Jista' l-Ministru jgħid jekk isirx moniteraġġ tat-tniġġis tal-arja? Isir frekwenti dan il-moniteraġġ?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħal kull Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropeja, Malta hija obbligata li timmnonitorja l-kwalita tal-arja għal numru ta' parametri skond ir-rikwiżiti tad-Direttiva dwar il-kwalita' tal-arja 2008/50/EC. Skond din id-Direttiva, Malta hija obbligata li tagħmel mill-anqas 2 stazzjonijiet ta' kejl fiss wieħed għas-sustanzi inkwinanti kollha bl-eċċezzjoni tal-partiċelli PM10, fejn Malta hija obbligata li tagħmel mill-anqas 3 stazzjonijiet ta' kejl fiss.
F'Malta hawn 4 stazzjonijiet ta' kejl fiss għas-sustanzi inkinanti kollha bl-eċċezzjoni tal-merkurju gassuz u il-partiċelli PM2,5. Id-dettalji kollha stazzjoni bi stazzjon huma hekk kif ġej:
Iż-Żejtun ikejjel b'mod kontinwu: id-dijossidu tal-kubit (SO2), l-ossidi tal-azotu (NO2, NO u NOx), monossidu tal-karbonju (CO), partiċelli PM10, partiċelli PM2,5, ożonu (O3), komposti organiċi non-metiliċi (li jinkludu benzene, toluene, u il-xileni), merkurju gassuz kif ukoll b'mod diskontinwu iċ-ċomb, in-nikil, il-kadmju, l-arseniku u il-benzo(a)pirene flimkien ma' idrokarburi poliċikliċi aromatiċi oħra fil-partiċelli PM10.
Kordin ikejjel b'mod kontinwu: id-dijossidu tal-kubit (SO2), l-ossidi tal-azotu (NO2, NO u NOx), monossidu tal-karbonju (CO), partiċelli PM10, ożonu (O3), komposti organiċi non-metiliċi (li jinkludu benzene, toluene, u il-xileni).
L-Imsida jkejjel b'mod kontinwu: id-dijossidu tal-kubit (SO2), l-ossidi tal-ażotu (NO2, NO u NOx), monossidu tal-karbonju (CO), partiċelli PM10, partiċelli PM2,5, ożonu (O3), komposti organiċi non-metiliċi (li jinkludu benzene, toluene, u il-xileni), iċ-ċomb, in-nikil, il-kadmju, l-arseniku u il-benzo(a)pirene flimkien ma idrokarburi poliċikliċi aromatiċi oħra fil-partiċelli PM10.
L-Għarb (Għawdex) jkejjel b'mod kontinwu: id-dijossidu tal-kubit (SO2), l-ossidi tal-azotu (NO2, NO u NOx), monossidu tal-karbonju (CO), partiċelli PM10, partiċelli PM2,5, ożonu (O3), komposti organiċi non-metiliċi (li jinkludu benzene, toluene, u il-xileni), kif ukoll b'mod diskontinwu iċ-ċomb, in-nikil, il-kadmju, l-arseniku u il-benzo(a)pirene flimkien ma idrokarburi poliċikliċi aromatiċi oħra fil-partiċelli PM10.
Din l-informazzjoni tiġi rrapurtanta sena b'sena lill-Unjoni Ewropeja.
Il-MEPA bħalissa qeda twaqqaf stazzjon ta' kejl fiss ieħor f' Ħ'Attard u jkejjel il-livelli ta' numnru ristrett ta' sustanzi inkwinanti (dijossidu tal-kubrit, ozonu, dijossidu tal-azotu u benzene) permezz tal-
passiv diffusive tubes
li jieħdu kampjun tal-arja minn 133 sit mferrxa f'44 lokalita' f'Malta u Għawdex. Din id-data ma tiġix rrapurtata lill-EU għaliex għad-dijossidu tal-kubrit u għall-ożonu d-data li tinġabar m'hijiex kumparabbli mal-livelli li Malta hija mitluba li tħares skond id-Direttiva 2008/50/EU u għad-dijossidu tal-azotu u l-benzene dan il-metodu għadu ma ġiex ippruvata bħala ekwivalenti għall-metodi ta' monitoraġġ mitluba mid-Direttiva 2008/50/EC għas-sustanzi inkwinanti rispettivi. Fil-fatt ir-riżultati tal-
passiv diffusive tubes
ma jintużawx biex tiġi assessjata il-konformita ta' Malta mal-livelli importi mid-Direttiva 2008/50/EC iżda jintużaw sabiex jitqabblu l-livelli tas-sustanzi inkwinanti f'lokalitajiet differenti f'Malta u Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabbli biex jara li l-moniteraġġ tat-tniggis tal-arja jsir? Mil-liema partijiet ta' Malta u Għawdex ġew monitered minħabba t-tniġġis matul is-snin 2009, 2010 u 2011?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar hija responsabbli mill-monitoraġġ tal-kwalita' tal-arja f'Malta. Rigward "il-partijiet ta' Malta u Għawdex li ġew monitored" nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 36155.
