Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #27905 Sitting 393 2011-10-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

SAG — complement

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-complement tal-SAG mis-sena 2008 sal-lum? X'inhuma l-pjanijiet konkreti tal-gvern dwar l-SAG għall-ġejjieni?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ membri tal-Korp fit-Taqsima tal-S.A.G. mhuwiex wieħed fiss u jvarja minn żmien għal żmien skont l-esiġenzi u l-ħtiġijiet tas-servizz. Huwa maħsub illi fil-futur din l-iskwadra tkompli tissaħħaħ.
Leg 11 PQ #27964 Sitting 393 2011-10-17 Oral · Final From: ANĠLU FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Każi ta' vandaliżmu u serq

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi statistika tar-rapporti li tressqu lill-awtoritajiet mis-sena 2008 sal-lum, rigward każi ta' vandaliżmu u serq fil-lokalitajiet? Kemm-il każ minn dawk rapportati gie solvut mill-Korp tal-Pulizija? Kemm tressqu akkużati relatati mal-istess kazijiet? Nitlob li din l-istatistika tiġi provduta sena b'sena, lokal b'lokal?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi statistika fuq każijiet ta' vandaliżmu ma tinżammx separata imma nklużi f'dawk ta' ħsara volontarja. Għalhekk qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatistika ta' ħsara volontarja u serq irrapurtat lill-Pulizija skont il-lokalita' minn Jannar tal-2008 sa Settembru tal-2011. Għar-rigward it-tieni, it-tielet u r-raba domanda ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika kompjuterizzata kif mitluba u għalhekk trid tinġabar manwalment.
Leg 11 PQ #28408 Sitting 393 2011-10-17 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti t'Għawdex — sewqan perikoluż

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu nies il-Qorti ta’ Għawdex fl-aħħar sentejn fir-rigward ta' sewqan perikoluż?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar tal-2010 u Settembru ta' din is-sena, il-Pulizija ressqet 78 persuna quddiem il-Qorti ta' Għawdex fuq akkużi ta' sewqan perikoluż.
Leg 11 PQ #28409 Sitting 393 2011-10-17 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorit ta' Għawdex — kawżi tat-tribunal industrijali

Question

Peress li fil-Qorti ta’ Għawdex ma jinstemgħux kawżi tat-tribunal industrijali u peress li hemm Għawdxin li għandhom kawżi ta’ din ix-xorta u allura jkollhom joqogħdu jitilgħu Malta, ma jaħsibx il-Ministru li tista' ssir seduta għall-Għawdxin fil-bini tal-Qorti ta’ Għawdex stess?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-Qorti t'Għawdex ikun hemm smigħ ta' kawżi tat-Tribunal Industrijali.
Leg 11 PQ #28567 Sitting 393 2011-10-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — xiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru, dekasteri u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena inxtraw 5 karozzi ġodda minn entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru.
Leg 11 PQ #28984 Sitting 393 2011-10-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Talbiet ta' sekwestru

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex ladarba sal-lum ma tinżammx statistika ta' kemm-il talba għal sekwestru tiġi aċċettata u ta' kemm-il waħda tiġi rifjutata, fil-fatt tali statistika tibda tiġi miġbura? Waqt li jkun qed isir tali tibdil biex din l-informazzjoni tinġabar, jista' jiġi mdaħħal item li permezz tiegħu t-talbiet ta' sekwestru jiġu klassifikati?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Is-suġġeriment tal-Onorevoli Interpellant se jiġi kkunsidrat.
Leg 11 PQ #29008 Sitting 393 2011-10-17 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti tal-Familja — Avukati tat-Tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna Avukati tat-Tfal attached mal-Qorti tal-Familja? Dawn huma full-time jew part-time? Kif intgħażlu? Kemm raw każijiet dawn l-avukati tat-tfal, avukat, avukat mill-bidu tas-sena sal-lum? Kif jiġi kkalkulat il-ħlas taghhom, bis-siegħa, skont il-każ, jew hemm ammont fiss li jingħata fix-xahar? Xi studju akkademiku jkunu għamlu, apparti l-Kors tal-Ligi, dawn l-avukati tat-tfal biex jinħatru f'dik il-mansjoni?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-Qrati tal-Ġustizzja għandu tliet Avukati tat-Tfal li huma kollha fuq bażi part-time. Dawn l-avukati ntgħażlu wara sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern tas-27 ta' April 2010, skont il-kriterji hemm speċifikati. Infurmat ukoll illi mill-bidu ta' din is-sena sallum dawn it-tliet avukati raw 4 każijiet, 12-il każ u 13-il każ rispettivament. Dawn il-persuni fil-pożizzjoni ta’ Avukat tat-Tfal part-time ikunu meħtieġa jaħdmu 20 siegħa fil-ġimgħa u jirċievu salarju ekwivalenti għall-minimu ta’ Skala ta’ Salarju 7 pro-rata (bħalissa €9542.50 fis-sena).

