Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħruġ ta’ visas – Applikazzjonijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm kien hemm talbiet għall-ħruġ ta’ visas fis-snin 2023, 2024 u fl-ewwel disa’ xhur tas-sena 2025, maqsuma sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Bajjiet aċċessibbli

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29143 u 29697 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat u lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi rispettivament u jgħid liema huma l-bajjiet li huma aċċessibbli għal persuni b'diżabilità?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari nru. 20641.

Il-Belt, Valletta - Aċċess adegwat għall-persuni vulnerabbli

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29724 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali u jgħid kemm hemm binjiet fil-Belt Valletta, inklużi ristoranti, uffiċini u ħwienet, li ġew infurzati biex jirranġaw il-binja biex jipprovdu aċċess adegwat għall-persuni vulnerabbli?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu - Ħaddiema full-time u part-time

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu full-time u part-time ma’ kull dipartiment u/jew entità li taqa’ taħtu matul is-snin 2012, 2013, 2016, 2018, 2021, 2022, 2023, 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 30776.

Tribunal Speċjali tal-Ukrajna - Żviluppi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jindika jekk, mill-jum tal-iffirmar tal-ftehim ’il hawn, kienx hemm xi żviluppi dwar it-Tribunal Speċjali tal-Ukrajna?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara sentejn ta’ ħidma fuq livell tekniku fi ħdan il-Core Group dwar it-Twaqqif tat-Tribunal Specjali dwar ir-Reat t’Aggressjoni fil-konfont tal-Ukrajna, fil-25 ta' Ġunju 2025, Malta, bħala Presidenza tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill ta’ l-Ewropa, iffaċilitat l-iffirmar tal-qbil bilaterali bejn il-President Ukren Volodymyr Zelensky u s-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Ewropa Alain Berset dwar dan it-Tribunal (inkluż l-Istatut tiegħu). Dan l-iffirmar immarka t-tkomplija ta’ ħidma intensiva biex jiġi mwaqqaf it-Tribunal, inkluż in-negozjati għat-twaqqif tal-Enlarged Partial Agreement on the Management Committee of the Special Tribunal. Dan ser jipprovdi qafas għall-proċeduri tat-Tribunal, kif ukoll materji oħra amministrattivi, bħal kif ser jiġu definiti l-kontribuzzjonijiet finanzjarji. Sakemm il-Ftehim jiġi ffinalizzat, Stati li huma interessati jissieħbu f’dan il-Ftehim qegħdin ilestu l-preparamenti interni tagħhom biex eventwalment jindikaw l-intenzjonijiet tagħhom li jipparteċipaw fi ħdan il-Ftehim. Malli l-Istati jindikaw din l-intenzjoni, il-Kumitat tal-Ministri jkun jista' jiffinalizza xogħolu f’dan ir-rigward. Mill-aspett nazzjonali, Malta minn dejjem kienet minn ta’ quddiem fis-sapport tagħha għat-twaqqif ta’ dan it-Tribunal. Ser nkomplu naħdmu bis-sħiħ għat-twaqqif tiegħu anka wara li tispiċċa l-Presidenza tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill ta’ l-Ewropa sabiex inkomplu npoġġu l-ġustizzja kriminali internazzjonali fuq quddiem tal-aġenda, u naħdmu biex tiġi żgurata r-responsabbiltà għad-delitti mwettqa hemmhekk.

Tourism Police

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jindika jekk hemmx il-ħsieb li tiġi riattivata l-inizjattiva tat-Tourism Police li kien hemm proġett pilota dwaru fil-passat fl-interess tal-aħjar sigurtà tat-turist u tar-residenti tal-lokalitajiet partikolari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-inizjattiva tat-Tourism Police kienet inizjattiva tal-Fondazzjoni taz-Zoni Turistiċi li llum inbidlet f’Aġenzija għar-Riġenerazzjoni taz-Zoni Turistiċi u li llum taqa’ taħt ir-responsabbilta’ tal-Ministeru tat-Trasport, Infrastruttura u Xogħlijiet Pubbliċi. B’dan ma jfissirx li l-Ministeru u l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu mhux jinteressaw ruħhom mis-suġġett, u huma nvoluti f’diversi inizjattivi mal-forzi differenti tal-infurzar, il-kumitati varji ta’ Town Centre Management li twaqqfu u anke Kunsilli Lokali.

