Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skema ta’ Equity Sharing – Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni daħlet għall-Iskema ta’ Equity Sharing fis-sena 2025? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm żgħażagħ fuq it-30 sena li bbenefikaw minn din l-iskema u kemm kienet in-nefqa totali għas-sena 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Servizz Pubbliku – Trainee Tradesperson – Sejħa ta’ ingaġġ

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34403 dwar l-aħħar sejħa ta’ ingaġġ ta’ Trainee Tradesperson, fejn ġie mwieġeb li “r-riżultat tat-Trainee Tradesperson wasal fl-aħħar fażi u min kien eliġibbli u għadda se jiġi appuntat”, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li applikaw u kemm minnhom huma Għawdxin u kemm minnhom huma Maltin?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li kien hemm  għoxrin applikanti għal trainee tradesperson .  Għaxra kienu  eleġibli u għaxra ineleġibli.  L għaxar applikant elegibli ghaddew kollha u huma Għawdxin.

Servizz Pubbliku – Apprentistati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34404 u jgħid kemm hemm persuni li qed jagħmlu xogħol ta’ apprentistat fi ħdan is-servizz pubbliku preżentement? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma residenti Għawdex u kemm minnhom huma residenti Malta?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li fis-Servizz Pubbliku bħalissa hemm 69 apprendistat attiv li qed jaħdmu fi ħdan Dipartimenti differenti taħt il-Ministeri rispettivi. Minn dawn l-apprendisti attivi, 13-il student huma residenti Għawdex, filwaqt li 56 student huma residenti Malta.

EAP - Raġunijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid, b’mod ġenerali, x’kienu r-raġunijiet għalfejn ħaddiema tas-settur pubbliku rrikorrew għall-Employee Assistance Programme (EAP) fl-2025?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat kif ġej: Addiction 6 Mental Health 103 Other 45 Relationship / Family Difficulties 136 Work-related Difficulties 142 Bullying / Harrasment 2 Bereavement 17 Trauma / Crisis 6 Disability Issues 4 Terminal Illness 1 Management / Leadership Issues 1 Domestic Violence 1

Housing Estates – Kuntratti tal-lifts – Due diligence

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar (Housing Authority) wettqitx due diligence fuq il-kumpaniji li ngħataw kuntratti tal-lifts, inkluż verifika dwar dixxiplina finanzjarja, ħlas ta’ VAT u taxxi, korteżiji kummerċjali u rekords ta’ manutenzjoni, u ċertifikazzjonijiet tekniċi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li fil-każ ta’ sejħiet għall-offerti, iI-verifiki jsiru kif stipulat fid-dokument tas-sejħa għall-offerti. Barra minn hekk, l-Awtorità tad-Djar tagħmel verifiki ulterjuri f’każ li l-valur tat-tender jeċċedi l-€500,000, iż-€2,000,000 u l-€4,000,000. Jekk it-tender jeċċedi il-€500,000 isir compliance check, jekk jeċċedi ż-€2,000,000 tintalab l-economic financial standing filwaqt li jekk jeċċedi l-€4,000,000 isir due diligence fuq minn jirbaħ l-offerta, qabel ma jiġi ffirmat il-kuntratt. Dawn il-verifiki qed isiru skont ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (S.L.601.03).

Housing Estates – Kuntratti tal-lifts – Miżuri biex jiġu evitati kunflitti ta’ interess

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’miżuri ta' governanza qed jintużaw fil-kuntratti tal-lifts għall-housing estates, biex jiġu evitati sitwazzjonijiet ta' kunflitt ta' interess li allegatament jinvolvi persuni qrib il-Gvern?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li fil-każ ta’ sejħiet għall-offerti, li qabel l-aġġudikazzjoni tas-sejħa għall-offerti, il-membri tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni, li jikkonsisti f’Chairman, membri u segretarju; kif ukoll kwalunkwe Project Leaders / konsulenti / konsulenti tekniċi involuti fl-aġġudikazzjoni tas-sejħa għall-offerti, jiġu mitluba jiffirmaw Dikjarazzjoni ta’ Kunflitt ta’ Interess

