Legislature:
Category:
Reset
Active:

In-Naxxar — Triq il-Magħtab - Xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11220, jista' l-Ministru jgħid: a. meta se jibda x-xogħol imsemmi; b. x'se jkun ix-xogħol li se jsir; u c. meta se jkun konkluż dan ix-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Infrastructure Malta ilha minn meta twaqqfet li bdiet twettaq bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali, toroq rurali kif ukoll ħafna xogħol ta’ manuntenzjoni u tiswijiet f’toroq oħrajn. Imbagħad f’Jannar varat l-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin. Ħafna mill-120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati minn dan l-investiment, tlestew jew waslu biex. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra. Ix-xogħol għal kull triq jirrikjedi ppjanar li jibda minn ħafna qabel ma r-residenti jaraw il-ħaddiema u l-inġenji fit-triq tagħhom. Infrastructure Malta tikkonsulta lill-Kunsilli Lokali kif ukoll lill-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont il-bżonn, is-servizzi ta’ distribuzzjoni tal-ilma, elettriku, internet u telekomunikazzjoni li hemm għaddejjin minn taħt l-art f’dawn it-toroq. Meta kollox ikun ippjanat, Infrastructure Malta tibda billi tħaffer it-trinek biex tibdel dawn is-servizzi, skont il-ħtieġa. Imbagħad isir il-bini mill-ġdid jew tiswijiet tal-bankini, skont f’liema stat ikunu. Isiru wkoll testijiet tal-pedamenti ta’ kull triq. Fejn jinstab li huma dgħajfin wisq, jinqalgħu u jsiru mill-ġdid. B’hekk, meta fl-aħħar isir il-wiċċ b’asfalt ġdid, ikun jista’ jservi aktar fit-tul. It-toroq imbagħad jitlestew bis-sistemi ta’ saħħa u sigurtà skont il-ħtieġa, sinjali u marki tat-triq u faċilitajiet oħrajn. Ix-xogħol biex it-triq indikata tinbena mill-ġdid se jibda fiż-żmien li ġej, aktar tard din is-sena jew is-sena d-dieħla.

In-Naxxar — Triq Leli Falzon - Xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11221, jista' l-Ministru jgħid: a. meta se jibda x-xogħol imsemmi; b. x'se jkun ix-xogħol li se jsir; u c. meta se jkun konkluż dan ix-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Infrastructure Malta ilha minn meta twaqqfet li bdiet twettaq bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali, toroq rurali kif ukoll ħafna xogħol ta’ manuntenzjoni u tiswijiet f’toroq oħrajn. Imbagħad f’Jannar varat l-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin. Ħafna mill-120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati minn dan l-investiment, tlestew jew waslu biex. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra. Ix-xogħol għal kull triq jirrikjedi ppjanar li jibda minn ħafna qabel ma r-residenti jaraw il-ħaddiema u l-inġenji fit-triq tagħhom. Infrastructure Malta tikkonsulta lill-Kunsilli Lokali kif ukoll lill-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont il-bżonn, is-servizzi ta’ distribuzzjoni tal-ilma, elettriku, internet u telekomunikazzjoni li hemm għaddejjin minn taħt l-art f’dawn it-toroq. Meta kollox ikun ippjanat, Infrastructure Malta tibda billi tħaffer it-trinek biex tibdel dawn is-servizzi, skont il-ħtieġa. Imbagħad isir il-bini mill-ġdid jew tiswijiet tal-bankini, skont f’liema stat ikunu. Isiru wkoll testijiet tal-pedamenti ta’ kull triq. Fejn jinstab li huma dgħajfin wisq, jinqalgħu u jsiru mill-ġdid. B’hekk, meta fl-aħħar isir il-wiċċ b’asfalt ġdid, ikun jista’ jservi aktar fit-tul. It-toroq imbagħad jitlestew bis-sistemi ta’ saħħa u sigurtà skont il-ħtieġa, sinjali u marki tat-triq u faċilitajiet oħrajn. Ix-xogħol biex it-triq indikata tinbena mill-ġdid se jibda fiż-żmien li ġej, aktar tard din is-sena jew is-sena d-dieħla.

