Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika - Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika, jgħid kemm ħarġu direct orders mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu minn Jannar 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll: (i) kemm kienet in-nefqa totali f’direct orders kull sena; (ii) kemm kien hemm direct orders kull sena; (iii) kemm kien l-ammont ta’ kull direct order; (iv) lil min ingħataw dawn id-direct orders u għal liema xogħol, prodott jew servizz; (v) min awtorizza dawn id-direct orders?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Diċembru 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W91.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Pannelli Solari

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pannelli solari fuq il-bejt tal-Ministeru? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-ġimgħat li ġejjin se jiġu installati 24 pannella solari fuq il-binja tal-Ministeru.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16402.

San Pawl il-Baħar — Triq il-Kaħli - Infurzar dwar Storbju eċċessiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'infurzar sar minn xi entità jew awtorità li taqa’ taħtu fir-rigward ta' storbju eċċessiv fi Triq il-Kaħli, San Pawl il-Baħar, jew fl-akkwati tal-istess triq u jipprovdi dettalji dwar meta sar dan l-infurzar?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-infurzar fuq inkonvenjent ta’ storbju ma jaqax taħt dan il-Ministeru.

Żoni turistiċi – Xogħol fit-toroq matul is-sajf

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li jintużaw biex triq tintgħażel li taqa’ f’żona turistika u allura ma jsirx xogħol ta’ tħaffir fiha matul il-perjodu tas-sajf? Jista’ jgħid ukoll x’inhi d-distanza lineari li jrid ikun hemm bejn it-triq u lukanda biex titqies bħala żona turistika, skont il-lista tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA)?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ġiet ippubblikata l-ewwel darba fl-2007 u kull sena tiżviluppa skont esiġenzi varji fosthom rikjesti tal-kunsill, xogħol ta’ emerġenza u kunsiderazzjonijiet oħra. Toroq jiġu inklużi mhux biss għax ikun hemm lukanda.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Reklami fuq stazzjonijiet tar-radju - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tar-radju mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Permess biex ma jsirx twaqqigħ u skavar fix-xhur tas-sajf — Lista ta’ toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'differenza hemm bejn il-lista ta' toroq li fihom mhux permess isir twaqqigħ u skavar fix-xhur tas-sajf maħruġa għas-sajf 2023 u dik maħruġa għas-sajf 2024?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 10242 u 19265.

Wied il-Għajn — Bajja ta’ San Tumas - xogħlijiet ta’ manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jinforma jekk kemm-il darba humiex ser isiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni neċessarji inkluż it-tindif fil-Bajja ta’ San Tumas f’Wied il-Għajn fix-xahar li ġej qabel jibda l-istaġun tas-sajf?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċessi ta’ tindif f’kull bajja huma xogħlijiet ta’ rutina li jsiru tul is-sena kollha. Qed isir ukoll xogħol ta’ manutenzjoni u żebgħa fuq il-bankijiet u t-tlett picnic tables li ġew installati s-sena l-oħra.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Lista ta' xogħlijiet u ħlas

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' xogħol u ammonti ta' flus li tħallsu mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija/i li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għal kull sena, mill-2010 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika - Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu direct orders mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu minn Jannar 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll: (i) kemm kienet in-nefqa totali f’direct orders kull sena; (ii) kemm kien hemm direct orders kull sena; (iii) kemm kien l-ammont ta’ kull direct order; (iv) lil min ingħataw dawn id-direct orders u għal liema xogħol, prodott jew servizz; (v) min awtorizza dawn id-direct orders?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Il-Kalkara — Bajja ta' Rinella - xogħlijiet ta’ manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid humiex ser isiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni neċessarji, inkluż it-tindif fil-Bajja tar-Rinella l-Kalkara, fix-xahar li ġej qabel jibda l-istaġun tas-sajf?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċessi ta’ tindif f’kull bajja huma xogħlijiet ta’ rutina li jsiru tul is-sena kollha. It-TZRA, fost interventi oħra, se tkun qed tagħmel xogħol ta’ manutenzjoni fil-bajja tar-Rinella.

Kap. 635 — Att dwar Azzjonijiet Rappreżentattivi tal-Konsumaturi

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 11101, 11847 u 12795 u b’referenza għall-artikolu 6(1) tal-Att dwar Azzjonijiet Rappreżentattivi tal-Konsumaturi, Kap. 635, jista’ l-Ministru jispjega kif l-istess artikolu jirrelata mal-irwol tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) meta skont il-Kap. 635 l-awtorità kompetenti, għall-finijiet tal-artikolu 6(1), huwa l-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur fejn allura l-artikolu 6(1) jittratta biss dwar tagħrif fuq entitajiet kwalifikati li jkunu ġew imwaqqfa bil-għan li jressqu azzjonijiet rappreżentattivi transfruntiera li l-istess Kunsill għandu jagħti lill-Kummissjoni Ewropea?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Kif korrettament osservat mill-Onor. Interpellant, huwa l-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur u entitajiet kwalifikati skont l-istess Att li jistgħu jieħdu passi u/jew irressqu azzjonijiet hekk kontemplati fl-istess Att. L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu la hija l-Awtorità kompetenti u anqas ma hi entità kwalifikata skont l-Att relattiv. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16402.

Permessi għal twaqqigħ u skavar fis-sajf

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19264 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ toroq għal kull lokalità fejn mhux permess isir twaqqigħ u skavar fix-xhur tas-sajf?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19265 li għamlet f’seduta 244.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Reklami fuq online portals - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq online portals mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-online portal li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Paceville Town Management

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7183 u jgħid jekk il-Paceville Town Management għadux jiffunzjona? Jekk iva, min huma l-membri? Kemm-il darba ltaqgħu l-membri mit-twaqqif tiegħu sena b'sena? Min huwa ċ-Chairperson? X'inhuma t-termini ta’ referenza tiegħu/tagħha? Kemm sigħat huwa/hija irid/trid jagħmel/tagħmel u kemm qed jitħallas/titħallas?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 13086 u 16086.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Nefqa fuq fjuri għal funerali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12044 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.