Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari — impjegati nisa bi skala sebgħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati nisa fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li huma minn skala sebgħa 'l fuq?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' mpjegati nisa fi ħdan il-Ministeru, Dipartimenti u Entitajiet li jaqgħu taħtu li huma minn skala 7 'l fuq , huwa ta' 58 kif maqsuma fit-tabella t'hawn taħt:- Segretarjat Ministeru 1 Segretarjat Permanenti 10 Faċilita' Korrettiva ta' Kordin 1 Direttorat Probation u Parole 2 Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 12 AWAS 1 Reġistru Pubbliku u tal-Artijiet 2 Dipartiment għall-Gvern Lokali 29

Ministeru tal-Intern u Affarijiet Parlamenti — informazzjoni dwar konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2011 ? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti, ingħatax b’direct order jew le?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

uffiċċju tal-Kummissarju għar-Rifugjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-uffiċċju tal-Kummissarju għar-Rifugjati se jersaq f'xi bini ġdida jew uffiċċju ieħor issa li bdew xogħlijiet fuq il-forti ta' Sant Iermu? Jista' l-Ministru jindika jekk il-ħaddiema ta' dan l-uffiċċju se jingħatalhom biżżejjed spazju għall-parkeġġ, li s'issa jinqasam mal-pulizija tal-Akkademja; biżżejjed toilets li jkun ta' standards deċenti kemm għall-ħaddiema kif ukoll għall-klienti tagħhom; waiting room u reception area denja ta' uffiċċju tal-gvern, aċċess għall-wheelchairs u nisa bil-prams u interview rooms għall-klienti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-proċess biex jiġu identifikati uffiċini xierqa biex jakkomodaw l-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati għadu għaddej.

każijiet ta' vjolenza domestika

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33832 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm saru rapporti ta' vjolenza domestika kull sena mill-2005 sal-2011? X'tip ta' vjolenza domestika kienet irrappurtata u x'kienet l-azzjoni meħuda fir-rigward tal-każijiet rrappurtati?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-każi ta’ vjolenza domestika rrapurtati lill-Pulizija mill-2005 sal-2011 kienu kif ġej: 2005 2006 2007 2008 2009 2010 2011 228 268 341 450 543 659 848 Infurmat ukoll illi l-istatisitka dwar it-tip ta’ vjolenza domestika rrapurtata lill-Pulizija bdiet tinżamm mill-2008 u hija kif ġej: 2008 2009 2010 2011 Vjolenza domestika Feriti gravi 16 13 15 20 Hsara morali 64 114 189 312 Feriti ta’ natura hafifa 359 403 425 484 Stalking 11 13 30 32 Total 450 543 659 848 F’kull każ ittieħdet l-azzjoni kif meħtieġ skont il-liġi.

playing fields li għandhom CCTV

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-playing fields li għandhom CCTV System operabbli u liema huma? Jista' jgħid kif u min jopera s-sistema sabiex tissalvagwardja t-tfal li jattendu f'dawn il-playing fields bil-funzjoni tas-CCTV? Jista' jitqiegħed dokument li juri din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għadha qed tinġabar u se tingħata f'xi seduta oħra.

atti kriminali fuq anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati atti kriminali fuq persuni anzjani ta' 'l fuq 'l 65 sena, sena b'sena, mill-2000 'l hawn u x'tip ta' atti kriminali seħħew (eż: serq, swat)?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi r-rapporti li kellhom il-Pulizija dwar atti kriminali fuq persuni anzjani ta' 'l fuq minn 65 sena għas-snin imsemmija mill-Onorevoli Interpellant fuq kienu s-segwenti:-

Mobile homes minn Napli

Question

Jista' l-Ministru jinforma jekk wara li l-gvern Malti kien ġab bejn 80 u 90 mobile homes minn Napli sabiex jintużaw għall-immigranti irregolari li bħalissa jinsabu f'pajjiżna, fejn għalihom kien ħallas €900-il waħda għat-trasport u x-shipping biss, mingħajr ma ħallas xejn għalihom, issa li reġa' għandu l-opportunità li jġib madwar 1,400 mobile homes oħra, fejn għalihom se jerġa' jħallas biss għat-trasport u x-shipping hux se jerġa' jġib dawn il-mobile homes minn Napli bl-istess kundizzjonijiet kif kien sar skont il-ftehim bejn il-gvern Malti u dak Taljan? Jista' jgħid dawn issa minn fejn se jinġiebu u kemm se jiswew lill-Gvern?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li ma jeżisti ebda ftehim mal-Gvern Taljan li permezz tiegħu jistghu jinġiebu mobile homes mill-Italja, u dawk li għalihom qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant kienu mobile homes second hand li nġiebu xi snin ilu b’arranġamenti ad hoc li saru bejn il-Forzi tal-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta u tal-Italja. Infurmat ukoll li l-100 mobile homes li nxtraw riċentement bil-fondi tal-Unjoni Ewropea taħt l-emergency measures tal-Fond Ewropej tar-Refuġjati (ERF) nġiebu mill-Italja wara sejħa għall-offerti u jiswew €889,992 li minnhom sehem il-Gvern kien ta’ 20% u ċioe' €177,998.

