Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 12697 u tgħid kemm-il darba jkun hemm kontribut finanzjarju tal-MTA/VisitMalta f’xi avveniment, jekk l-MTA ikollhiex introjtu minn dak l-avveniment u jekk le, tista’ tgħid għand min imur l-introjtu ta’ dak l-avveniment minn bejgħ ta’ biljetti u/jew oġġetti mibjugħa on site waqt l-avveniment?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata mill-MTA li kull proġett għandu n-negozjati tiegħu u hemm diversi mudelli ta kif jingħata l-kontribut min-naħa tal-Awtorità.
Hemm avvenimenti li jiġu organizzati mill-MTA u l-flus jinġabru direttament mill-MTA, oħrajn fejn l-MTA tagħti
sponsorship
finanzjarju biex tgħolli l-kwalità tal-avveniment, oħrajn fejn il-
marketing
barra minn xtutna tal-avveniment jiġi kopert mill-MTA, kif ukoll ikun hemm avvenimenti fejn l-MTA tagħti għajnuna loġistika.
Tista’ l-Ministru tgħid in-numru ta’ avvenimenti li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu diġà kkommettiet ruħha għalihom għas-sena 2020? Tista’ tagħti l-lista ta’ dawn l-avvenimenti u d-deskrizzjoni tal-kontribuzzjoni tal-Awtorità inkluż l-ammont ta’ flus kommess ma’ kull wieħed minn dawn l-avvenimenti?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nirreferi lill-Ono. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12698. L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu tagħti sapport u/jew tinvesti f’diversi inizjattivi jew attivitajiet ta’ laqta turistika skont il-kriterji stabbiliti. L-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjalment sensittiva u għaldaqstant ma tistax tingħata.
Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur – fondi għal avvenimenti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħataw fondi għal kull avveniment sponsorjat mill-Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur matul is-snin 2018 u 2019? Tista’ tindika lil min ingħataw l-ammont tal-fondi, u jekk ingħatatx għajnuna ta’ xorta oħra?
Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur — persuni li kienu jokkupaw position of trust jew joffru servizz ta’ konsulenza
Question
Tista’ l-Ministru, inkluż is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika, twieġeb il-mistoqsija parlamentari 12647 u tgħid jekk kienx hemm, u fil-każ kemm kien hemm, persuni li kienu jokkupaw position of trust jew kienu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza ta’ kwalsiasi tip sal-1 ta’ Jannar 2020 fi ħdan id-dekasteru tagħha, li twaqqfu, tneħħew jew ġie tterminat il-kuntratt tagħhom? Kemm minnhom marru lura għal xi impjieg fis-Servizz Pubbliku?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru, inkluż is-Segretarjat Parlamentari, kien hemm 6 persuni f’position of trust li issa m’għadhomx.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11352, tista’ l-Ministru tgħid fejn waslet il-ħidma hemm imsemmija f’dik it-twegiba biex allura l-obbligi stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/2394 jiġu implimentati, tenut kont tal-fatt li dan ir-Regoloment tal-UE daħal fis-seħħ fis-17 ta’ Jannar 2020 u suppost Malta hi diġà konformi?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11746 fejn hemmhekk ingħatat informazzjoni dwar l-istat ta’ ħidma tal-Awtoritajiet kompetenti nazzjonali l-oħra li jaqgħu taħt dan ir-Regolament. Ta’ min isemmi li fir-rigward tal-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, l-emendi proposti huma lesti u ser jiġu ppreżentati għall-konsultazzjoni fil-jiem li ġejjin u eventwalment jiġu mqiegħda quddiem il-Parlament.
Fil-każ tal-Awtoritajiet kompetenti nazzjonali l-oħra, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni għandha l-emendi proposti lesti u qegħdin jiġu kkunsidrati. L-Awtoritaà Maltija tat-Turiżmu u l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta qegħdin iħejju l-emendi fil-leġiżlazzjoni tagħhom, fejn fil-każ tal-Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta l-emendi meħtieġa huma minuri sabiex ikunu kompletament konformi mar-Regolament.
Bengħajsa — Triq l-Immakulata Kunċizzjoni - Terrapien fl-Għelieqi
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 12572 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid jekk it-terrapien fl-għelieqi fi Triq l-Immakulata Kunċizzjoni f'Bengħajsa hux materjal ta' tqattigħ ta' blat fl-istess sit? Jekk hu hekk, tista' tgħid jekk hux ser jitneħħa mis-sit u fejn ser jintrema?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata li dak huwa materjal u ħamrija li qed jinġarru minn siti oħra minn Infrastructure Malta sabiex iservu bħala bażi għall-proġett ta’ park u afforestazzjoni li għandu l-Ministeru għal din l-area.
Bengħajsa — Triq l-Immakulata Kunċizzjoni - Terrapien fl-Għelieqi
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 12571 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid għaliex qiegħed jintefa’ kwantità kbira ta' terrapien fl-għelieqi fi Triq l-Immakulata Kunċizzjoni f'Bengħajsa, hekk kif jidher fir-ritratti li qed jingħataw separatament?
Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur — Rapporti ta' serqiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' serqiet li ġew rapportati lill-Pulizija li saru mill-Ministeru, dipartimenti, id-dekasteru u awtoritajiet oħra li jaqgħu taħtha kull sena matul l-2017, 2018 u 2019?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata li n-numru ta’ serqiet li ġew rapportati lill-Pulizija mill-entitajiet fi ħdan il-Ministeru huwa:
Sena
Rapporti
2017
6
2018
2
2019
17
Il-parti l-kbira tar-rapporti saru mill-Cleansing Department u huma dwar serqiet ta’ dustbins u wheelie bins.