In-Naxxar — Triq il-Ġdida fi Triq Tat-Tarġa - Xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11222, jista' l-Ministru jgħid: a. meta se jibda x-xogħol imsemmi; b. x'se jkun ix-xogħol li se jsir; u c. meta se jkun konkluż dan ix-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Infrastructure Malta ilha minn meta twaqqfet li bdiet twettaq bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali, toroq rurali kif ukoll ħafna xogħol ta’ manuntenzjoni u tiswijiet f’toroq oħrajn. Imbagħad f’Jannar varat l-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin. Ħafna mill-120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati minn dan l-investiment, tlestew jew waslu biex. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra. Ix-xogħol għal kull triq jirrikjedi ppjanar li jibda minn ħafna qabel ma r-residenti jaraw il-ħaddiema u l-inġenji fit-triq tagħhom. Infrastructure Malta tikkonsulta lill-Kunsilli Lokali kif ukoll lill-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont il-bżonn, is-servizzi ta’ distribuzzjoni tal-ilma, elettriku, internet u telekomunikazzjoni li hemm għaddejjin minn taħt l-art f’dawn it-toroq. Meta kollox ikun ippjanat, Infrastructure Malta tibda billi tħaffer it-trinek biex tibdel dawn is-servizzi, skont il-ħtieġa. Imbagħad isir il-bini mill-ġdid jew tiswijiet tal-bankini, skont f’liema stat ikunu. Isiru wkoll testijiet tal-pedamenti ta’ kull triq. Fejn jinstab li huma dgħajfin wisq, jinqalgħu u jsiru mill-ġdid. B’hekk, meta fl-aħħar isir il-wiċċ b’asfalt ġdid, ikun jista’ jservi aktar fit-tul. It-toroq imbagħad jitlestew bis-sistemi ta’ saħħa u sigurtà skont il-ħtieġa, sinjali u marki tat-triq u faċilitajiet oħrajn. Ix-xogħol biex it-triq indikata tinbena mill-ġdid se jibda fiż-żmien li ġej, aktar tard din is-sena jew is-sena d-dieħla.

In-Naxxar — Triq il-Kosta - Xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11223, jista' l-Ministru jgħid: a. meta beda x-xogħol; b. x'tip ta' xogħol sar; u c. meta tlesta x-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Infrastructure Malta ilha minn meta twaqqfet li bdiet twettaq bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali, toroq rurali kif ukoll ħafna xogħol ta’ manuntenzjoni u tiswijiet f’toroq oħrajn. Imbagħad f’Jannar varat l-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin. Ħafna mill-120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati minn dan l-investiment, tlestew jew waslu biex. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra. Ix-xogħol għal kull triq jirrikjedi ppjanar li jibda minn ħafna qabel ma r-residenti jaraw il-ħaddiema u l-inġenji fit-triq tagħhom. Infrastructure Malta tikkonsulta lill-Kunsilli Lokali kif ukoll lill-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont il-bżonn, is-servizzi ta’ distribuzzjoni tal-ilma, elettriku, internet u telekomunikazzjoni li hemm għaddejjin minn taħt l-art f’dawn it-toroq. Meta kollox ikun ippjanat, Infrastructure Malta tibda billi tħaffer it-trinek biex tibdel dawn is-servizzi, skont il-ħtieġa. Imbagħad isir il-bini mill-ġdid jew tiswijiet tal-bankini, skont f’liema stat ikunu. Isiru wkoll testijiet tal-pedamenti ta’ kull triq. Fejn jinstab li huma dgħajfin wisq, jinqalgħu u jsiru mill-ġdid. B’hekk, meta fl-aħħar isir il-wiċċ b’asfalt ġdid, ikun jista’ jservi aktar fit-tul. It-toroq imbagħad jitlestew bis-sistemi ta’ saħħa u sigurtà skont il-ħtieġa, sinjali u marki tat-triq u faċilitajiet oħrajn. Ix-xogħol ta’ manutenzjoni u tiswijiet fit-triq indikata bdew aktar kmieni din is-sena u tlestew fix-xhur ta’ wara.

Awtorità tal-Ippjanar – San Ġwann –compliance certificate għat-triq f’Tal-Balal

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-compliance certificate li l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet għat-triq il-ġdida u x-xogħlijiet li saru minn Infrastructure Malta f’Tal-Balal, San Ġwann?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat l-Awtorità tal-Ippjanar għadha ma rċevietx it-talba sabiex tinħareġ iċ-ċertifikazzjoni li qed issir referenza għaliha.