Ċitazzjonijiet minn Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu flus minn ċitazzjonijiet tal-pulizija bejn Jannar u Ġunju 2011?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika separata fil-Qorti ta' dawk il-multi li jirriżultaw minn ċitazzjonijiet tal-Pulizija u multi oħrajn marbuta ma' kontravenzjonijiet tat-traffiku. Għar-rigward tal-multi li jirriżultaw minn ċitazzjonijiet quddiem it-Tribunal Lokali, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #27873 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

swieqi — talba għal round the clock police presence

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi konkreti qed tieħu l-Pulizija biex ikun hemm pjan ħolistiku dwar l-inkonvjenzi regolari għar-residenti tas-Swieqi, kif ukoll dwar it-talba li saret saħansitra minn kunsilliera ta’ kull orjentament politiku sabiex ir-residenti tas-Swieqi jkunu intitolati għal round the clock police presence – xi ħaġa li fil-fatt jidher li ġiet imwiegħda lilhom madwar 20 xahar ilu mill-awtoritajiet infushom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul dan is-sajf il-Pulizija żiedet il-preżenza tagħha ġewwa Paċeville. Parti mix-xogħol ta’ dawn il-Pulizija, kif ukoll ta’ dawk stazzjonati San Ġiljan, huwa li jagħmlu ronda fl-inħawi tas-Swieqi. Barra dan isiru ukoll rondi b’mod regolari mill-Pulizija tal-Iskwadra Mobbli.
Leg 11 PQ #27887 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: ANĠLU FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Trobbija ta' animali fi flat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qed jitħalla jrabbi animali fil-flat inkluz sriep u wkoll qed jħammeg u juża l-partijiet komuni tal-blokka tal-flats biex jarmi u jneħħi l-ħmieg tal-animali? Jidhirlu, min huwa responsabbli, li dan huwa kaz serju ex officio li l-awtorita' għandha tieħu passi immedjati u rimedjali? Dan kemm fl-interess tal-ordni pubbliku u wkoll dak tas-saħħa.

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi minn l-aħħar spezzjoni li għamlet il-Pulizija fis-7 ta' Ottubru 2011 fil-fond imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, irriżulta li dan il-flat huwa proprjeta' privata. Il-koppja li tgħix f’dan il-flat għandhom kelba u l-ġeru u żewġ qtates. Għandhom ukoll fenek żgħir ġo gaġġa. Fil-kamra tal-bejt dawn irabbu 5 ħamimiet ġo gaġġa u għandhom 3 sriep, ta’ speċi mhux protetta, ġo gaġġa oħra. Ma rriżultax li kien hemm xi ħmieġ. Peress li rriżulta li l-klieb kienu mingħajr liċenzja renovata, ser jittieħdu proċeduri kirminali dwar dan.
Leg 11 PQ #27920 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: ANĠLU FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Trasferiment ta' persuna minn ħabs

Question

Jista l-Ministru jgħid u jinforma lil din l-Kamra jekk saritx l-proċedura rikjesta mill-Ministeru tal-Gustizzja tal-Italja dwar t-trasferiment meħtieg tac-cittadin Malti mill-ħabs ta' Messina fi Sqallija għall-Malta u dan kif indikat fid-dokument, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-Onorevoli Membru huwa informat illi l-awtoritajiet Maltin infurmaw lill-awtoritajiet kompetenti Taljani li t-talba magħmula mill-priġunier in kwistjoni ġiet aċċettata mill-Gvern Malti.
Leg 11 PQ #28038 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

kazi ta' vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ vjolenza domestika rapportati lill-pulizija bejn Jannar u Awwissu tas-snin 2008, 2009, 2010 u 2011? Jista jagħti l-istatistika xahar b’xahar?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:- Sena Jannar Frar Marzu April Mejju Gunju Lulju Awwissu 2008 25 18 34 19 34 33 61 36 2009 50 40 43 36 37 46 62 51 2010 40 46 48 35 39 57 67 62 2011 57 60 91 79 65 81 79 74
Leg 11 PQ #28039 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Reati kriminali ta' serq

Question

Jista' l-Ministru jivvaluta l-valur f'euros misruq fir-reati kriminali ta' serq li seħħew bejn Jannar u Awwissu ta’ dis-sena ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-valur ta’ oġġetti misruqa dejjem kif irrapurtat mill-vittmi bejn Jannar u Awwissu ta’ din is-sena kien jammonta għal € 2,591,935.
Leg 11 PQ #28040 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Introduzzjoni ta' tags elettroniċi fuq persuni bi pleġġ

Question

Jista l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal ix-xogħol fuq l-introduzzjoni ta’ tags elettronici fuq persuni li jkunu akkuzati b’reati serji u jinħelsu bi plegg, sakemm dawn jgħaddu ġuri jew jintemmu l-proċeduri kriminali kontrihom ? Hemm xi data meta huwa mahsub li jkunu introdotti dawn it-tags ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li bħalissa għaddej proċess biex jiġi identifikat l-aħjar mod kif dawn it-tags elettroniċi jistgħu jiġu wżati fil-kuntest lokali bl-eventwali dħul fis-seħħ tal-liġi tal-Ġustizzja Riparattriċi.
Leg 11 PQ #28041 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Reġistru ta' persuni ħatja ta' reati sesswali serji

