Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korsijiet tal-MCAST

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista ta' korsijiet li huma organizzati mill-MCAST? Kemm minn dawn il-korsijiet huma bla ħlas u kemm minnhom huma bil-flus? Fil-każ ta' dawk bil-ħlas, kemm hu l-ħlas ta' kull sena għal kull kors?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-MCAST għandu korsijiet full-time li jibdew f’Ottubru, fil-bidu tas-sena akkademika, u oħrajn part-time (korsijiet ta’ filgħaxija) li jiġu offruti darbtejn fis-sena, uħud f’Settembru u oħrajn f’Marzu. L-informazzjoni dwar dawn iż-żewġ tipi ta’ korsijiet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #36692 Sitting 509 2012-10-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — infiq fuq fuel

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li jintuża mill-Ministeru matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena 2012? Tista' tipprovdi informazzjoni separata għal dik li hija l-istess ċifra għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #36698 Sitting 509 2012-10-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Working permits ta' persuni barranin

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' persuni barranin li għandhom working permit fil-preżent? Kemm minnhom huma minn barra l-Unjoni Ewropea?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-persuni mill-Unjoni Ewropeja m’għandhomx bżonn permess tax-xogħol, ħlief dawk mir-Rumanija u mill-Bulgarija. Sal-lum għandna 5578 permessi tax-xogħol attivi li minnhom 473 huma Bulgari u 202 huma Rumeni.

Studenti li waqfu mill-korsijiet tal-università

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti li s-sena l-oħra kienu qed jagħmlu kors universitarju u li din is-sena waqfu milli jkomplu dan l-istudju tagħhom? F'liema fakultajiet kienu dawn l-istudenti u kemm kien l-ammont tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #36965 Sitting 509 2012-10-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Adult Training Centre — studenti li spiċċaw mil-livell sekondarju

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm spiċċaw studenti mil-livell sekondarju u bdew jattendu fl-Adult Training Centres? Kemm fadal studenti li suppost marru fl-Adult Training Centre u għadhom fis-sistema edukattiva?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi l-Onor Interpellant biex jagħmel l-ewwel parti tal-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat. Rigward tat-tieni parti 13 –il student spiċċaw mil-livell sekondarju u bdew jattendu f’Dun Manwel Attard, Young Adult Education Resource Centre il-Wardija. 4 minnhom spiċċaw mill-Guardian Angel, Secondary Education Resource Centre. 14-il student li spiċċaw mill-Young Adult Education Resource tal-Wardija ġew referuti għall-Adult Training Centres. Hemm 27 student li bħalissa qegħdin fis-sistema edukattiva li meta jtemmu l-programm tagħhom jistgħu jiġu referuti għal Adult Training Centres jew programmi oħra ta' taħriġ fil-livell post sekondarju. In-numru globali ta' studenti 'l fuq minn 16-il sena fi skejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti li huma Statemented huwa tmintax (18). Sbatax (17) fis-sekondarji u wieħed (1) fil-Post Sekondarja.

MCAST — Smart Cards tal-istudenti tal-kors tal-AAT

Question

Peress li l-istudenti tat-tielet sena tal-AAT fl-MCAST skoprew li l-ismart card tagħhom ġiet attivata b'bilanċ ta' €232.95 filwaqt li l-istudenti l-oħra rċevew l-ammont ta' €465, tista' l-Ministru tgħid għaliex hemm din id-differenza u għaliex hemm dan it-trattament diskriminatorju bejn l-istudenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nassigura lill-Onor. Interpellant li ma hemm ebda trattament diskriminatorju fost l-istudenti. B’mod ġenerali l-istudenti fil-livell Post Sekondarju bħalma hu l-MCAST, fl-ismart card jieħdu €232.94 kull sena tal-kors tagħhom sakemm ma jkunux qed jirrepetu. Billi l-Gvern dehrlu li ma kellux jiddiskrimina bejn studenti tal-MCAST u dawk tal-Universita’ li jkunu qed jagħmlu studji tal-istess livell, l-istudenti tal-MCAST li jkunu qed jagħmlu l-Higher National Diploma u l-AAT u jilħqu Livell 5 jieħdu l-istess stipendju daqs studenti li qed jagħmlu korsijiet ta’ diploma fl-Universita f’Livell 5 u fil-każ ta’ studenti li jagħmlu top up degree jieħdu stipendju daqs studenti tal-universita’ li jkunu qed jagħmlu degree. Bħalissa l-uffiċċju tal-Istipendji fl-MCAST għadu qed jipproċessa l-aħħar applikazzjonijiet ta’ studenti ġodda u jagħti struzzjonijiet biex jinfetħu u jitpoġġew flus fil-cards tal-istudenti. Biex l-istudenti jkunu jistgħu jibdew il-materjal meħtieġ għall-istudji tagħhom, infetħu l-cards bl-istess ammonti tas-sena li għaddiet iżda aktar tard dan ix-xahar dawn ikunu aġġornati u l-flus fil-cards jiġu aġġustati skont il-livell tal-istudju li qed jagħmlu l-istudenti u allura studenti fit-tielet sena tal-AAT jiżdiedulhom il-flus fil-cards għal €465.
Leg 11 PQ #37032 Sitting 509 2012-10-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ingaġġ ta' għalliema tal-PSD

