Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skema ta’ sussidju fuq vetturi tal-elettriku — Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet ma’ Transport Malta għal sussidju fuq vetturi tal-elettriku minn meta bdiet titħaddem din l-iskema? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew milqugħa?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-snin 2022 u 2023 kien hemm 4036 applikazzjoni approvata għal sussidju fuq vetturi tal-elettriku. Fis-sena 2022 kien hemm 1375 applikazzjoni approvata, u fis-sena 2023 hemm 2661 applikazzjoni approvata.

Sussidju fuq vetturi tal-elettriku — Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet li ġew milqugħa minn Transport Malta għal sussidju fuq vetturi tal-elettriku iżda li għadhom ma ġewx ipproċessati? Jista’ jgħid kemm imorru lura dawn l-applikazzjonijiet u x’inhi r-raġuni għal dan id-dewmien? Jista’ jikkonferma li dan id-dewmien qed iwassal biex l-applikanti mhumiex qed jonoraw il-ftehim li għandhom mal-kumpaniji tal-vetturi bil-konsegwenza li qed jeħlu interessi u/jew penali lill-istess kumpaniji? Jista’ jgħid ukoll jekk huwiex qed iħallas dawn l-interessi u/jew penali li qed jeħlu l-applikanti minħabba d-dewmien minn Transport Malta biex taffettwa r-rifużjoni?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għat-Trasport ilha toffri għotjiet għal numru ta’ snin. Il-‘grants’ taħt li skema tal-RRP li bdiet tagħti Transport Malta f’dawn l-aħħar sentejn huma l-ogħla fl-Ewropa, fil-fatt l-għotjiet ilaħħqu sa massimu ta’ 13,000 ewro u ġew allokati €15 il-miljun fl-2022, €15 il-miljun għas-sena 2023, apparti għotjiet oħra fuq vetturi elettriċi ta’ tipi differenti. Wieħed tajjeb jirrimarka li apparti li l-għotjiet huma tant sostanzjali, dawn jingħataw bħala ‘grant’ u mhux self, għad-differenza ta’ pajjiżi oħra Ewropej. Għalhekk, wieħed jinnota li l-iskema tant intlaqgħet tajjeb mill-pubbliku li l-Awtorità irċeviet mal-4,036 applikazzjoni għal RRP grants fuq medda ta’ sentejn (2022-2023). Mill-bidu tas-sena 2023, Transport Malta bagħtu għall-pagament elfejn mitejn u tmienja u tletin (2,238) applikazzjoni mill-applikazzjonijiet li saru f’din is-sena għal sussidju fuq vetturi tal-elettriku. In oltre, bħalissa qed jiġu pproċessati erba’ mija u tlieta u għoxrin (423) applikazzjoni oħra sabiex jintbagħtu għall-pagamenti. Dawn imorru lura għall-25 ta’ Awwissu 2023. Biex dejjem tkompli ttejjeb is-servizz tagħha, Transport Malta bħalissa għaddejja minn proċess ta’ diġitaliżazzjoni li ser jgħaġġel aktar il-proċess u l-aċċessibbiltà. L-Awtorità ma tistax twieġeb għan-nom ta’ persuni individwali fuq jekk l-obbligi tagħhom humiex jiġu onorati mal-bejjiegħ tal-vettura.

San Pawl il-Baħar — studji dwar l-immaniġġar tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9728 u jgħid xi studji qed isiru dwar traffic management fiż-żona ta’ San Pawl il-Baħar (żona Telgħet ix-Xemxija u Triq il-Mistra)?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtoritajiet qed iħarsu b’mod ħolistiku lejn iż-żona biex tiġi indirizzata is-sitwazzjoni tat-traffiku.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – politika dwar is-saħħa mentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu għandux politika għas-saħħa mentali biex is-saħħa mentali tiġi integrata fit-tfassil ta’ kull politika mill-istess Ministeru? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx il-pjan li titfassal u tiġi adottata din il-politika (mental health policy)?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dan il-Ministeru, bħala parti mis-Servizz Pubbliku, huwa marbut mill-politika ċentrali fuq is-saħħa mentali. Minbarra hekk tajjeb li jingħad ukoll li fil-Ministeru tingħata importanza kbira lill-Employee Support Programme fejn uffiċċjali jistgħu jirrikorru f’każ ta’ diffikultà ulterjuri.