Jista' l-Ministru jippubblika r-riżultati tat-tniġġis tal-arja f'Malta u Għawdex, żona b'żona li ġew miksuba matul is-snin 2008, 2009, 2010 u 2011?
Response (MARCO, MARIO DE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha li ntbagħtet lill-UE mill-2008 sal-2010. Id-data tal-2011 għadha ma ġietx validata. Dan għaliex kull Stat Membru għandu żmien sa Settembru tas-sena ta' wara biex jirraporta data li tkun validata.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet kellu il-gvern biex inaqqas it-tniġġis fl-arja matul is-snin 2008, 2009, 2010 u 2011? X'passi ħa biex dan it-tniġġis jitnaqqas u liema politika jimxi biha?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux politika li jara li ma jkunx hemm tniġġis ta' ibħra Maltin u Għawdxin? Kif jimmoniterja ħalli dawn l-ibħra jkunu mħarsa minn tniġġis? Kemm isir regolari dan il-moniteraġġ u x'passi jittieħdu f'każ li jirriżulta li hemm tniġġis?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-politika li tħares l-kwalita’ ta’ l-ibħra Maltin u Għawdxin tinvolvi l-implimentazzjoni ta’ numru ta’ obligi internazzjonali u Ewropej.
L-ewwel direttiva Ewropeja hija dik tal-
Bathing Water Directive
. Sabiex jimplimenta l-provvedimenti ta’ din id-direttiva, d-Departiment tas-Saħħa Ambjentali, iwettaq moniteraġġ fl-ilma tajjeb għall-għawm.
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali għandu l-obbligu li jniedi moniteraġġ għall-kwalita tal-ilma baħar f’dawk iż-żoni uffiċċjalment identifikati bħala żoni tajbin għall-għawm. Malta identifikat 87 sit minn fejn għandhom jinġabru dawn il-kampjuni tal-ilma minn dawk il-bajjiet identifikati. L-obbligu li joħroġ minn din id-Direttiva huwa li għandhom jinġabru kampjuni darba kull erba` ġimgħat matul l-istaġun uffiċċjali għall-għawm. F’Malta dan l-istaġun jibda mit-tielet ġimgħa ta’ Mejju sat-tielet ġimgħa t’ Ottubru. Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali mar oltre minn dak rikjest mill-istess Direttiva peress li qed jiġbor kampjun minn dawn is-seba` u tmenin sit kull ġimgħa u mhux darba kull erba` ġimgħat. Kull kampjun jiġi analizzat fil-laboratorju ta’ l-istess Direttorat li huwa akkreditat sabiex jagħmel dawn l-analiżi għall-mikrobi obbligatorji mill-istess Direttiva li huma Enterokoċċi intestinali u Escherichia coli. Rapporti ta’ kif ikunu qed jikkwalifikaw dawn iż-żoni matul l-istaġun uffiċċjali jiġu ppublikati ta’ kull ġimgħa kif ukoll jintbagħtu bl-imejl lil lista ta’ nies u uffiċċjali inklużi lill-membri parlamentari kollha. Dawn ir-rapporti kif ukoll ir-riżultati kollha jistgħu jinstabu fuq is-sit eletroniku tal-istess Direttorat (
https://ehealth.gov.mt/HealthPortal/public_health/environmental-health/health_inspectorate/env._hlt._risk_management/envhealth_bathingwater09.aspx
). F’każ li jkun hemm il-bżonn minħabba riskju għal min ikun qed igħum li tingħalaq xi waħda minn dawn iż-żoni dan id-Direttorat huwa obbligat li josserva l-proċeduri mposti fuqu taħt ir-regolament 125 tal-2008 li traspostaw id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 2206/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
It-tieni tip ta’ monitoraġġ jagħmel parti mill-obbligi ta’ Malta biex timplimenta r-regolamenti dwar Pjan ta’ Azzjoni fil-Qasam politika ta’ l-ilma jew aħjar magħruf bħala l-
Water Framework Directive (WFD)
2000/60/EC. Taht l-WFD, Malta ghandha timmoniterja l-ilma kostali sa mil nawtiku l-barra minn xtutna għall-parametri tal-ekologija u sa tnax il-mil nawtiku għall-parametri kimiċi.