Question

Tista' l-Ministru tagħti indikazzjoni jekk l-għalliema li għadhom kemm iggradwaw din is-sena fil-PSD hux se jiġu impjegati mid-Direttorat u meta huwa ppjanat li dan jseħħ? Tista' tgħid fil-preżent kemm hemm vacancies fil-PSD?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħal issa m’hemm ebda vakanzi ta’ għalliema tal-PSD (Personal and Social Development). Għalliema ġodda jiġu impjegati jekk tinħoloq xi vakanza f’xi skola tal-istat.

Trasport tal-Iskola tal-Mosta

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex tifel li qed imur is-sekondarja tal-Mosta taż-Żokrija li tispiċċa fis-2:35pm, qed jasal id-dar fl-3:45pm meta joqgħod il-Mosta stess bit-trasport provdut mis-sistema edukattiva?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Din is-sitwazzjoni kienet ġiet riżolta ftit jiem wara l-bidu tas-sena skolastika.

Skejjel sekondarji tal-Istat — Għalliema ġodda

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati għalliema ġodda li daħlu jgħallmu fl-iskejjel sekondarji tal-Istat, f'din is-sena skolastika u liema suġġetti qed jgħallmu suġġett suġġett?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #36873 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ITS — kampus il-ġdid

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk ġiex individwat il-post fejn jista’ jinbena l-kampus il-ġdid tal-Istitutzzjoni għall-Istudji Turistiċi (ITS)? F’liema fażi wasal il-proċess biex dan jinbena? Kemm saru spejjeż s’issa biex isir il-concept model u jibda l-proċess?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Is-sit indikat għall-bini tal-kampus il-ġdid tal-ITS huwa bejn l-iskola primarja l-ġdida ta’ Pembroke u ċ-Ċentru tar-Riżors ta’ San Miguel. Ma saru l-ebda spejjez biex sar il-concept model peress li x-xogħol sar mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta ’Għada li lilha ġie assenjat il-proġett. S’issa qed jiġu ffinalizzati l-pjanti sabiex tiġi issottomessa l-applikazzjoni l-MEPA.
Leg 11 PQ #36874 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ITS — intake ta' studenti ġodda

Question

Tista’ l-Ministru tagħti dettalji dwar l-intake ta’ studenti ġodda fl-Istituzzjoni għall-Istudji Turistiċi (ITS) għas-sena akkademika 2012/2013 ? F’liema kors qegħdin, kemm fil-fatt applikaw u kemm ġew aċċettati? Kemm minn dawn għandhom ċertifikat tal-ECDL u kemm minn dawn għandhom ċertifikat tal-Matrikola f’kull kors?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #36875 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ITS — għalliema full-time u part-time

