Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi - Proġetti jew inizjattivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti jew inizjattivi tħabbru mill-Ministeru jew minn kwalunkwe aġenzija jew entità li jaqgħu taħtu, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, iżda li s’issa għadhom ma sarux? Jista’ jgħid ukoll kemm ħallas il-Gvern fuq reklamar, PR u kampanji ta’ informazzjoni għal kull wieħed minn dawn il-proġetti li qatt ma twettqu?
Sustainable Transport Driving Licence Surrender Scheme
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti taħt is-Sustainable Transport Driving Licence Surrender Scheme sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ sapport finanzjarju, jew xogħol bla ħlas sar mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, għal dawk li huma ċentri sportivi? Jista’ jgħid ukoll:
i. lil liema klabbs ingħatat tali għajnuna sa issa, matul l-2024 u l-2025 separatament għal kull sena;
ii. f’liema postijiet qed isir xogħol tal-istess natura bħalissa;
iii. fejn mistenni jinbeda xogħol ieħor tal-istess natura fil-futur qarib; u
iv. kif jista’ klabb jew ċentru sportiv partikolari japplika biex jingħata tali għajnuna?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn l-2024 u l-2025 kien hemm 11-il għaqda sportiva li ingħataw sapport min-naħa tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.
(Korrezzjoni: Ara Dokument PL 6800 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn 20 ta' April 2026 f'Seduta 455)
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi - Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi - Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Lulju 2025?
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex ser isiru t-tiswijiet neċessarji fi Pjazza Gavino Gulija, f’Bormla?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi ser jagħmel it-tiswijiet neċessarji.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew introdotti vetturi li jaħdmu bl-elettriku fl-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-persentaġġ ta’ ammont ta’ vetturi liċenzjati fit-triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 898, 895, 25659, 29844, ninfurmah li l-informazzjoni l-oħra qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34489 u jagħti lista sħiħa tal-konċessjonijiet kollha li ġew iffirmati mill-Gvern fiż-żona tal-Port il-Kbir (Grand Harbour)?
Ir-Rabat, Malta - Il-Baħrija - Triq prinċipali - Bankina u dwal
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan li ssir bankina u dwal fit-triq prinċipali li twassal għall-Baħrija, ir-Rabat, Malta? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid meta?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Segretarjat għax-Xogħlijiet Pubbliċi – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34166 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ċ-ċint fi Triq San Leonardu fix-Xgħajra (quddiem il-klabb tal-boċċi) jitranġa, peress li waqa’ kompletament u huwa ta’ periklu?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ċ-ċint fi Triq Orlando, ix-Xgħajra (fejn hemm parking area żgħira inti u nieżel mir-roundabout tax-Xgħajra), jitranġa peress li qed jaqa’ u huwa ta’ periklu?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ix-Xatt ta’ Wied il-Għajn - Ħsarat ikkawżati bil-maltemp
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi ħsarat ġew verifikati fix-Xatt ta’ Wied il-Għajn wara l-aħħar maltempata? Jista’ jgħid ukoll x’passi diġà ttieħdu u x’passi ser jittieħdu f’dan ir-rigward?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lil l-Onorevoli Interpellant li immedjatament wara l-maltempata saru numru ta’ spezzjonijiet biex jiġi iddeterminat xi ħsarat hemm. Żoni li kienu ta’ periklu ġew barrikati biex jingħalaq l-aċċess għall-pubbliku. Bħalissa qed isir eżerċizzju fejn qed jiġi determinat liema partijiet tal-istrutturi li ġew affettwati mill-maltemp ser isir intervent fuqhom u x’tip ta’ intevent. Li hu żgur li fejn inqala' fil-maltemp ser jerġa' isir fiż-żmien li ġej.
Il-Kalkara - Bajja ta’ Rinella - Ħsarat ikkawżati bil-maltemp
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi ħsarat ġew verifikati fil-Bajja tar-Rinella fil-Kalkara wara l-aħħar maltempata? Jista’ jgħid ukoll x’passi diġà ttieħdu u x’passi ser jittieħdu f’dan ir-rigward?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli interpellanti li immedjatament wara l-maltempata saru spezzjonijiet tal-ħsarat. Ingħalqet iż-żona li hi ta’ periklu biex ma jkunx hemm aċċess għall-pubbliku. Fil-fratemp saret ukoll investigazzjoni biex jiġi determinat fejn jinsab il-livell tal-blat minħabba li hemmhekk hu wied. Bħalissa għaddejjin analiżi biex jiġi determinat xi struttura ser tiġi mibnija u l-estent ta’ l-intervent bil-pjan li x-xogħlijiet jibdew ma jdumux.
Jista’ l-Ministru jgħid xi ħsarat ġew verifikati fix-Xatt tax-Xgħajra wara l-aħħar maltempata? Jista’ jgħid ukoll x’passi diġà ttieħdu u x’passi ser jittieħdu f’dan ir-rigward?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-maltempata ta’ Jannar li għadda kkawżat l-erożjoni tal-pedament ta’ parti mill-promenade tax-Xgħajra u din ċediet. Id-Dipartiment tax-Xogħlijet Pubbliċi intervjena minnufih u poġġa blokki tal-konkos sabiex jagħlaq din il-parti tal-promenade. Id-dipartiment qed iħejji s-surveys u l-pjanti neċessarji sabiex din il-parti tal-promenade li ċediet terġa’ tinbena mill-ġdid.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tiġi rranġata Triq il-Larinġ f’Ħ’Attard li bħalissa qed iżżomm ħafna ilma anke meta ma tkunx xita, u qed tkun ta’ detriment għar-residenti?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li Infrastructure Malta għaddejja b’taħditiet mall-Kunsilli Lokali, sabiex ix-xogħol tat-toroq jiġi allokat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalita’ rispettiva tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir mill-awtoritajiet konċernati dwar is-sitwazzjoni relatata mal-culvert fi Triq Hompesch, il-Fgura, li bħalissa qed jikkawża inkonvenjent kbir lir-residenti tal-inħawi u huwa ta’ periklu għas-sewwieqa?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.