Il-MEPA għandha l-obbligu li twettaq programmi ta’ monitoraġġ ta’ diversi parametri biex tgħin lil Malta tassessja l-istat ta’ l-ilma tal-kosta minn aspett ekoloġiku kif wkoll kimiku. Fost ħafna parametri dan il-monitoraġġ jassessja l-preżenza tas-sustanzi li potenzjalment jispiċċaw fl-ilma baћar, fis-sediment u fil-bijota, bћal eżempju pestiċidi, metalli u żjut.
Il-frekwenza ta’ dan il-monitoraġġ jiddependi minn diversi parametri li jiġu analizzati. Ġeneralment sustanzi li jirriżultaw fi tniġġis iridu jiġu assessjati kull tlett xhur, filwaqt li dawk is-sustanzi iżjed perikolużi jew ta’ riskju għas-saħħa tal-bniedem jiġu assessjati darba kull xahar.
Il-MEPA bdiet twettaq dan il-programm tal-monitoraġġ minn din is-sena u huwa mistenni li r-riżultati finali jiġu rrapportati s-sena d-dieћla. Il-programm ta’monitoraġġ irid jiġi rrevedut kull sitt snin u jiġi nkluż fi pjan ta’ l-immaniġjar ta’ l-ilma, jew hekk imsejjaћ il-
Water Catchment Management Plan
.
Il-MEPA tagħmel ukoll moniteraġġ tar-radjazzjoni fl-ilma baħar skond il-pjan nazzjonali kif stabbilit mir-
Radiation Protection Board
, skond in-
National Environment Radioactivity Surveillance Plan
, li jimxi fuq ir-rekwiżiti ta’ obbligi internazzjonali. Il-moniteraġġ isir erbgħa darbiet fis-sena fejn kull darba jiġu analizzati tlett kampjuni tal-ilma baħar minn tliet lokalitajiet.
Fl-aħħar, bit-traspozizzjoni tal-Qafas ghall-Politika Ambjentali tal-Bahar (il-
Marine Strategy Framework Directive
, Direttiva 2008/56/KE), Malta ghandha tisstabilixxi u timplimenta, sa Lulju 2014, programmi koordinati ta’ monitoragg ghall-valutazzjoni kontinwa tal-istat ambjentali tal-bahar abbazi tal-lista indikattiva ta’ elementi stipulati fid-Decizjoni tal-Kummissjoni 2010/477/UE u b’referenza ghall-miri ambjentali stabiliti. L-obbligi ta’ din id-Direttiva tibni fuq l-monitoragg tad-WFD, però tkopri area akbar ta' bahar minn dawk koperti taht id-WFD.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 35297 dwar l-applikazzjoni lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar Numru PA/05241/10 għat-tqegħid ta’ floating pontoon ‘il barra mill-port tal-Imġarr, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-revised site plan, tar-ritratti u pjanti li juru t-tneħħija tat-trakkar u l-ankraġġ tal-biċċiet tal-baħar?
Response (MARCO, MARIO DE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti mitluba.
Santa Venera — Triq Reġjonali - tniġġis tal-ħoss mill-mina
Question
Fir-rigward ta' Triq Reġjonali Santa Venera, jista' l-Ministru jgħid xi studji saru sabiex jonqos it-tniġġis tal-ħoss mill-mina li tgħaddi minn go nofs din it-triq residenzjali? Jistgħu il-ħitan tat-toroq isiru għat-tond 'il fuq sabiex jonqos dan l-inkonvenjent?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fejn jistgħu d-dilettanti tal-muturi magħrufa bħala trials jipprattikaw id-delizzju tagħhom apparti Ta' Qali? Hemm pjan li jkun hemm iktar postijiet earmarked għal dan l-isport f pajjiżna, partikolarment fin-naħa t'isfel ta' Malta?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-Reviżjoni tal-Pjan ta' Azzjoni għal Ta' Qali ta' din is-sena qed tipproponi sit imdaqqas fejn ikun jista' jiġi pprattikat l-isport imsemmi. Din għanda tieħu post is-sit attwali minn fejn isiru t-trials.