kunsilli lokali li bidlu s-segretarju eżekuttiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li minn Jannar tal-2011 sal-lum biddlu s-segretarju eżekuttiv? Jista' jingħad liema kunsilli ġew mitluba jagħmlu mid-term audit u liema le?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li kien hemm disgħa u għoxrin (29) kunsill lokali li minn Jannar 2011 sat-12 ta’ April 2012 bidlu s-Segretarju Eżekuttiv tagħhom. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn il-kunsilli lokali. Intant ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hija fir-responsabbiltà ta’ kull kunsill lokali li jagħmel mid- term audit meta jgħaddi minn bdil tas-Segretarju Eżekuttiv. Għalhekk ma jkunx mitlub mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali biex jagħmel dan. Id-Dipartiment fakkar f’dan permezz tal-linji gwida li bagħat lill-kunsilli lokali li kienu annessi ma' memo 4/2012, liema kopja qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra flimkien ma’ estratt tal-linji gwida msemmija.

Żurrieq — kampijiet fin-naħa tal-Baqqri - Refuġjati llegali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ refuġjati llegali li qed jagħmlu użu mill-kampijiet fin-naħa tal-Baqqari limiti taż-Żurrieq? Jista’ jgħid jekk dawn jistgħux jiġu spostati għal aħjar u dan billi jsiru xogħlijiet ta’ kostruzzjoni għal dan l-għan permezz ta’ estensjoni tal-binjiet diġà esistenti fl-istess lokalità? Jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir upgrade tal-area in ġenerali?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 220 persuna fil-Ħal Far Tent Village. Fis-16 ta’ April, 2012, inbeda xogħol biex minflok it-tined jitqegħdu prefabricated accommodation units li nxtraw b’fondi lokali u tal-European Refugee Fund, Emergency Measures. It-transizzjoni mistennija tieħu ftit ġimgħat, u għalhekk ix-xogħol ta’ upgrading qed isir propju bħalissa. Barra minn hekk, hemm il-ħsieb li jsir ukoll xogħol ta’ landscaping ġewwa ċ-ċentru.

Kunsilli lokali — proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kunsilli lokali, mit-twaqqif tagħhom sa tmiem is-sena li għaddiet: a) għamlu talbiet għal devoluzzjoni ta' proprjetà; b) f'liema sena saret it-talba; ċ) għal liema proprjetà saret it-talba; d) għal liema skop intalbet dik il-proprjetà; e) it-talba kenitx milqugħa; f) jekk fl-affermattiv meta ntlaqgħet; g) kienx hemm talbiet li ma ntlaqgħux; u h) hemmx talbiet pendenti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għad-domandi a, b, ċ, u d. Ninsab infurmat illi peress li l-informazzjoni mitluba għad-domandi e, f, ġ, u ħ ma tinżammx taħt forma ta' statistika kompjuterizzata għadha qed tinġabar u tingħata aktar 'il quddiem.

investigazzjoni ta' kumpaniji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet ġudizzjarji Taljani talbux b'xi mod l-għajnuna tal-pulizija Maltija dwar l-investigazzjoni li għaddejja dwar l-involviment ta' kumpaniji u istituzzjonijiet Maltin fil-money laundering, tax evasion u misappropriation of public funds minn sitt uffiċjali tal-Fondazzjoni Salvatore Maugeri ta' Pavia? Jekk iva, x'għajnuna qed tingħata? Jekk le, il-pulizija Maltija ħadet l-inizjattiva biex hi ukoll issegwi dawn l-investigazzjoni fejn jirrigwardja lill-Malta?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ma kien hemm ebda talba f'dan is-sens.

Average population

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-average population tal-ħabs kull sena mis-sena 2008 sas-sena 2011?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-popolazzjoni medja fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin mis-sena 2008 sas-sena 2011 kienet is-segwenti:- 2008 423 priġunier 2009 492 2010 582 2011 591

Medjazzjoni bejn vittmi ta' reati u priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt bdietx il-medjazzjoni bejn vittmi ta' reati u l-priġunieri qabel dawn tal-aħħar jingħataw il-parole? Jekk iva kemm-il medjazzjoni saret?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Kumitat għall-Medjazzjoni bejn il-Vittma u Min Wettaq ir-Reat (VOMC) ġie mwaqqaf riċentament kif ukoll li diġa’ beda’ jiltaqa’. Preżentament qed tiġi ffinalizzata d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa sabiex dan il-Kumitat ikun jista’ jaħdem mad-diversi entitajiet konċernati, bħall- Offenders Assessment Board (OAB), il-Parole Board, il-Qorti, il-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin u oħrajn. Sabiex il-Kumitat ikun jista’ jgħaddi każijiet għall-medjazzjoni il-vittmi jridu l-ewwel jiġu riferuti lilu mill-entitajiet imsemmija fl-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi.