Housing Estates – Kuntratti tal-lifts – Kuntratti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi kuntratti tal-lifts fil-housing estates li ġew attribwiti lill-kumpaniji li għandhom diretturi jew azzjonisti relatati direttament jew indirettament ma’ persuni f’karigi pubbliċi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li fil-każ ta’ sejħiet għall-offerti, li qabel l-aġġudikazzjoni tas-sejħa għall-offerti, il-membri tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni, li jikkonsisti f’Chairman, membri u segretarju; kif ukoll kwalunkwe Project Leaders / konsulenti / konsulenti tekniċi involuti fl-aġġudikazzjoni tas-sejħa għall-offerti, jiġu mitluba jiffirmaw Dikjarazzjoni ta’ Kunflitt ta’ Interess.

Housing Estates – Kuntratti tal-lifts – Kunflitti ta’ interess

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk waqt il-proċess ta’ għoti ta’ kuntratti għal-lifts fil-housing estates, ikunux eżaminati kunflitti ta’ interess jew relazzjonijiet familjari?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li fil-każ ta’ sejħiet għall-offerti, qabel l-aġġudikazzjoni tas-sejħa għall-offerti, il-membri tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni, li jikkonsisti f’Chairman, membri u segretarju; kif ukoll kwalunkwe Project Leaders / konsulenti / konsulenti tekniċi involuti fl-aġġudikazzjoni tas-sejħa għall-offerti, jiġu mitluba jiffirmaw Dikjarazzjoni ta’ Kunflitt ta’ Interess.

Housing Estates – Kuntratti tal-lifts – Verifiki u Audits

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk saritx verifika tal-kwalità jew audits tekniċi fuq il-kumpaniji li rebħu l-kuntratti tal-lifts fil-housing estates?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li fil-każ ta’ sejħiet għall-offerti, iI-verifiki jsiru kif stipulat fid-dokument tas-sejħa għall-offerti inkluż kriterji tekniċi.

Housing Estates – Kuntratti tal-lifts – Fornituri magħżula

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika x’kriterji tekniċi u finanzjarji ntużaw biex jiġu magħżula l-fornituri tal-lifts fil-housing estates?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li fil-każ ta’ sejħiet għall-offerti, il-kuntratturi jintgħażlu skont ir-rekwiżiti u l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti inkluż kriterji tekniċi u finanzjarji.

Skema ta’ Depożitu ta’ 10% - Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet ġodda bl-Iskema ta’ Depożitu ta’ 10% u kemm ibbenefikaw żgħażagħ biex ikunu jistgħu jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Skema HBS – Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ applikazzjonijiet ġodda li daħlu taħt l-iskema tal-Benefiċċju tal-Kera f'Residenzi Privati (HBS) matul l-2025? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont investit?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Skema SSP - Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ applikazzjonijiet taħt l-iskema SSP u kemm ibbenefikaw familji minn din l-iskema? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont ta’ flus investit fl-2025?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Skema DIS - Djar privati - Stairlifts

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ applikazzjonijiet li daħlu għal stairlifts fi djar privati taħt l-iskema DIS matul l-2025? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont investit?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Tribunal Industrijali - Każijiet pendenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30858 u 35024 u jgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat  li  n-numru ta’ każijiet pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali mill-2020 sal-preżent, huma skont is-segwenti: Fis- sena 2020 kien hemm 320 każ pendenti; Fis-sena 2021 kien hemm 280 każ pendenti; Fis-sena 2022 kien hemm 254 każ pendenti; Fis-sena 2023 kien hemm 280 każ pendenti; Fis-sena 2024 kiem hemm 284 każ pendenti; Fis -sena 2025 kien hemm 308 każ pendenti; u Fis-sena 2026 preżentement hemm 317-il każ pendenti. Barra minn hekk, hemm ukoll 310 każijiet separati li jirrigwardaw il-każijiet tad-Drydocks, li ġew indirizzati permezz ta’ test cases li ġew trattati quddiem it-Tribunal.

Rapport ta’ inkjesta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tal-inkjesta relatata mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor.Interpellant biex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.

EAP - Ħaddiema mis-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm mill-ħaddiema tas-settur pubbliku li rrikorrew għall-Employee Assistance Programme (EAP) fl-2025 kienu nisa, irġiel jew ta’ ġeneru ieħor?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor.Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 35130.