Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta' proġetti wettqet l-entità Projects Malta ġewwa l-gżira ta' Għawdex minn meta twaqqfet sal-lum u x' kien il-valur tagħhom? Jista’ jgħid ukoll x'proġetti hemm ippjanati li jsiru minn Projects Malta ġewwa Għawdex matul is-sena 2020 u s-sena 2021?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern dejjem ta u se jkompli jagħti prijorità liIl-gżira Għawdxija fejn jidħol it-tfassil ta' proġetti ġodda. Sa mit-twaqqif tagħha, Projects Malta Ltd. ħadmet fuq proġetti f’oqsma differenti għal Għawdex fosthom fil-qasam tal-edukazzjoni u s-saħħa, bħall-immaniġġjar tal-operat tas-servizzi mediċi u anċillari fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex u anke biex isir investiment ġdid fi skola medika.
Bħalissa Projects Malta Limited għaddejja minn proċess ta’ ristrutturar hekk kif issa tinsab taħt ir-responsabbilta’ tal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u ser tkun qed tistudja ideat li potenzjalment jistgħu jissarrfu fi proġetti li jkunu varati fix-xhur li ġejjin.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15402, jista’ l-Ministru jara li jittella’ ħajt fl-għalqa li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, minħabba li din l-għalqa qiegħda tkun ta' aċċess biex xi persuni jitfgħu skart u li qed ikun ta' eyesore u ta' detriment għall-ġirien?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-art in kwistjoni mhiex proprjetà tal- Gvern.
Transport Malta – kirja tal-gabbani fid-daħla tal-Belt
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15526 u 15374 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jikkunsidra li Transport Malta teżenta lill-kerrejja tal-gabbani fid-daħla tal-Belt mill-kirja għall-perjodu tal-COVID-19 hekk kif dawn kienu sfurzati jagħlqu minħabba li l-bejgħ waqaf għal kollox? Jikkunsidrax ukoll li japplika l-istess, għall-gabbani l-oħra li ffaċċjaw l-istess diffikultajiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet nota ta’ dan is-suġġriment sabiex jiġi kkunsidrat.
Reserved car parking spaces għal persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15344 u jgħid kemm inħarġu reserved car parking spaces minn Malta Transport sena b’sena għal persuni b’diżabilità tul l-aħħar tliet snin f’kull distrett elettorali?
Personalised Parking Car Spaces għal persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15345 u jgħid kemm inħarġu personalised parking car spaces minn Transport Malta sena b’sena għal persuni b’diżabilità tul l-aħħar tliet snin f’kull distrett elettorali?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari 15643 ta’ din l-istess Seduta
Reserved Car Parking Spaces għal persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15348 u jgħid fil-preżent kemm huwa n-numru totali ta’ car parking spaces riservati għal persuni b’diżabilità?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta flimkien mal-Kunsilli Lokali, f’dawn l-aħħar xhur bdiet eżerċizju biex taġġorna l-parkeġġi riservati għal persuni b’diżabilità.
Peress li matul iż-żmien kien hemm tibdil konsiderevoli fl-użu ta’ dawn il-parkeġġi ,fejn numru ta’ persuni mietu u oħrajn ma baqgħux jagħmlu u¿u minnhom u peress li dan huwa proċess intensiv u għalhekk ser ikun qed jieħu ftit ta’zmien.
Transport Malta tkun f’pożizzjoni li tagħti n-numru totali ta’ car parking spaces riservati għal persuni b’diżabilità meta dan il-proċess ikun komplut.
Jista’ l-Ministru jispjega l-iter burokratiku ta' applikazzjonijiet għal parkeġġ riservat, kemm dak personalizzat kif ukoll dak li ma hux u kif dan jallaċċa mal-proċess li bih persuna tingħatalha l-Blue Badge? Jista ' jgħid jekk tali parkeġġ jingħatax b'eċċezzjoni lil hinn mir-regola u jekk fl-affermattiv, jispjega fuq liema kriterju, mertu u jekk jikkonsultax mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD)?
Servizz tat-traspport bil-baħar bejn Tas-Sliema u l-Belt u bejn il-Kottonera u l-Belt
Question
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm se titħallas il-kumpanija tat-trasport bil-baħar minn Ta' Sliema għall-Belt u lura u mill-Kottonera sal-Belt u lura ladarba dan is-servizz se jibda jkun b'xejn għal min jużah u dan it-trsport issa se jitħallas mill-Gvern direttatment lill-operatur?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru ikkonċernat.
Zuntier tal-Kolleġjata ta' San Ġorġ Martri f'Ħal Qormi — xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jara li jiġi restawrat u possibilment mhux jinbidel minħabba l-lavur u l-valur li fih, iċ-ċint taz-zuntier tal-Kolleġjata ta' San Ġorġ Martri Ħal Qormi li hija knisja u sabiħa b'valur kbir storiku u kulturali appart li sit ta' fidi għal ħafna Qormin? Jista' jagħmel dan bil-ħaddiema tiegħu jew permezz ta' xi kuntrattur minn tiegħu? Jista' jgħid meta se jsir dan ix-xogħol?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' Triq Gardell fil-Kappara fejn hemm konfużajoni ta xogħlijiet, dewmien u inkonvenjenza?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interepllant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajji¿na jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Bħala parti minn dan il-pjan, Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’għexieren ta’ toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Is-sena li għaddiet Infrastructure Malta bniet mill-ġdid aktar minn 130 triq residenzjali f’għadd ta’ lokalitajiet differenti. Waqt li eluf ta’ familji li joqogħdu f’dawn il-130 triq diġà qegħdin igawdu minn ambjent aħjar barra minn djarhom, bħalissa għaddejin xogħlijiet f’ħafna toroq residenzjali oħra. Uħud minnhom dalwaqt ikunu lesti. Hemm ikkuntrattati wkoll il-bini mill-ġdid ta’ 150 triq oħra għax-xhur li ġejjin.