Ministeru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari — Ingaġġ ta' persuni b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni b'diżabilità fil-Ministeru jew dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fl-aħħar tliet xhur u f'liema grad?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li f'dawn l-aħħar tliet xhur ġew impjegati persuni b'diżabilità fi ħdan il-Ministeru, Dipartimenti jew Entitajiet.

kunsilli lokali — għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-fondi speċjali li l-gvern kien ta bħala għajnuna għall-kunsilli lokali? Min kienu dawn il-kunsilli? Kemm talbu huma? Liema huma dawk il-kunsilli lokali li talbu fondi speċjali u l-gvern ma laqgħax it-talba tagħhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2009 il-Gvern għadda €565,000 lil 20 kunsill lokali permezz tal-iskema Fondi Speċjali għal Lokalitajiet bi Bżonnijiet Speċjali. Intant matul l-2010 il-Gvern għadda €538,000 lil 25 Kunsill Lokali taħt l-istess skema. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba i.e. lista tal-kunsilli lokali li bbenefikaw u kemm talbu oriġinalment għas-snin 2009 u 2010 kif ukoll lista ta’ kunsilli lokali li applikaw iżda ma bbenefikawx mill-iskema għas-snin 2009 u 2010.

Servizz ta' skrivan biex Għawdxin iħallsu l-liċenzja tal-kaċċa u l-insib

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex f'Għawdex, s-servizz ta' skrivan fejn is-soltu l-Għawdxin imorru jħallsu l-liċenzja tal-kaċċa u l-insib, mhux dejjem qed ikun miftuħa għas-servizz tal-pubbliku?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ttieħdet azzjoni neċessarja sabiex il-ħlas tal-liċenzji ta’ kaċċa fl-uffiċċju tal-Pulizija ġewwa Għawdex ikun jista' jsir regolarment fil-ġranet u fil-ħinijiet normali tal-ħlasijiet.

Gwardjani privati b'aktar minn liċenzja waħda

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33633, jista' l-Ministru jispjega għaliex jekk ħaddiem jaħdem ma' employer fit-tliet tipi ta' xogħlijiet li jirrikjedu liċenzja irid iħallas tliet liċenzji minflok tkun liċenzja waħda inkluża jekk hux imqar għal finijiet ta' ħlas?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nirriferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 33633. Jekk l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għal xogħlijiet taħt il-kappa ta’ Gwardjan Privat, intenni li: “Kull Gwardjan Privat, irrispettivament mill-kategorija jew kategoriji li jinsab fihom, għandu biss iħallas għal liċenzja waħda skont Artikolu 7(2) tar-Regolamenti imsemmija. L-unika differenza minn kif kienu jsiru l-affarijiet qabel hija li l-liċenzja għandha tindika l-kategorija li għaliha jappartjeni d-detentur, hekk kif stabbilit minn Artikolu 7(3) tal-istess Regolamenti.”

Akkademja l-ġdida tal-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-pjanti tal-Akkademja l-ġdida tal-pulizija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra il-pjanti rikjesti mill-Onorevoli Interpellant.

Sezzjoni tal-Klieb tal-Ħabs

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33353, jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kien hemm klieb fit-taqsima tal-klieb fil-ħabs? Jista' jgħid ta' liema razza huma?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 33353, ninsab infurmat illi fit-taqsima tal-klieb tal-Faċilita' Korrettiva ta’ Kordin kien hemm tnax-il kelb, 1 ta’ razza labrador, 5 ta’razza alsation u 6 ta’ razza springer spaniel.

pulizija li ma jirċevux id-detail tagħhom b'email

Question

Jista' l-Minsitru jgħid liema huma dawk id-distretti u branches tal-pulizija li ma jirċevux id-detail tagħhom permezz ta' email? Jista' jgħid ukoll x'inhi r-raġuni għal dan?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi minn Settembru 2010 il-membri kollha tal-Korp bdew jirċievu d-detail tad-duty li se jkunu xogħol l-għada permezz ta’e-mail minflok kif kien isir qabel, fejn il-pulizija ried joqgħod iċempel huwa d-Distrett/Diviżjoni fejn ikun stazzjonat biex jara x’se jkun xogħol l-għada. Il-membri tal-Korp fid-Distretti u l-Branki kollha għandhom din il-faċilita li jirċievu d-detail tagħhom fuq l-e-mail address li jkunu ndikaw huma lid-detail officer tagħhom. Ninsab infurmat ukoll illi fid-Distretti ta’ Tas-Sliema u San Ġiljan, kif ukoll fit-Taqsima ta’ l- Special Branch , kien hemm xi diffikultajiet li ġew riżolti.