Construction and Extension of Marsamxett Ferry Landing Place

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10573 u jinforma lill-Kamra dwar is-sejħa IMT014/2022 'Construction and Extension of Marsamxett Ferry Landing Place including the Construction of the Breakwater, Slipway, Jetty, Boat Hardstanding Area, Waiting Facilities, Gangways and Fenders' u jgħid fiex wasal il-proċess ta' aġġudikazzjoni? Jista’ jgħid ukoll minn min huma fformati t-tliet Joint Ventures li tefgħu l-offerta? Jista’ jgħid jekk dan il-proġett huwiex se jkun iffinanzjat minn xi programm tal-Unjoni Ewropea u jekk iva, minn liema programm u minn liema baġit u meta hu ppjanat li jitlesta dan ix-xogħol?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Infrastructure Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta Infrastruttura Malta ser tibda x-xogħlijiet mwiegħda mill-Ministru għat-Turiżmu, b’nefqa ta’ €5 miljun biex ikun hemm il-proġett ta’ Spinola u Triq Avenue ġewwa Paceville?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qiegħda f’diskussjonijiet mat-TZRA u ma’ entitajiet oħra ta’ servizzi biex jiġu ffinalizzati pjanijiet ta’ interventi fi Triq Paceville. Fil-ġimgħat li ġejjin se jinbeda xogħol infrastrutturali neċessarju.

Ħad-Dingli — Trejqet is-Sagħtar – Nuqqas ta’ dawl

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8406, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol imsemmi, jiġifieri li jiġi installat dawl fi Trejqet is-Sagħtar, f’Ħad-Dingli, ġiex konkluż? Jekk le, jista’ l-Ministru jgħid x’qiegħed iżomm milli jsir dan ix-xogħol?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed tagħmel il-kordinzazzjoni mal-entitajiet konċernati sabiex tiġi konkluża l-installazzjoni tad-dawl fi Trejqet is-Sagħtar, f’Ħad Dingli.

L-Imtarfa — Triq Tabija -Miżuri ta’ Traffic calming

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser isiru miżuri ta’ traffic calming fi Triq Tabija kantuniera ma’ Triq il-Maltin Internati u Eżiljati, fl-Imtarfa?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-ġimgħa bdew ix-xogħlijiet fl-akwati biex issir junction ġdida skont disinni approvati.

Ir-Rabat — Belveder ta’ Għeriexem - Tħawwil ta’ siġar ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser isir tħawwil ta’ siġar ġodda minflok is-siġar li mietu minħabba nuqqas ta’ tisqija fil-Belveder ta’ Għeriexem, ir-Rabat?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Remunerazzoni ta’ individwi

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-individwi fi ħdan il-Ministeru tiegħu, inkluż dawk f’awtoritajiet, entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, li għandhom pakkett finanzjarju ikbar mill-Ministru nnifsu? Jista’ jgħid ukoll min huma u kemm hu l-pakkett annwali, inkluż perkaċċi u bonuses?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12090.

Blata l-Bajda – Charging Infrastructure – Nefqa

Question

Fir-rigward tal-parkeġġ li sa ftit żmien ilu kien il-Park and Ride tal-Blata l-Bajda, u li fih ġiet żviluppata ċ-charging infrastructure tad-depot tal-electric buses tal-Malta Public Transport, jista’ l-Ministru jgħid jekk din l-infrastruttura ġietx imħallsa minn fondi pubbliċi fuq bażi totali jew parzjali? Jekk iva, jista’ jgħid jekk dawn il-fondi humiex parti minn fondi Ewropej?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ispiża ta’ dan il-proġett ġiet iffinanzjata mill-Operatur tat-Trasport Pubbliku, jiġifieri l-Malta Public Transport.

Għajn Dwieli – Xogħlijiet pendenti mal-mina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma x-xogħlijiet pendenti mal-mina ta’ Għajn Dwieli?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet pendenti mal-mina ta’ Għajn Dwieli jinkludu xogħol minuri, l-installazzjoni tas-sistema tad-dawl, u aċċessorji oħra.

Rabat, Għawdex — Uffiċċju tal-Malta Public Transport ġewwa l-Bus Terminus

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11809, jista’ l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet ġewwa Għawdex, l-operat tal-uffiċċju tal-Malta Public Transport ġewwa l-Bus Terminus fir-Rabat, Għawdex qed jiġi offrut?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7852.

Naxxar — Triq il-Labour - Xogħol

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9721, jista' l-Ministru jiċċara jekk fil-fatt ix-xogħol tal-ilqugħ tal-ilma sarx minn xi entità oħra (mhux Infrastructure Malta) jew fil-fatt ix-xogħol (fil-parti indikata ta' Labour Avenue (Naxxar) ma sar minn ħadd dejjem għad-detriment għar-residenti tat-triq?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'iniex infurmat li entitajiet taħt id-dekasteru tiegħi għamlu xogħol tal-ilqugħ tal-ilma fiż-żona indikata.

Naxxar — Studji dwar l-Immaniġġar tat-Traffiku

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 9724 u 9725, jista' l-Minsitru jgħid jekk Transport Malta hux qed tagħmel studju fuq Traffic Management f'żoni oħra ta' Malta? Jekk le, jista' jgħid jekk hemmx xi entità oħra tal-Gvern li qed tagħmel studju fuq traffic management f'Malta u Għawdex?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-immaniġġar tat-traffiku huwa funzjoni li Transport Malta teżerċita fuq bażi kontinwa. Barra minn dan, Transport Malta qiegħda f’diskussjonijiet ma’ xi kunsilli lokali sabiex dawn jagħmlu l-istudji neċessarji fuq proġetti proposti min-naħa tagħhom.