Fit-triq indikata għadhom mhux qegħdin isiru xogħlijiet minn Infrastructure Malta. Bħalissa qed tinbena mill-ġdid Triq G Despott li tmiss magħha u l-aġenzija qed iżżid ir-riżorsi biex ix-xogħlijiet jitlestew mill-aktar fis.
F’San Ġwann u l-Kappara Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid Triq il-Mensija, Triq il-Ġojjin u Triq Wied Għollieqa waqt li bħalissa qed issir ukoll Triq San Franġisk. Fix-xhur li ġejjin għandhom jinbdew xogħlijiet fi Triq Ta’ Żwejt u Triq iċ-Ċawsli.
Jista' l-Ministru jgħid x'toroq hemm ippjanati li jsiru f'Għawdex bil-kofinanzjament tal-Unjoni Ewropea minn issa sas-sena 2021? Jista' jgħid meta hu mistenni li jibda x-xogħol fuq kull triq li se ssir b'kofinanzjament tal-Unjoni Ewropea u meta hu mistenni li jispiċċa l-istess xogħol fuq kull triq?
Response (BORG, IAN)
L-allokazzjonijiet mill-flus Ewropej normalment isiru fuq toroq li huma parti minn network tat-Ten-T. It-toroq f’Għawdex li huma fuq din in-network kienu saru xi snin ilu (2011) u għaldaqstant ma kienx hemm allokazzjonijiet ta’ fondi fl-2017.
Infrastructure Malta bdiet il-ħidma tagħha fis-sajf tal-2018 u mill-ewwel qabdet ritmu ta’ xogħol mgħaġġel ħafna, b’għadd ta’ proġetti ta’ titjib u bini mill-ġdid ta’ toroq arterjali, residenzjali u rurali. Fl-2019 din il-ħidma żdiedet b’ferm aktar proġetti ta’ titjib ta’ toroq arterjali u bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali.
Ix-xogħol fit-toroq ta’ Għawdex jaqa’ fir-responsabbiltà tal-Ministeru ta’ Għawdex, waqt li Infrastructure Malta qed tappoġġjah f’din il-ħidma. Għaldaqstant, il-mistoqsija dwar xogħlijiet fit-toroq ta’ Għawdex għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.
Bħalissa, Għawdex qed jibbenifika minn proġett ta’ €6 miljuni b’fondi tal-Unjoni Ewropea li qed jitwettaq minn Infrastructure Malta fil-Menqa tal-Port tal-Imġarr biex jitjiebu l-faċilitajiet tas-sajjieda f’din iz-zona. Bħala parti minn dan il-proġett, qed jinbnew mill-ġdid il-mollijiet u l-iskali, se jiġu installati erba’ puntuni ġodda kif ukoll faċilitajiet oħrajn għal aċċessibilità aħjar, aktar sigurtà u iżjed spazji ġodda fejn is-sajjieda jistgħu jorbtu d-dgħajjes u l-laneċ tagħhom għall-kenn tal-Port.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14903 dwar il-proġett ta’ Riġenerazzjoni tal-Menqa tal-Marsa, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-“Liġi Internazzjonali” li qed jagħmel referenza għaliha fit-tweġiba?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill–Onor. Interpellant li kont qed nirreferi għall–Konvenzjoni tal-MARPOL, minħabba li fiż-żona teżisti faċilità relatata mal–obbligi li għandu l–pajjiż fl–imsemmija Konvenzjoni.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14903 dwar il-proġett ta’ Riġenerazzjoni tal-Menqa tal-Marsa, jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-eżitu tal-RFP li ħarġet Projects Malta fl-2017 dwar is-sit rispettiv?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill–Onor. Interpellant li l–imsemmi RFP kellu jiġi sospiż sakemm tinstab rilokazzjoni alternattiva għal xi konċessjonijiet u setturi tal–industrija eżistenti fiż-żona imsemmija.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – għajnuna lil Valletta FC fil-proġett tal-iżvilupp tal-istadium u l-faċilitajiet anċillari
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kwalunkwe għajnuna li ta l-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu, lil Valletta FC fil-proġett tal-iżvilupp tal-istadium u l-faċilitajiet anċillari fuq l-art mgħoddija lilhom fil-Marsa/Luqa għal dan l-iskop?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni miġbura kemm mill-Ministeru li tiegħu jien responsabbli jew xi entità li taqa’ taħti, qatt ma ingħataw għajnuniet lill-Valletta FC, Marsa FC u Valletta Waterpolo Club.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – għajnuna lill-Marsa FC fil-proġett tal-iżvilupp tal-ground tal-football
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kwalunkwe għajnuna li ta l-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu, lill-Marsa FC fit-twettiq tal-proġett tal-iżvilupp tal-ground tal-football fuq l-art mgħoddija lilhom għal dan l-iskop?
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – għajnuna lil Valletta Waterpolo Club fil-proġett tal-iżvilupp tal-faċilitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kwalunkwe għajnuna li ta l-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu, lil Valletta Waterpolo Club fil-proġett tal-iżvilupp tal-faċilitajiet fuq is-sit mgħoddi lilhom għal dan l-iskop?