Tista’ l-Ministru telenka d-direct orders kollha li ngħataw mill-MTA fl-2018 u fl-2019? Tista’ tgħid ukoll lil min, data, għal xiex ingħataw u l-valur tagħhom? Separatament, tista’ telenka d-direct orders li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ta jew approva, fl-istess perjodu, l-valuri tagħhom u lil min?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata li l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu m’għandha lil ħadd jaħdem magħha bl-isem tal-persuna msemmija.
Rigward id-
direct orders
mogħtija mill-MTA fl-2018 u l-2019, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12787.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm flus/fondi ngħataw mill-MTA lill-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament fl-aħħar sentejn? Tista’ tagħti dati, ammonti rispettivament u għalxiex ingħataw?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu tagħti sapport u/jew tinvesti f’diversi inizjattivi jew attivitajiet ta’ laqta turistika skont il-kriterji stabbiliti. L-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjalment sensittiva u għaldaqstant ma tistax tingħata.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – direct orders
Question
Tista’ l-Ministru telenka d-direct orders li l-Ministeru tagħha, inkluż l-MTA, ta fl-2017, 2018, 2019? Tista’ tgħid lil min, meta u l-ammonti involuti?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur — nefqa fuq fuel/petrol/diesel
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li ntuża mill-Ministeru kull sena matul l-2017, 2018 u 2019? Tista' tipprovdi informazzjoni separata għal dan għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtha?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa globali ta’ flus għall-fuel/petrol/diesel li ntuża mill-Ministeru, s-Segretarjat Parlamentari u l-entitajiet li jaqgħu taħthom huwa hekk kif ġej:
Sena
Vetturi/inġenji
Nefqa
2017
110
€ 150,035.31
2018
248
€ 383,811.23
2019
270
€ 489,165.46
L-ispejjeż tal-Cleansing Department għas-sena 2017, kienu jiġu assorbiti mill-Gvern Ċentrali.
Dawn iċ-ċifri jinkludu
fuel/petrol/diesel
li ntuża għal vetturi, il-pompi li joperaw it-Tankijiet tal-films, muturi li jaqtgħu l-ħaxix,
generators
u magni oħra li joperaw b’xi tip ta’
fuel.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12548, tista' l-Ministru tgħid jekk tħallsux xi kummissjonijiet u lil min tħallsu? Tħallsu xi flus lejn klabbs tal-futbol u klabbs oħrajn?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata li ma tħallsu l-ebda kummissjonijiet.
Peress li fil-kumpilazzjoni tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ngħad li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ried liċenzja tal-Freeport, tista’ l-Ministru tgħid kif jinħarġu l-liċenzji tal-Freeport? Tista’ tgħid fuq liema kriterji u skrutinju jinħarġu l-liċenzji u min hu responsabbli għal dan? Isiru spot checks li hemm kollox in regola? Kemm ingħataw liċenzji ġodda tal-Freeport mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmata li l-persuna msemmija qatt ma applikat sabiex tinħariġlu liċenzja biex jopera mill-Freeport.
Sabiex kumpanija tibda topera mill-Freeport din tinħtieġ liċenzja li tingħata wara li ssir applikazzjoni apposta skont it-termini tal-liġi Cap 334 tal-Port Ħieles. L-applikazzjoni tiġi vvetjata mill-Bord tad-Diretturi tal-Korporazzjoni tal-Port Ħieles u tintbagħat lid-Direttur Ġenerali tad-Dwana għall-iskrutinju tiegħu. Meta ż-żewġ partijiet jaqblu li tista’ tingħata l-liċenzja, toħroġ l-approvazzjoni tal-Ministru tal-Finanzi u l-liċenzja min-naħa tal-Korporazzjoni.
Kull moviment li jsir – kemm dħul kif ukoll ħruġ ta’ merkanzija – jiġi irrekordjat fuq formoli apposta u ċċekkjat fiżikament mis-Security Controllers. L-inventarji jiġu mqabbla mal-merkanzija li tkun maħżuna permezz ta’
spot checks
li jsiru regolarment.
Ġejt infurmata li mis-sena 2013 ‘l hawn ħarġu żewġ liċenzji – waħda fl-2014 u l-oħra fl-2017.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm nies li ddaħħlu jaħdmu fil-Malta Freeport Corporation mill-2014 'l hawn maqsuma sena b’sena? Kemm minnhom huma persons of trust jew politically appointed?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmata li fil-perjodu msemmi daħlu 66 persuna jaħdmu mal-Korporazzjoni. Persuna minnhom kienet politically appointed, filwaqt li ħamsa oħra kienu persons of trust. Dawn tal-aħħar m’għadhomx impjegati mal-Korporazzjoni.
Tista’ l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li biex tiġi riabilitata u restawrata l-landfill ta' Wied Fulija fiż-Żurrieq, qiegħed jintefa’ ammont kbir ta' materjal tal-franka taħt is-saff ta' ħamrija b'riżultat li l-għoli tal-miżbla żdied b'ammont kbir mill-għoli li kienet qabel ma beda x-xogħol ta' riabilitazzjoni u restawr?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — direct orders
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Ministeru u d-dekasteru tagħha inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha? Tista' tgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali sena b’sena?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur — persuni li kienu jokkupaw position of trust jew joffru servizz ta’ konsulenza
Question
Tista’ l-Ministru, inkluż is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika, tgħid jekk kienx hemm, u fil-każ kemm kien hemm, persuni li kienu jokkupaw position of trust jew kienu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza ta’ kwalsiasi tip sal-1 ta’ Jannar 2020 fi ħdan id-dekasteru tiegħu, litwaqqfu, tneħħew jew ġie tterminat il-kuntratt tagħhom? Kemm minnhom marru lura għal xi impjieg fis-Servizz Pubbliku?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.