Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu separatament f'manutenzjoni u refurbishment neċessarju fl-Isptar tar-Rijabilitazzjoni Karen Grech mis-sena 2008 sa sena 2012, sena b'sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fl-Isptar tar-Rijabilitazzjoni Karin Grech, mis-sena 2008 sas-sena 2012 in-nefqa f'manutenzjoni kienet hekk:
Sena
Manutenzjoni
Refurbishment
€
€
2008
206,592
169,701
2009
188,423
367,669
2010
237,838
935,939
2011
251,053
617,981
2012
126,082
296,924
2012
400,000*
Total
1,009,988
2,788,214
*Ħlas pendenti ta’ xogħolijiet li tlesta f’dawn l-aħħar ġimgħat u għadhom ma tħallsux.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intbgħatu pazjenti Maltin għal kura barra minn Malta matul dawn l-aħħar erba' snin?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li n-numru ta’ pazjenti li ntbagħtu għal kura barra min Malta matul l-aħħar erba’ snin huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Numru ta’ pazjenti li marru f’ċentri ġewwa l-Ingilterra (2008 – Ottubru 2012)
Sena
Numru ta’ Pazjenti
2008
279
2009
296
2010
306
2011
314
2012 (Jannar – Ottubru)
343
Numru ta’ pazjenti li marru f’ċentri ġewwa l-Italja (January – Ottubru 2012)
Sptar/Ċentru
Numru ta’ Pazjenti
Monza (Cardiac MRI)
16
Palermo (ISMETT)
6
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li ilha li applikat biex tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paul imma għadha mingħajr risposta?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-anzjana li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant bħalissa tinsab fl-Isptar Karen Grech u ilha hemm mit-18 ta’ Settembru 2012.
Din l-anzjana ġiet approvata għar-Residenza San Vincenz de Paule u tinsab fil-lista ta’ stennija ta’ din ir-Residenza.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu mistenni li jeħtieġ man power biex l-Isptar St. Philips jitmexxa kif inhuwa maħsuba? Se jkun hemm bżonn xi reklutaġġ addizzjonali?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-man power għall-Isptar St. Philip’s huwa l-istess bħal dak tal-Isptar Karen Grech, peress li l-istess pazjenti fis-swali, kif wkoll l-impjegati, se jiġu trasferiti għall-Isptar St. Philip’s, fl-iventwalità li l-Gvern jasal għal ftehim fuq dan l-isptar.
Foundation for Medical Services — proġett tal-Isptar St. Philips
Question
Minħabba x-xogħol li mistennija jkollha l-Foundational for Medical Services in konnessjoni ma' dan il-proġett ta' St. Philip, jista' l-Ministru jassikura lill-Kamra li dan m'huwa fl-ebda mod se jaffetwa x-xogħlijiet fuq l-Isptar tal-Onkoloġija u taċ-ċentri varji tas-saħħa f'tali mod li dawn jistgħu jaqgħu lura fl-iskedar tagħhom speċjalment billi huwa mifhum li l-Foundational for Medical Services kważi diġà qabżet il-limiti tar-riżorsi finanzjajri u umani tagħha?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li m’hemm l-ebda indikazzjoni li x-xogħolijiet fuq iċ-ċentru tal-Onkoloġija u fuq proġetti oħra li qiegħdha taħdem fuqhom il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi ser jaqa’ lura minħabba l-Isptar St. Philip’s.
Jista' l-Ministru jgħid x'użu se jsir mid-dar tal-anzjani tal-Gżira la titbattal kompletament? X'inhi r-raġuni li meta ttieħdet id-deċiżjoni li jingħalaq dan iċ-ċentru, il-familjari konċernati allegatament ma ġewx konsultati, tant li kien hemm ilmenti ta' rabja kbira mill-familjari li għandhom xi ġenitur, li dan iċ-ċentri qed jitbattal u li l-qraba qegħdin jinferxu f'bosta postijiet mingħajr konsultazzjoni ta' xejn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li s’issa ma ġiex identifikat kif ħa tintuża d-Dar tal-Anzjani tal-Gżira la darba titbattal.
Meta ttieħdet id-deċiżjoni li tingħalaq id-Dar tal-Gżira il-kap ta’ din id-Dar beda proċess ta’ diskussjoni kemm mar-residenti kif ukoll il-qraba tagħhom biex b’hekk jindikaw il-preferenza tagħhom għal djar oħra fejn tista’ tiġi offruta kura fit-tul.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — aċċessibilità fl-uffiċini
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru f'dawn l-aħħar sitt xhur f'kull ufficċju tal-Ministeru u d-dipartimenti u entitajiet kollha li jaqgħu taħtu biex ikun aċċessbbli għall-persuni b'diżabilità kemm fiżika u kif ukoll dawk li għandhom nuqqas ta' smigħ u nuqqas ta' dawl?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li f’dawn l-aħħar sitt xhur saru xogħolijiet relatati ma’ aċċess aħjar għall-persuni b’diżabilità f’dawn id-dipartimenti:
L-Isptar ta’ Rijabilitazzjoni Karin Grech: fetaħ is-sala RW1 bi kmamar u faċilitajiet li huma aċċessibli faċilment minn persuni b’diżabilita fiżika.
Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’: f’dawn l-aħħar sitt xhur saret rampa fin-Night Shelter ġewwa r-Residenza ta’ San Vinċenz de Paule biex ikun aċċessibbli għal persuni b’diżabilita’.
Sptar Mater Dei — Underground Car Park - kuntratt għall-immaniġjar tal-car park
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-underground car park tal-Isptar Mater Dei biex jinbena u jitlesta? Liema hi l-kumpanija li ngħatat il-kuntratt għall-immaniġjar ta' dan il-car park? Kemm qiegħda titħallas din il-kumpanija lill-gvern kull sena għal dan il-car park?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ispiża tal-Isptar Mater Dei kienet waħda stabbilita bħala somma fissa għall-isptar kollhu, għalhekk l-informazzjoni li qed jistaqsi m’hijiex possibli li tingħatalu. Il-kumpanija li ngħatat il-kuntratt għall-immaniġjar ta' dan il-car park hija Parksec Ltd. Din il-kumpanija qegħdha titħallas €118,192.40c fis-sena.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pajnijiet għall-binja li hemm bħala Sptar Zammit Clapp li kienet tintuża bħala sptar ta' riabilitazzjoni għax-xhur u snin li ġejjin?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li bħalissa l-Isptar Żammit Clapp, qiegħed jintuża bħala Nursing Home għall-Anzjani wara li saritlu refurbishment estensiv. Ta’ min jgħid li permezz ta’ dan il-proġett, kien hemm żieda ta’ 96 sodda għall-anzjani.
Jista' l-Ministru jgħid x'servizzi tħallew fil-klinika tal-Mosta issa li fil-bini ta' din l-klinika għaddej xogħol estensiv ta' rranġar u modernizzar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fil-bini taċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta baqa’ jingħata biss servizz ta’ Radjoloġija.
Pero`, sar arranġament biex fil-binja tal-Kunsill Lokali, tinfetaħ berġa għal bżonnijiet tar-residenti tal-lokal b’mod temporanju, sakemm isiru x-xogħolijiet fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta.
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li x-xogħol ġewwa ċ-ċentru tas-saħħa fil-Mosta jitlesta u jerġa' jibdew jingħataw is-servizz li kien mdorri jieħu l-poplu minn dan iċ-ċentru tas-saħħa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li sakemm il-proċess tat-tenders jitlesta mingħajr dewmien, huwa ippjanat li l-proġett ikun finalizzat matul l-ewwel sitt xhur tal-2013.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda jingħata t-tilqim kontra l-influwenza miċ-ċentri tas-saħħa? Jista' jagħti time table ta' kif se jsir dan it-tilqim?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li t-tilqim kontra l-influwenza beda jingħata miċ-Ċentri tas-Saħħa mit-Tnejn 22 ta’ Ottubru.
It-tilqim miċ-Ċentri tas-Saħħa kollha jingħata:
· Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 10a.m sa 1:30p.m.
· Is-Sibtijiet 10a.m sa 12:30p.m.
It- tilqim wara nofsinhar fiċ-Ċentri tas-Saħħa ta’ B’Kara, il-Furjana u Raħal Ġdid jingħata :
· Mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn 2p.m. u 7p.m.
· Is-Sibtijiet 1p.m u 7p.m.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36259 u jara l-każ ta' koppja anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li għandha s-servizz tal-home help u peress li hija koppja kbira fl-età tixtieq li meta l-persuna li tagħti l-home help ma tkunx tista' tmur, almenu jkollha reliever?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li dan l-aħħar fuq il-lokalita’ ta' Paola ma kienx hemm reliever illi d-Dipartiment seta’ jibgħat meta xi Assistenta Soċjali tkun bil-leave jew bis-sick leave. Din il-ġimgħa s-sitwazzjoni reġgħet ġiet għan-normal u r-reliever ser tintbagħat bħas-soltu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern hux qed jippjana xi tibdil strutturali fi ħdan l-Isptar St. Philips biex jakkomoda aktar sodod u biex jiżgura li l-Isptar jista' jintuża bħala rehab hospital? Jekk iva, x'tibdil huwa meħtieġ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Il-pjanijiet tal-Gvern fir-rigward tal-isptar St. Philip’s huma maqsuma f’żewġ fażijiet. Fl-ewwel fażi, l-isptar ser ikun jista’ jintuża minnufih wara li jiżi ffirmat il-ftehim u wara li jsiru xi alterazzjonijiet minuri sabiex ikun jista’ jiġi konvertit fi sptar ta’ riabilitazzjoni. F’din il-fażi m’hemmx il-ħtieġa għal tibdil strutturali.
Fit-tieni fazi, wara li jsiru l-applikazzjonijiet dovuti u joħorġu l-permessi meħtieġa mill-MEPA, il-Gvern qed jippjana li jwettaq dak it-tibdil strutturali sabiex bejn wieħed u ieħor jirdoppja n-numru ta’ sodod.
