) kif preżentati fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 28337 huma dokumenti finali. Dawk id-dokumenti kienu ġew approvati mill-Uffiċjali Għolja li huma mibgħuta mill-gvernijiet rispettivi tagħhom. Għaldaqstant l-Uffiċjali Għolja huma l-organu ewlieni tal-UfM fit-teħid tad-deċiżjonijiet kurrenti matul is-sena (fin-nuqqas ta' summit jew ta' laqgħat f'livell Ministerjali), liema deċiżjonijiet iservu ta' gwida fit-tmexxija tal-UfM mis-Segretarju Ġenerali tal-Unjoni.
Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji ta' kull pajjiż membru għall-budget tas-Segretarjat tal-Unjoni għall-Mediterran jingħataw b'mod volontarju.
Fil-preżent, il-kontribuzzjoni tal-Gvern Malti qed tingħata permezz tal-ammont finanzjarju relatat mal-pożizzjoni tal-Viċi Segretarju Ġenerali mibgħuta minn Malta.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — xiri ta' karozzi
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru, dekasteri u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?
Response (BORG, TONIO)
Ninxtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi inxtraw żewġ (2) karozzi ġodda matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm inħarġu visas għal persuni Libjani matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena inħarġu 2,036 visas għal persuni ta' nazzjonalità Libjana mill-Konsolati ta' Malta. Ma' dawn wieħed jista jżid 162 visa li inħarġu "at the border" għal dawk il-każijiet umanitarji bejn l-24 ta' Frar u l-25 ta' Settembru.
Rappreżentati Permanenti fi Brussell — kuntratti ta' konsulenzi
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti elenku sħiħ tal-kuntratti kollha għas-servizzi varji bejn ir-rappreżentanti permanenti ġewwa Brussell u kumpaniji u konsulenzi privati? Jista' jagħti dettalji dwar it-terminu, l-valur u l-isem uffiċjali ta' dawn il-kumpaniji u konsulenti li jagħtu dawn is-servizzi?
Response (BORG, TONIO)
Ir-risposta tar-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea qed tiġi mhurija fit-tabella annessa.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — lista ta' konsulenzi
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari W333, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru, dipartimenti jew entitajiet użawx is-servizzi ta' din il-persuna/ kumpanija? Liema kienu dawn il-każijiet u kemm kien hemm ħlasijiet?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi m'hemm l-ebda tibdil mir-risposta li tajt fil-Mistoqsija Parlamentari numru W333.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — Xogħlijiet lill-kumpaniji
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari W427, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru, dipartimenti jew entitajiet użawx is-servizzi ta' din il-persuna/kumpanija? Liema kienu dawn il-każijiet u kemm kien hemm ħlasijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalma rrispondejt fil-Mistoqsija Parlamentaru numri W427, ma ngħata l-ebda xogħol lill-Kumpanniji msemmija, mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti rendikont dettaljat ta’ kemm intnefaq fi fuel fid-dekasteri kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu minn Marzu 2008 sa Awwissu 2011?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 5120, 14048, 23484 fejn ingħatat informazzjoni dwar kemm intefaq fi fuel matul is-snin 2008, 2009 u 2010 rispettivament. Din is-sena l-ispiża minn Jannar sa Awwissu kienet ta' €50,849.
ex-ambaxxaturi — VIP Lounge fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid:
a) jekk l-ex-ambaxaturi għandhomx id-dritt jużaw il-VIP Lounge fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta; u
b) kemm-il darba użaw il-VIP Lounge mill-1 ta' Jannar 2010 'l hawn, għat-tluq u għall-wasla, l-ex-ambaxxaturi li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
M'hemm ebda arranġament sabiex ex-Ambaxxaturi jgħaddu mill-Ministerial Lounge. Mir-rekords ma jidhirx li dan intuża minn dawn il-persuni.
Għar-rigward il-La Vallette Lounge, lanqas m'hemm arranġament min-naħa tal-gvern.