Ministeru għas-Saħħa – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 683 u jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liem sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?
Persuni li jbatu minn problemi ta’ saħħa mentali – Appoġġ
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’servizzi ta’ appoġġ psikoloġiku, counselling u gwida qed jiġu offruti mill-Gvern lill-familjari ta’ persuni li jbatu minn problemi ta’ saħħa mentali, partikolarment dawk li jieħdu ħsiebhom ta’ kuljum?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’miżuri konkreti qed jittieħdu biex tissaħħaħ il-prevenzjoni tas-suwiċidju f’Malta u Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni jinsabu attwalment fuq il-lista ta’ stennija għas-servizzi tas-saħħa mentali offruti mill-Gvern, x’inhu ż-żmien medju ta’ stennija għal dawn is-servizzi, u kif qed jiġi assigurat li persuni f’riskju ta’ suwiċidju jingħataw għajnuna psikoloġika immedjata?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti rendikont tal-infiq fuq reklamar, marketing u relazzjonijiet pubbliċi mill-Ministeru tiegħu u minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità taħt ir-responsabbiltà tiegħu, separatament għas-sena 2025 u għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jipprovdi l-informazzjoni f’tabella li tindika, għal kull nefqa, l-entità li għamlitha, l-isem tal-fornitur, il-kampanja jew is-servizz, it-tip ta’ mezz użat, id-data jew il-perjodu tas-servizz, il-metodu ta’ akkwist u l-ammont, filwaqt li jispeċifika jekk dan jinkludix il-VAT?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Ministeru għas-Saħħa, flimkien mad-dipartimenti, l-aġenziji, l-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għandu r-responsabbiltà u l-obbligu li jżomm lill-pubbliku infurmat dwar is-servizzi, il-proġetti u l-inizjattivi tal-Gvern, sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jagħmlu l-aħjar użu minnhom.
Għal dan il-għan, fl-Estimi Finanzjarji tal-Gvern hemm provvediment taħt il-Vot 29, Information Services, li jinkludi allokazzjoni għall-pubblikazzjoni ta' avviżi, kampanji ta' informazzjoni u edukazzjoni, u materjal ieħor ta' komunikazzjoni permezz ta' diversi mezzi. Dawn l-estimi huma diġà ppreżentati fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fir-rigward tar-rendikont dettaljat mitlub, għandu jiġi ċċarat li l-ġbir, il-verifika u l-konsolidazzjoni tal-informazzjoni għal kull nefqa, minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità, skont il-kategoriji u l-perjodi indikati fl-interpellanza, jirrikjedu eżerċizzju amministrattiv estensiv u l-użu ta' riżorsi sostanzjali. Dan l-eżerċizzju jkun jinvolvi ħin u riżorsi li għandhom jiġu bbilanċjati mal-ħtieġa li l-amministrazzjoni tkompli twettaq il-funzjonijiet u s-servizzi tagħha b'mod effiċjenti għall-benefiċċju taċ-ċittadini.
Ministeru għas-Saħħa – Kontinġent għall-laqgħat f’New York
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2972 u 3306 u jgħid kemm kien jikkonsisti f’persuni l-kontinġent li akkumpanjah jew li ntbagħat mill-Ministeru tiegħu għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga u r-rwol ta’ kull persuna? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali relatata ma’ dan il-kontinġent, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm ħaddiema tal-allied health li għadhom ma rċevewx uniformi matul l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u kemm hemm ħaddiema li rċevew parti mill-uniformi biss?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema kollha rċevew l-uniformi tagħhom, bl-eċċezzjoni ta’ erba’ (4) ħaddiema li jeħtieġu uniformi magħmula apposta fuq il-qies tagħhom.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa l-headcount tal-professjonisti tal-allied health, maqsuma skont il-professjoni, u kemm huwa l-full-time equivalent għal kull professjoni?
Allied Health Professionals li rritornaw mill-unpaid leave
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm daħlu lura Allied Health Professionals li kienu fuq unpaid leave f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma professjoni professjoni?