Question

Jista l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal ix-xogħol fuq reġistru wieħed ta’ ismijiet ta’ persuni li jkun instabu ħatja ta’ reati sesswali serji - l-aktar dawk kommessi fuq it-tfal ? Hemm xi data meta huwa mahsub li jkun introdott dan ir-reġistru ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

B'referenza għall-interpellanza tal-Onorevoli Membru, din il-liġi għadha fi stadju ta' kumitat.
Leg 11 PQ #28558 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni mressqa l-Qorti — ksur tal-ordni pubblika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti kawża ta' ksur tal-ordni pubblika (inkluż il-kategoriji) matul l-ewwel disa' xhur tas-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena, kien hemm 1385 persuna li tressqet il-Qorti dwar kontravvenzjonijiet kontra l-ordni pubbliku skont il-provvedimenti tal-Artikolu 338 tal-Kodiċi Kriminali (Kap 9). Infurmat ukoll illi ma tinżammx breakdown ta' din id-data kompjuterizzata.
Leg 11 PQ #28559 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni mressqa l-Qorti — abbuż fuq il-baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti kawża ta' abbuż fuq il-baħar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena, kien hemm 182 persuna li tressqet il-Qorti dwar kontravvenjonijiet b’dgħajjes fuq il-baħar.
Leg 11 PQ #28850 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Garage in use mal-proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'penali hemm għal min jidnika proprjetà bħala garage in use meta fil-verità l-proprjetà ma tkunx qed tintuża għall-ipparkjar tal-vetturi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi meta fond ma jkunx qiegħed jintuża biex tigi garaxxjata xi vettura fih, jista jeħel meta jinstab ħati mill-Qorti, il-pieni hekk kif stabbiliti fl-artikolu 55 et sequitur, l-Ordinanza dwar ir-Regolamenti tat-Traffiku (Kap 65).
Leg 11 PQ #28851 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

MEPA — Kumitat tal-Isplussivi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27654 u jara li l-Kumitat tal-Isplussivi jwieġeb korrispondenza, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, mibgħuta lilu mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, datata 19 ta' Awwissu 2010 bla aktar dewmien?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

B'referenza għall-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant, ninsab infurmat illi l-Kumitat tal-Isplussivi ħa l-azzjonijiet neċessarji aktar kmieni din is-sena.

Żgħażagħ priġunieri taħt il-25 sena

Question

Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm kien hemm żgħażagħ taħt il-25 sena li matul is-snin 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010 u l-ewwel sitt xhur tas-sena 2011 weħlu u kienu l-ħabs? Fejn inżammu dawn il-priġunieri u kemm minnhom ingħataw għajnuna sabiex jerġgħu jintegraw fis-soċjetà meta jispiċċaw is-sentenza li kienu ngħataw?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' priġunieri li daħlu l-ħabs taħt l-età ta' 25 sena matul is-snin imsemmija huwa s-segwenti:- Sena Irġiel – Sentenzjati Nisa – Sentenzjati Irġiel – Arrestati Nisa – Arrestati Total 2005 94 8 34 0 136 2006 121 16 54 2 193 2007 110 23 36 1 170 2008 138 12 44 1 195 2009 123 15 63 3 204 2010 135 9 51 4 199 2011 (30/06/2011) 49 4 22 3 78 Priġunieri ta’ taħt l-eta ta’ wieħed u għoxin sena huma allokati f’sezzjoni tal- YOURS. Billi s-sentenzi u r-reati jkunu differenti, priġunieri ta’ aktar minn 21 sena jiġu allokati kważi ma taqsimiet kollha tal-Faċilita’. Għalhekk ma hemmx sezzjoni jew diviżjoni partikolari fejn jiġu allokati priġunieri ta bejn il-21 sena u l-25 sena. Infurmat ukoll illi l-għajnuna tingħata lil kull min juri x-xewqa li jrid jiġi integrat lura fis-soċjetà billi jattendi tagħlim fl-iskola tal-facilità jew jattendi kors ta’ taħriġ kemm fil-faċilità kif ukoll barra, bħal ma huma l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (ETC), l-Istituzzjoni Studju Turistiċi (ITS), l-Università u postijiet oħra simili. Jista’ wkoll jirċievi kura u rijabiltazzjoni mit-teħid ta' droga f’kommunità terapewtika, jattendi jew jieħu parti fi sports jew attivitajiet kulturali, jista' jaħdem f’xi impieg, jew jirċievi tagħlim jew taħrig biex jiġi megħjun fit-tansazzjoni mill-ħajja fil-faciltà lura għas-soċjetà. Dawn l-opportunitajiet huma miftuħa għal kull priġunieri, dejjem fil-parametri ta’ċertu regolamenti. Infurmat ukoll illi ma kien hemm l-ebda priġunier taħt il-21 sena li ġiet miċħuda l-applikazzjoni tiegħu.