Il-Pjan Lokali tal-Majjistral jissuġġerixxi parti minn Wied Fulija fejn qabel kien jintradam il-materjal bħala post adegwat għal dan l-isport.
Peress li din il-Mistoqsija tikkonċerna sport partikulari, tinħass il-ħtiega li jiġu ikkonsultati l-Kunsill Malti għall-Isport. Għalkemm m'hemmx sit jew area speċifika identifikata għal dan l-użu fil-Pjan Lokali għan-Nofs in-Nhar ta' Malta, hemm żewġ policies tal-MEPA illi jħarsu lejn sport b'impatt bħal ma' huwa dak tal-muturi. Dawn il-policies huma Policy SMIA11 fejn bil-parti (c) jistgħu jiġu kunsidrati barrieri mhux aktar operativi basta dawn ikunu sa' 250 metru il-bogħod minn residenzi u l-ajruport, kif ukoll Policy SMRE01 para (xi) illi ukoll tikkunsidra
major impact sports
f'barrieri mhux operativi jew użati aktar.
Fin-
North Harbour Local Plan
(NHLP), il-policy NHRLO5 tgħid li permessi għall-isport b’impatt u faċilitajiet rekreattivi formali oħra ma jingħatawx f’widien skedati, kif indikat f’Mappa CV5.
Is-sensitivita' tal-widien fin-NHLP, il-bżonn li jinżamm kemm jista' jkun mill-karattru rurali u l-viċinanza għall-iżvilupp residenzjali, ma jippermettix li jiġu dentifikati siti addatati għall-isport b'impatt bħal ma huwa
clay pigeon shooting, motorcycle scramling u off-road vehicle drinving
.
L-istess prinċipju japplika għas-
Central Malta Local Plan
(CMLP), jiġifieri sport b’impatt li jinkludi
motorcycle scrambling
u
off-road vehicle driving
f’widien skedati bħal ma hu indikat f’Mappa CVI.
Skond il-Pjan ta’ Struttura policy REC6, siti għall-isport b’impatt għandhom jiġu magħżula wara studju ta’ l-impatt ambjentali estensiv, flimkien ma' metodu magħruf bħala
sieving technique
.
Fil-
Gozo & Comino Local Plan
(GCLP) m’hemmx siti mmarkati għal dan it-tip ta’ sport.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru, flimkien mal-Ministeru responsabbli mill-Artijiet hux qed jippjana li jkun hemm xi forma ta' deċiżjoni għal dawk li huma tined (jew umbrelel) li jistgħu jintużaw mill-istabilimenti kummerċjali fl-inħawi ta' Buġibba u l-Qawra (u f'postijiet oħra wkoll), biex dawn l-istabilimenti jkunu jistgħu jaqdu aħjar lill-klijenti tagħhom?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-użu ta' tined u umbrellel li jistgħu jintużaw mill-istabliminenti kummerċjali jistgħu jiġu kkunsidrati bħala permessibli skond Klassi 14 u 15 tal-Ordni ta’ l-2007 dwar in-Notifikazzjoni dwar Żvilupp, Avviż Legali 115 ta' l-2007. Fil-każ li l-applikazzjoni tinvolvi art pubblika bħal bankina jew promenade jkun hemm bżonn il-kunsens tad-Dipartiment tal-Artijiet. F’każijiet fejn hemm talba sabiex il-bankina titwessa għal ġot-triq, ikun hemm bżonn il-kunsens tat-Trasport Malta.
Fil-każ tal-Awtorita’ ta’ Malta tat-Turiżmu, din ma toħroġx permessi għall-umbrellel u
canopies
iżda biss għas-siġġijiet u mwejjed.
Awtorità Maltija għat-Turiżmu — talbiet minn resataurnats
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm talbiet quddiem l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biex jinfeħtu restaurants jew jinbidlu l-klassijiet tal-istess restaurants fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, n-Naxxar u San Pawl il-Baħar?
Response (MARCO, MARIO DE)
Mir-riċerka li saret jirriżulta illi bħalissa quddiem l-Awtorita’ tat-Turiżmu hemm dawn l-applikazjonijiet għall-restaurants.