Trasport pubbliku — Proġett pilota ta’ autonomous buses

Question

Peress illi fl-2021 l-Ministru preċedenti kien ħabbar illi ‘fix-xhur li ġejjin’ kienu se jiġu ttestjati autonomous buses f’rotot partikolari, u peress illi l-Ministru konkorrenti għall-mistoqsija parlamentari 3232 kien wieġeb illi l-proġett-pilota għadu għaddej, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal dan il-proġett? Jista’ jagħti rendikont ta’ dak li rriżulta minn riċerka li kellha ssir biex it-toroq tagħna jkunu preparati f’sens ta’ infrastruttura għall-introduzzjoni tal-karozzi tal-linja mingħajr xufier, u jgħid x’azzjonijiet ittieħdu biex jitranġaw in-nuqqasijiet li ħarġu mit-tali konklużjonijiet?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett pilota huwa parti mill-proġett MetaCCAZE, mis-sejħa relatata ma’ HORIZON-MISS-2023-CIT-01 li fit-totalità tiegħu huwa stmat li se jiswa' mad-€29M, u il-Kummissjoni Ewropea se tikkontribwixxi kważi €25M minnhom. Il-Malta Public Transport ġiet allokata iktar minn €500K sabiex tikri karozza tal-linja li taħdem b'mod awtonomu u tkopri wkoll spejjeż anċillari. Il-Ministeru għat-Trasport għandu allokazzjoni ta’ madwar €33K għal tagħmir u xogħlijiet oħra neċessarji. Il-proġett huwa maħsub li ser itul mat-48 xahar, bil-parteċipazzjoni ta' 43 organizzazzjoni minn 13-il pajjiż differenti. Għalkemm l-istudji għadhom u se jibqgħu għaddejjin, il-proġett huwa mistenni li jkun uffiċjalment beda sal-bidu tas-sena 2025.

Tas-Sliema – Ferries Terminal – Xogħlijiet

Question

B’referenza għax-xogħlijiet li ilhom għaddejjin ’il fuq minn ħames snin fuq it-terminal tal-ferries ġewwa ta’ Tas-Sliema, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet u meta ser jitlestew?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fit-terminal tal-ferries f’Tas-Sliema waslu fl-aħħar fażijiet tagħhom. Il-pjan hu li dan il-proġett ikun lest sa tmiem din is-sena. Dan il-proġett huwa wieħed minn sensiela ta’ proġetti li qed isiru biex tkompli tissaħħaħ l-infrastruttura għat-trasport fuq il-baħar.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Ħaddiema ingaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11162 u jgħid kemm ġew ingaġġati persuni mal-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma bit-tip ta' kuntratt mogħti (definit jew indefinit) u anke bl-irwol li ġew ingaġġati fih?

Response (FARRUGIA, AARON)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11177, ninfurmah li t-tagħrif mitlub jinsab fit-tabella ta’ hawn taħt. Persuni Ingaġġati Entità Rwol Definit /Indefinit 2 Infrastructure Malta Clerk Indefinit 2 Infrastructure Malta Architects Indefinit 1 Infrastructure Malta Messenger Indefinit 1 Infrastructure Malta Quantity Surveyor Indefinit 1 Infrastructure Malta Technical Officer (ICT) Indefinit 1 Infrastructure Malta Draughtperson Indefinit 1 Infrastructure Malta Communications Manager Indefinit 7 MATS ATCO Trainees Definit 5 MATS Technical Trainees Definit 1 MATS Senior Electrician Indefinit 1 MATS Electrician Indefinit 1 MATS Head HR Indefinit 1 Transport Malta Adhoc Inspector Definit 12 Transport Malta Clerk Definit 3 Transport Malta Courier Indefinit 3 Transport Malta Driving Examiner Indefinit 5 Transport Malta Enforcement officer Indefinit 2 Transport Malta Flag and port state inspector Indefinit 5 Transport Malta Inspecting Officer Indefinit 1 Transport Malta Inspecting officer - ANS & Aerodromes Indefinit 1 Transport Malta Inspecting officer airworthiness Indefinit 5 Transport Malta Inspector Indefinit 1 Transport Malta Manager A Indefinit 1 Transport Malta Manager B Indefinit 1 Transport Malta Manager C Indefinit 1 Transport Malta Office assistant Indefinit 1 Transport Malta Principle technical officer Indefinit 1 Transport Malta Senior enforcement officer Indefinit 1 Transport Malta Senior manager - Enforcement Indefinit 1 Transport Malta Senior manager executive assistant to the Chief executive officer Indefinit 1 Transport Malta Senior manager-Business development Indefinit 2 Transport Malta Senior technical officer Indefinit 2 Transport Malta VTS officer Indefinit 1 Yachting Malta Administration Officer on Events Definit 1 Yachting Malta Administration Officer Projects and Initiatives Indefinit