Jista' l-Ministru jgħid mill-apparat li hemm fl-Isptar St. Philips, liema apparat hemm bżonn li jinbidel? Kemm huwa stmat li se jkun jiswa? Jekk hemm xi nfiq kapitali (capex costs) dawn se jitnaqqsu mill-ammont tal-kirja?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Sakemm isir il-ftehim dwar l-Isptar St. Philips, ma jistgħux isiru verifiki dettaljati fuq l-apparat.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — Direct Order
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36724, jista' jagħti l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposti mogħtija dwar l-istess suġġett fil-Mistoqsijiet Parlamentari numru 23470 - Direct Orders 2010; 30122 - Direct Orders 2011; 36724 - Direct Orders 2012.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet il-proċedura sabiex jiġi ppubblikat ir-riżultat tal-interviews li sar f'Ġunju 2012 għal pharmacy technicians wara sejħa mid-dipartiment aktar kmieni din is-sena? Kemm hemm postijiet vakanti fid-Dipartiment tas-Saħħa għal pharmacy technicians? Għaliex għadhom ma ġewx ingaġġati dawn il-pharmacy technicians? Meta se jiġu ingaġġati dawn il-pharmacy technicians?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-pubblikazzjoni tar-riżultat għall-grad ta’ Pharmacy Technician u l-ingaġġ fl-istess grad għandhom isiru mill-iktar fis possibli. Il-vakanzi f’dan il-grad jimtlew skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku.
Dipartiment tas-Saħħa — applikazzjonijiet għal diversi karigi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35944 u jgħid kemm ħarġu sejħiet għall-applikazzjonijiet għal mili ta' diversi karigi mad-Dipartiment tas-Saħħa fis-snin 2009, 2010, 2011 u fis-sena kurrenti - 2012? Fuq liema bażi jiġi deċiż jekk kariga partikolari għandiex toħroġ mis-Servizz Pubbliku jew inkela mill-Foundation for Medical Services? Kemm inħarġu sejħiet mill-Foundation for Medical Servces jew b'sejħa diretta (mhux mill-PSC), kemm ġew ingaġġati nies b'dan il-metodu u jekk kienx hemm impjegati li wara li ġew ingaġġati b'dan il-metodu (mhux mill-PSC), ġew irregolarizzati mall-PSC?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fis-snin 2009 sa 2012 inħarġu total ta’ 428 sejħa għall-applikazzjonijiet għall-mili ta’ diversi karigi mal-Ministeru għas-Sahha, l-Anzjani u Kura fil-Komunita’: 134 fl-2009, 102 fl-2010, 72 fl-2011 u 120 fl-2012 sa llum il-ġurnata.
Id-deċiżjoni dwar jekk kariga partikolari tinteliex permezz ta’ sejħa li toħroġ mis-Servizz Pubbliku jew mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, ssir abbażi tal-ħtiġijiet neċessarji.
Matul is-snin 2009 sa 2012, il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (F.M.S.)ħarġet 40 sejħa għall applikazzjoni u preżentament hemm seba’ persuni li ġew ingaġġati b’mod dirett. Ma kien hemm l-ebda persuni ingaġġati mal-F.M.S. li ġew irregolarizzati mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 36960 u 36511 u jgħid kemm hemm listi ta' stennija fil-qasam tas-saħħa? F'liema oqsma huma dawn il-listi u kemm pazjenti jistennew għall-interventi fuqhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fil-qasam tas-saħħa fuq il-listi ta’ stennija ċentralizzata ġewwa l-Isptar Mater Dei hemm listi ta’ stennija fil-qasam tal-Ortopedija, Oftalmoloġija u fil-Kardjoloġija. Il-lista ta’stennija f’dawn l-oqsma sad-disa’ ta’ Otubru 2012 kienet hekk:
· Cardiology cases
o Abliation – 3
o Angiogram – 353
o Cardioversion – 3
o Grafts – 27
o Pacemaker – 12
o PCI – 44
o PFO – 12
o Heart Studies – 8
o Box Change – 10
o Others - 550
· Radiology - Angiography - 5
CT Scan - 1,476
Fluoroscopy - 945
Mamography - 782
MRI - 2,687
Nuclear Medicine - 435
Planar Imaging - 557
Ultrasound - 5,787
· Ophtalmology - Cataracts - 3,215
Ritractomy - 64
Silicone Oil Removal - 55
Others - 173
· Orthopeadic -
· Revision THR – 34
· THR – 327
· TKR – 1,653
· Unicondylar Knee Replacement – 203
· Revision TKR – 29
· Arthroscopy Knee – 1,494
· Arthroscopy Knee and ACL Reconstruction – 239
· Arthroscopy Ankle – 7
· Arthroscopy Shoulder – 11
· Medicine
Gastroscopy - 67
Colonoscopy - 151
Peg - 1
· Anaesthesia
o Pain Clinic - 300
· Dental
Orthodontics - 540
Oral Surgery - 299
Prosthetics - 356
· Gynaecology - 565