Il-Mellieha 2
Naxxar 1
San Pawl Il-Bahar 12
M’hemmx talbiet biex jinbidlu l-klassijiet tal-istess
restaurants.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 35739 dwar applikazzjoni PA/03051/03 - cruise berthing facilities outside Mġarr , jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’:
a) l-istudju kien preparat minn
Ecorys Nederland Bv
u
Euroconsultants SA
b) l-
Appropriate Assessment
li sar
Adi Associates Environmental Consultants Ltd
; u
ċ) ir-rakkmandazzjoni li saret f’Mejju 2010 mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Ambjent li kkonkludiet il-proċess ta' l-AA?
Response (MARCO, MARIO DE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudju preparat minn Ecorys Nederland Bv u Euroconsultants SA hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant:
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Appropriate Assessment li sar mill-Adi Associates Environmental Consultants Ltd kif ukoll ir-rakkmandazzjoni li saret f’Mejju 2010 mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Ambjent tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra bħala parti mit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 35738.
B'referenza għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 34533, 35174 u 35169 u ġaladarba l-Ministru ma poġġiex fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti mitluba fil-mistoqsija parlamentari 35174, jista' l-Ministru jgħid taħt liema klawsola tal-kapitlu 268 tal-Liġijiet ta' Malta, jiġifieri tal-att li jirregola t-trasferiment tal-proprjetà tal-gvern, saret il-konċessjoni esklussiva lill-Island Caterers?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru hux se jkun, permezz tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, jorganizzaxi attivitajiet partikulari matul il-ġimgħat tas-sajf li qegħdin fih? Jekk iva liema huma dawn l-attivitajiet?
Response (DEMARCO, MARIO)
Il-Ministeru jara li jiġu organizzati numru ta’ attivitajiet matul is-sajf permezz tal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu u l-Kunsill Malti għall-Arti u l-Kultura. Fix-xahar ta’ Ġunju kien hemm il-Malta Music Week u l-kunċet tal-Isle of MTV fl-organizzazzjoni ta’ liema l-MTA jagħtu sehemhom. L-MTA tagħti għajnuna wkoll sabiex jiġu organizzati mill-Privat matul is-sajf numru ta’ kunċerti. Jiġu mgħejjuna wkoll attivitajiet minn numru ta’ Kunsilli Lokali.
Min-naħa tal-Kunsill Malti għall-Arti u l-Kultura jiġu organizzati l-Għana Fest, il-Malta Arts Festival u l-Jazz Festival.
Jista’ l-Ministru jispjega x’inhi l-policy dwar il-camping f’pajjiżna? Hemm xi restrizzjonijiet biex wieħed imur camping f’pajjiżna, fis-sens, hemm xi postijiet fejn ma jistax isir camping? Jekk fl-affermattiv, tista’ tingħata spjegazzjoni għalfejn din il-projbizzjoni? Fejn huwa permess li jsir camping?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-Regolamenti fuq l-attivita' tal-camping f'pajjiżna ivarjaw minn sit għal sit minħabba li din l-attivata' hija suġġett għal regolamenti, awtorizzazzjonijiet jew provisjonijiet speċifiċi għas-sit. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2056 u Mistoqsija Parlamentari Numru 9935 li tirreferi ukoll għal tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 9434.
Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onorevoli Interpellant u ninfurmah li r-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 9434 ġiet aġġornata. Minn meta twaqqfet l-Awtorita` ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, ġew approvati erba' (4) applikazzjonijiet għal caravan / camping sites; tlieta (3) fil-Mellieħa u waħda (1) f’Baħar iċ-Ċagħaq (Naxxar). Filwaqt li tlett (3) applikazzjonijiet għadhom pendenti; tnejn (2) minn dawn huma proposti fil-lokalita` tal-Mellieħa u waħda (1) Baħar iċ-Ċagħaq (Naxxar).
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ħarġu notifikazzjonijiet ta' non executable permits li ħarġet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar din is-sena? F'liema lokalitajiet ħarġu dawn in-notifikazzjonijiet u kemm f'kull lokalità?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' tal-Ambjent u l-Ippjanar ħarġet 170 notifika li ser jinħareġ permess li ma huwiex esekuttibli.
Permess mhux esekutibbli huwa kunċett ġdid li l-MEPA ressqet bħala għajnuna lill-klijenti.