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-kwalifiċi akkademiċi kollha, kif ukoll l-esperjenza fil-qasam edukattiv u dak tat-turiżmu, tal-lecturers ġodda full-time u part-time li daħlu mal-Istituzzjoni għall-Istudji Turistiċi (ITS) minn din is-sena akkademika ġdida 2012/2013? X'inhu l-complement akkademiku sħiħ tal-ITS issa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #36876 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ITS — kompożizzjoni tal-Bord tal-Gvernaturi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi l-kompożizzjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Istituzzjoni għall-Istudji Turistiċi (ITS) bħalissa? Dan il-Bord għandu mandat ġdid jew huwa dak li skadielu t-terminu f’Ġunju li għadda? Ġie sostitwit il-membru tal-bord li miet dan is-sajf?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Bord huwa kompost kif ġej: Chairperson: Is-Sra. Claire Zammit Xuereb Deputy Chair: Is-Sur Joe Tanti Membri: Is-Sur Edwin Borg Is-Sur Walter Cassar Is-Sra. Mary Anne Cauchi Dr. Nadia Theuma Dr. Marie Louise Mangion Dr. Angele Attard Dan il-Bord inħatar fit-23 ta’ Lulju 2012 taħt ir-Regolamenti dwar Istituzzjoni għal Studji Turisitċi (Avviż Legali 203 tal-2012), skont ir-regolament 9 tiegħu. Is-Sur Joe Micallef, li kien ukoll maħtur f’Lulju fuq dan il-Bord, ser ikun sostitwit fil-ġimgħat li ġejjin.

informazzjoni dwar self employed

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm żdiedu s-self employed bejn Jannar 2011 u Settembru 2012? Tista’ tgħid kemm ħaddiema self employed waqqfu l-attività ekonomika tagħhom matul dan il-perjodu, kemm minnhom irtiraw minħabba l-età, kemm irtiraw sabiex isibu impjieg u kemm irtiraw minħabba falliment?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #36955 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

MCAST — ftehim kollettiv tal-ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim kollettiv kollha ffirmati mill-MCAST għall-kategoriji kollha tal-ħaddiema?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim kollettiv tal-istaff akkademiku li kien iffirmat lejn l-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena. Il-ftehim kollettiv tal-gradi amministrattivi u tekniċi għad irid jiġi ffirmat.
Leg 11 PQ #37004 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Università ta' Malta — korsijiet ġodda

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'korsijiet ġodda infetħu fl-Università ta' Malta mill-1987 'l hawn? X'fakultajiet/istituti ġodda infetħu fl-Università ta' Malta mill-1987 'l hawn?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-listi tal-korsijiet ġodda li nfetħu fl-Università ta' Malta bejn l-2001/2 u l-2012/3 qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Ix-xogħol biex tinġabar l-informazzjoni rigward is-snin bejn l-1986/7 u l-2000/1 għadu għaddej għax din l-informazzjoni tinstab biss f’kotba ppubblikati u mhux f’ database . Il-fakultajiet/istituti/ċentri ġodda li nfetħu ġodda jew li nbidlilhom isimhom fl-Università ta' Malta mill-1987 'l hawn qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll.

Mosta — Triq it-Torri - Warden minħabba tfal tal-iskola

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex ħdejn l-iskola primarja, fejn it-triq tal-iskola tmiss ma' Triq it-Torri fil-Mosta, mhux qed ikun hemm warden la filgħodu u lanqas filgħaxija biex jara li ma jkunx hemm periklu għat-tfal tal-iskola?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ir-responsabbilità ta’ provediment ta’ warden hija tal-kunsill lokali u mhux tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol.
Leg 11 PQ #36106 Sitting 506 2012-10-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — serqiet rapportati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' serqiet ġew rapportati lill-Pulizija li saru mill-Ministeru, dipartimenti, d-dekasteru u awtoritajiet oħra li jaqgħu taħtha fl-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #36366 Sitting 506 2012-10-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ETC — individwu li mhuwiex jieħu benefiċċju

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, peress li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ tefgħu fuq part 2 mingħajr ma jieħu l-ebda benefiċċju minn kemm ilu wieqaf?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Minħabba li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kunfidenzjali u privata, l-individwu huwa mħeġġeġ li jagħmel kuntatt mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ sabiex jingħata r-raġunijiet.

skejjel speċjali — servizzi

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'servizzi jingħataw f'kull skola speċjali li għandna f'Malta u f'Għawdex? Tista' in oltre tikkonferma jekk mis-sena l-oħra 'l hawn tnaqqsux xi servizzi? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid x'inhuma u tagħti r-raġuni għaliex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Nikkonferma li l-ebda servizz ma ġie mnaqqas.