Allied Health Professionals – Applikazzjonijiet għal telework
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm Allied Health Professionals li applikaw għal sigħat ta’ telework, maqsuma professjoni professjoni, fis-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Allied Health Professionals – Applikazzjonijiet għal career break
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm Allied Health Professionals li applikaw għal career break, maqsuma professjoni professjoni, fis-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Allied Health Professionals – Applikazzjonijiet għal unpaid leave
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm Allied Health Professionals li applikaw għal unpaid leave, maqsuma professjoni professjoni, fis-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ avvelenament tal-ikel matul Ġunju u Lulju 2026?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li matul ix-xahar ta’ Ġunju ġew irrappurtati b’kollox 165 każ (125 ikkonfermati u 40 suspettati) ta’ mard sporadiku li jittieħed mill-ikel. Barra minn hekk, ġew irrappurtati 6 tifqigħat (jiġifieri żewġ każijiet jew aktar b’rabta epidemjoloġika bejniethom) li nvolvew 24 każ ieħor (19 ikkonfermati u 5 suspettati).
Matul ix-xahar ta’ Lulju ġew irrappurtati b’kollox 249 każ (156 ikkonfermati u 93 suspettati) ta’ mard sporadiku li jittieħed mill-ikel. Barra minn hekk, ġew irrappurtati 13 -il tifqiegħa (jiġifieri żewġ każijiet jew aktar b’rabta epidemjoloġika bejniethom) li involvew 31 każ ieħor (ilkoll ikkonfermati).
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il persuna ġiet diagnosed bil-kundizzjoni tas-Sleep Apnea matul l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li l-maskri għal min ibati b’din il-kundizzjoni jibdew jingħataw permezz tal-POYC?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li bejn l-1 ta’ Jannar u t-30 ta’ Settembru 2026, 684 pazjent li dehru fil-Kliniċi Respiratorji ġew iddijanjostikati wara l-istudju tal-irqad tagħhom. Il-Gvern kommess li jkompli jinvesti fil-maskri fejn meħtieġ.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm baqgħu rikoverati anzjani fl-Isptar Mater Dei minkejja li kienu ngħataw l-permess mediku biex joħorġu, bejn l-2021 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, minħabba nuqqas ta’ appoġġ fid-dar jew nuqqas ta’ post f’faċilità ta’ kura residenzjali? Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena u jgħid kemm kien iż-żmien medju ta’ stennija għal dawn il-persuni?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm persuni tilfu ħajjithom b’suwiċidju f’Malta u Għawdex matul is-sena 2026 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam din l-informazzjoni skont l-età u l-ġeneru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.
Servizz tas-Saħħa – Psikjatri, psikologi, psikoterapisti u social workers full-time
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm psikjatri jaħdmu mas-Servizz tas-Saħħa full-time? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm psikologi, psikoterapisti u social workers jaħdmu full-time mas-Servizz tas-Saħħa?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti ġewwa l-Isptar Mount Carmel bħala in-patients fil-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-pazjenti qegħdin għal kura ta’ saħħa mentali, użu tad-droga jew sustanzi abbużivi?
Response (BORG, IAN)
Infurmat li fl-Isptar Mount Carmel, li huwa faċilita' għal kura tas-saħħa mentali, fil-preżent hemm 235 pazjent.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1087, 2065 u 3203 u jgħid kemm hawn anzjani f’pajjiżna li ġew dijanjostikati bil-kundizzjoni tad-dimenzja? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-anzjani qed jirċievu servizzi speċjalizzati u x’tip ta’ servizzi qed jingħataw?
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3078 u 3202 u jgħid meta ser tkun lesta d-Dar tal-Anzjani tal-Mosta? Jista' jgħid ukoll għaliex ix-xogħlijiet qed idumu daqshekk u meta ser jirritornaw lura l-anzjani li nħarġu mid-dar biex isiru dawn ix-xogħlijiet?
Djar tal-anzjani - Lista ta’ stennija - Anzjani fil-komunità
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3079 u 3201 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1518, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega kif f'leġiżlaturi oħra dejjem kien jingħata n-numru ta’ anzjani fil-komunità li jkunu qed jistennew biex jidħlu fi djar tal-anzjani u issa dan in-numru mhux qed jingħata?