S’issa, wara li tittieħed id-deċiżjoni, normalment il-klijent jista’ ikun jinħtieġ, fost affarijiet oħra, jissottometti dokumentazzjoni, iħallas multi għal sanzjonar, iqiegħed garanziji bankarji u jħallas għal parkeġġ mhux provdut permezz tas-ĊPPS jew il-UIF. Fejn il-klijent ikollu wieħed jew kollha minn dawn ir-rekwiżiti, il-permess ma jistgħax jinħareġ qabel dawn il-ħlasijiet ikunu effettwati. Jekk il-ħlasijiet ma jsirux sa sitt xhur il-permess jaqa’.
Issa, il-MEPA fasslet strateġija biex il-klijent jista juża t-terminu sħiħ tal-permess, jiġifieri il-validita’ legali skond il-kundizzjoni li tirregola l-validita sabiex jagħmel il-ħlasijiet meħtieġa. Wara xahar mid-deċiżjoni u fejn l-applikant ma jkunx ħallas jew talab rikonsiderazzjoni, tinħareġ kopja tal-permess, li l-klijent jista juża, per eżempju, biex juri lill-Bank li tassew għandu permess. Dan il-permess jibqa validu skond il-kundizzjoni tal permess maħruġ. Jekk permess huwa validu għal ħames snin jista’ jissottometti l-flus meħtieġa tul dak il perjodu imam jekk ngħidu aħna, jagħmel dan wara sentejn, ikun għad fadallu 3 snin biex isarraf dak il-permess. Fejn ikun hemm multa applikabbli għax ikun diġa sar xogħol fuq is-sit bla permess, il ħruġ ta permess mhux eżekuttibli, mhux applikabli qabel ma jitħallsu l multi meħtieġa.
Din allura hija miżura amministrattiva biex taġevola lill-klijent u ma timponix ħlasijiet immedjati meta forsi l-permess ma huwiex maħsub li jintuża minufih. Din il miżura hija favorevoli ukoll għall min ikun oġezzjona fil ħin stipulate, fuq l-applikazzjoni, għaliex jista’ jissottometti appell immedjatament quddiem it-Tribunal.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm talbiet għal bidla tal-perit, minn klijenti li kellhom applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond is-sistema tal-informatika ta' l-Awtorità, kien hemm mija u tmienja u ħamsin (158) bidla tal-perit magħmula fl-istess sistema msemmija, f'applikazzjonijiet quddiem l-istess Awtorità, matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena.
Jista' l-Prim Ministri jgħid min hu kkonsidrat bħala l-proprjetarju tal-billboards li huma mwaħħlin f'diversi postijiet madwar Malta li ħafna minnhom qed jintużaw biex fuqhom jitwaħħlu reklami? Min hu responsabbli għalihom? Jekk ir-reklami li qed jitwahhlu fuqhom humiex bi ħlas, jinħtieġ permess għalihom? Min hu responsabbli għall-ħruġ tagħhom u għand min jgħaddu l-flus tar-reklami?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita` m'għandhiex informazzjoni dwar min huma l-proprjetarji tal-billboards, iżda biss dettalji ta' min japplika (li ħafna drabi jkunu applikanti diversi). Sabiex jitqegħdu dawn it-tip ta' billboards jinħtieġ il-permess tal-MEPA. Billboards li ma jinħtieġux permess huma dawk elenkati f'Artiklu 4 tal-Avviż Legali LN 171 tal-1993 (Ordni tal-1993 dwar Reklami). Is-siti li fuqhom jista jitpoġġew il-Billboards ġew approvati bi ftehim bejn il-MEPA u Transport Malta.
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-aħħar parti tal-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35974, 35801, 35675, 35387 u 35166 u jgħid liema huma dawk il-barrieri li s-sidien tagħhom radmuhom mingħajr l-permessi meħtieġa? X'azzjoni qiegħda tieħu l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kontra s-sidien kkonċernati?
Response (DEMARCO, MARIO)
Il-MEPA taf b'erbatax (14) -il barriera li ntradmu mingħajr permess. Minn dawn, ħames (5) barrieri għandhom każ li qiegħed jinstema fil-Qrati tal-Gustizzja u d-disgħa (9) barrieri l-oħra huma suġġetti għall-azzjoni ta' Twaqqif u Twettiq fejn l-proċess għadu pendenti. Id-disgħa barrieri msemmija huma:
U/N quarry No Gozo Next to SG 01
U/N quarry tal –Harruba Siggiewi
SM 03 Siggiewi
SM 58 Qrendi
U/N quarry No Imqabba Road Siggiewi
U/N quarry No tal-Warda, Qrendi
SM 30 Mqabba
SM 47 Mqabba
SM 04 & 64 Siggiewi