Is-Sirja – Relazzjonijiet mal-Amministrazzjoni l-ġdida

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jindika x’inhi r-relazzjoni mal-aAmministrazzjoni ġdida fis-Sirja sal-lum il-ġurnata?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa mill-bidu tat-tranżizzjoni li għaddejja bħalissa fis-Sirja, Malta qed taħdem biex terġa tibni rabtiet bilaterali mal-Awtoritajiet Sirjani, wara snin ta’ ffriżar fir-relazzjonijiet. Dan l-impenn qed jitwettaq f’koordinazzjoni mill-qrib mas-sħab tagħna fl-UE, u jiddependi fuq l-iżviluppi fil-pajjiż, fejn is-sitwazzjoni għadha waħda volatili, b’rapporti ta’ vjolenza etnika u settarja, kif ukoll il-persistenza tat-theddid terroristiku. Biex tiġi stabbilita ħidma bilaterali effettiva, Malta ħatret Mibgħut Speċjali għas-Sirja, sabiex issaħħaħ il-kuntatti diplomatiċi u tiffaċilita l-isforzi ta’ koordinazzjoni ma’ diversi ‘ stakeholders ’ internazzjonali u reġjonali. Fuq livell multilaterali, Malta qed tfittex li tindirizza l-aktar bżonnijiet urġenti tal-poplu Sirjan, li jibqgħu preżenti minkejja l-bidla fl-amministrazzjoni. Il-popolazzjoni Sirjana qed tiffaċċja sfidi umanitarji serji. Servizzi essenzjali bħal kura tas-saħħa, l-edukazzjoni u s-sigurtà tal-ikel, għadhom nieqsa, u s-sitwazzjoni qed tiġi aggravata bi sfidi fiskali u ekonomiċi estensivi. Għal dan il-għan, Malta qed tikkoordina l-ħidma tagħha mas-sħab internazzjonali, fejn ikkommettejna s-somma ta’ €75,000 għal-għajnuna umanitarja għas-Sirja waqt id-Disa’ Konferenza ta’ Brussell dwar is-Sirja f’Marzu 2025.

Turisti - Nefqa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jindika kemm kienet in-nefqa ras għal ras ta’ kull turist li ġie fil-gżejjer Maltin mis-sena 2013 ’il quddiem?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-tabella t’hawn taħt. Din it-tabella turi n-nefqa totali ras għal ras ta’ kull turist li żar il-gżejjer Maltin mis-sena 2013 sas-sena 2024. In-nefqa ras għal ras ta’ kull turist żdiedet minn €910.4 fis-sena 2013 għal €923.6 fis-sena 2024. Ta’ min jinnota li f’dan il-perjodu żdiedu kemm in-numru ta’ turisti kif ukoll in-numru ta’ ljieli, iżda l-medja ta’ ljieli li kull turist iqatta’ fil-gżejjer Maltin niżlet minn 8.1 għal 6.4, iġifieri naqset b’ 21 fil-mija. Dan ifisser li n-nefqa f’ kull lejl żdiedet b’mod aktar għoli. Skond l-aħħar statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, bejn Jannar u Lulju 2025, in-nefqa ras għal ras ta’ kull turist ammontat għal €912.0, żieda ta’ €54 meta mqabbla ma’ l-istess perjodu fis-sena 2024. Nefqa ras għal ras ta’ kull turist li ġie fil-gżejjer Maltin mis-sena 2013 sa Lulju 2025 Ewro Numru ta' turisti Numru ta' Iljieli ALOS 2013 910.4 1,582,153 12,890,263 8.1 2014 904.6 1,689,809 13,522,112 8.0 2015 919.1 1,783,366 14,151,599 7.9 2016 869.3 1,965,928 14,961,366 7.6 2017 856.2 2,273,837 16,509,141 7.3 2018 808.8 2,598,690 18,569,716 7.1 2019 806.6 2,753,239 19,338,860 7.0 2020 691.1 658,567 5,227,229 7.9 2021 899.4 968,136 8,389,545 8.7 2022 880.1 2,286,597 16,608,131 7.3 2023 897.2 2,981,476 20,289,051 6.8 2024 923.6 3,563,618 22,916,616 6.4 Jannar sa Lulju 2024 858.1 1,972,576 12,174,622 6.2 Jannar sa Lulju 2025 912.0 2,210,992 13,443,967 6.1 Source: NSO

MTA - Organizzaturi tal-parties - Fondi li ġew miċħuda

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk kienx hemm istanzi meta l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) ċaħdet fondi milli jkunu allokati lil xi organizzatur ta’ party?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

MTA - Organizzaturi tal-parties - Proċess tal-immaniġġjar tal-fondi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kif inhu mmaniġġjat il-proċess li bih l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) talloka fondi għall-organizzaturi tal-parties?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

MTA - Organizzaturi tal-parties – Sejħiet pubbliċi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk toħroġx xi sejħa pubblika mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) biex tħajjar lill-organizzaturi tal-parties jesprimu l-interess tagħhom?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

MTA - Organizzaturi tal-parties - Bord li jalloka l-fondi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk jeżistiex xi bord biex jiddeċiedi li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) talloka fondi għall-organizzaturi tal-parties?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

MTA - Organizzaturi tal-parties - Fondi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid min jiddeċiedi li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) talloka fondi għall-organizzazzjonijiet tal-parties?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

MTA u l-Awtorità tal-Ippjanar - Permessi għall-bed stock

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jindika jekk attwalment hemmx koordinament bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u l-Awtorità tal-Ippjanar dwar permessi għall-bed-stock fil-qasam tal-ospitalità?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan is-suġġett huwa meqjus ta’ mportanza speċjalment fl-isfond tal-istrateġija tat-turiżmu 2030, filwaqt li huwa wkoll magħruf li l-Ministeru qed jikkonsulta fuq diversi inizjattivi f’dan il-qasam. Infakkar ukoll li kull applikazzjoni għal akkomodazzjoni kollettiva trid l-ewwel tgħaddi mill -Awtorità Maltija għat-Turiżmu ( MTA) qabel ma tmur għand l- Awtorità tal-Ippjanar ( PA) sabiex tigi kkunsidrata.

Pajjiżi tal-Amerika Latina - Ftehim ta’ Estradizzjoni

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk hemmx  ħsieb li jkun hemm ftehim ta’ estradizzjoni ma’ pajjiżi tal-Amerika Latina? Jekk iva, ma’ liema pajjiż/i?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern iżomm relazzjonijiet diplomatiċi u djalogu kontinwu ma’ diversi pajjiżi dwar diversi oqsma ta’ interess komuni. F’dan l-istadju, m’hemmx informazzjoni addizzjonali li tista’ tkun provduta dwar dan is-suġġett.

Pajjiżi tal-Amerika Latina - Trattati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti rendikont tat-trattati li hemm ma’ pajjiżi tal-Amerika Latina?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Malta għandha diversi trattati ma’ pajjiżi tal-Amerika Latina. L-iktar trattati komuni li ġew iffirmati huma dawk li jistabbilixxu r-relazzjonijiet diplomatiċi. Fost il-pajjiżi fl-Amerika Latina li ġew iffirmati dawn it-tip ta’ trattati nsibu: Antigwa u Barbuda, l-Arġentina, il-Commonwealth tal-Baħamas, il-Barbados, il-Beliże, il-Bolivja, il-Brażil, iċ-Ċili, il-Kolombia, il-Kosta Rika, il-Kuba, il-Commonwealth tad-Dominika, ir-Repubblika Dominikana, l-El Salvador, l-Ekwador, il-Grenada, il-Gwatemala, il-Gujana, il-Honduras, il-Ġamajka, il-Messiku, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Paragwaj, il-Perù, Saint Kitts u Nevis, Santa Luċija, Saint Vincent u l-Grenadini, is-Surinam, l-Urugwaj u l-Venezwela. Barra minn hekk, Malta għandha trattati dwar il-Konsultazzjonijiet Bilaterali mal-Arġentina, maċ-Ċili, mal-Kuba, l-El Salvador u mal-Messiku. Fejn jidħlu suġġetti relatati ma’ taxxa, kwistjonijiet fiskali, inkluż dħul minn tfaddil ta’ taxxa, jew eviżjoni ta’ taxxa doppja, ġew iffirmati trattati mal-Aruba, il-Baħamas, il-Bermuda, il-Barbados u mal-Urugwaj. Fost trattati oħra insibu dawk li jirrigwardjaw l-eżenzjonijiet mill-viża għal detenturi ta’ passaporti diplomatiċi u speċjali, li ġew iffirmati mal-Kosta Rika u mal-Perù. Nsibu wkoll Memorandum ta’ Ftehim dwar is-Servizzi tal-Ajru li ġie iffirmat mal-Awtoritajiet Aeronawtiċi tal-Brażil, kif ukoll Protokoll relatat ma’ emenda għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali li ġie iffirmat mal-Urugwaj. Fl-aħħar nett insibu wkoll Memoranda ta’ ftehim oħrajn li jinkludu: Kooperazzjoni Kulturali bejn Malta u l-Kolombja; Kooperazzjoni fit-Turiżmu mal-Kuba; Kooperazzjoni fil-qasam tax-xjenza medika u l-kura tas-saħħa mal-Kuba; u Kooperazzjoni fil-qasam tat-taħriġ diplomatiku mal-Messiku.

MTA - Organizzaturi tal-parties - Fondi - Rekwiżiti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’inhuma r-rekwiżiti biex organizzatur ta’ party ikun intitolat fondi mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA)?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

MTA - Organizzaturi tal-parties - Fondi allokati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid meta l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) talloka fondi għall-organizzaturi tal-parties, humiex marbutin ma’ xi staġun jew jekk hiex fid-diskrezzjoni tal-organizzaturi li jorganizzaw il-parties fi kwalunkwe żmien tas-sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

MTA - Organizzaturi tal-parties - Benefiċċjarji tal-fondi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid min kienu l-benefiċċjarji tal-fondi li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) allokat f’dawn l-aħħar ħames snin għall-organizzazzjoni tal-parties?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

MTA - Organizzaturi tal-parties - Baġits allokati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm kienu l-baġits annwali li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) allokat għall-organizzaturi tal-parties f’dawn l-aħħar ħames snin?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.