Sussidju għas-Servizz tat-Trasport Pubbliku

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9808 dwar sussidju għat-Trasport Pubbliku, u peress li fil-kundizzjonijiet imposti ntalbu biex jinxtraw xarabanks li huma hybrid fl-użu tal-enerġija tagħhom, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jiddaħħlu? Meta se jseħħ dan?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, li fil-kuntratt eżistenti (8 ta’ Jannar 2015), bejn il-Gvern u l-Malta Public Transport fir-rigward tat-trasport pubbliku bi skeda, m’hemm l-ebda kundizzjoni li jinxtraw karozzi tal-linja li huma tat-tip hybrid.

Art pubblika agrikola bil-qbiela

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9640 u ċjoè: B’referenza għall-art pubblika agrikola li hi bi qbiela, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jibdew taħdidiet min-naħa tal-Ministeru tal-Kultura mal-Awtorità tal-Artijiet biex tiddaħħal kundizzjoni fejn dawn l-inħawi li huma żoni stabbiliti bħala għelieqi ta’ ħruq tal-logħob tan-nar, ma jiġix miċħud dan id-dritt minn dawk is-sidien li jkollhom qbiela?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet li waħda mill-Kundizzjonijiet Ġenerali tal-Kirja Agrikola għal kirjiet pre¿enti, hija: Din l-allokazzjoni qiegħda ssir bla preġudizzju għal kull tip ta’ permess/i illi l-Awtorita’ tal-Artijiet tista’ tagħti minn żmien għal żmien fuq din il-kirja, lil xi Għaqdiet volontarjij, Assoċjazjonijiet jew xi Entitajiet oħra, inkluż dik ġuridika għal kwalunkwe attivita’ kemm jekk temporanja jew permanenti. Din il-kundizzjoni, li ġiet introdotta riċentament, qed tidħol f’kull rikonoxximent li l-Awtorità qed tagħmel.

In-Naxxar — Triq il-Ġdida fi Triq ix-Xbieki - xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11217, jista' l-Ministru jgħid: a. meta beda x-xogħol; b. x'tip ta' xogħol sar; u c. meta tlesta x-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Infrastructure Malta ilha minn meta twaqqfet li bdiet twettaq bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali, toroq rurali kif ukoll ħafna xogħol ta’ manuntenzjoni u tiswijiet f’toroq oħrajn. Imbagħad f’Jannar varat l-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin. Ħafna mill-120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati minn dan l-investiment, tlestew jew waslu biex. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra. Ix-xogħol għal kull triq jirrikjedi ppjanar li jibda minn ħafna qabel ma r-residenti jaraw il-ħaddiema u l-inġenji fit-triq tagħhom. Infrastructure Malta tikkonsulta lill-Kunsilli Lokali kif ukoll lill-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont il-bżonn, is-servizzi ta’ distribuzzjoni tal-ilma, elettriku, internet u telekomunikazzjoni li hemm għaddejjin minn taħt l-art f’dawn it-toroq. Meta kollox ikun ippjanat, Infrastructure Malta tibda billi tħaffer it-trinek biex tibdel dawn is-servizzi, skont il-ħtieġa. Imbagħad isir il-bini mill-ġdid jew tiswijiet tal-bankini, skont f’liema stat ikunu. Isiru wkoll testijiet tal-pedamenti ta’ kull triq. Fejn jinstab li huma dgħajfin wisq, jinqalgħu u jsiru mill-ġdid. B’hekk, meta fl-aħħar isir il-wiċċ b’asfalt ġdid, ikun jista’ jservi aktar fit-tul. It-toroq imbagħad jitlestew bis-sistemi ta’ saħħa u sigurtà skont il-ħtieġa, sinjali u marki tat-triq u faċilitajiet oħrajn. Ix-xogħlijiet biex it-triq indikata nbniet mill-ġdid bdew aktar kmieni din is-sena u tlestew fix-xhur ta’ wara.

Central Link – tnaqqis fil-persentaġġ ta’ veleni tossiċi tat-traffiku

Question

Peress li qed jingħad mid-Dipartiment u l-Aġenzija tal-Infrastruttura li l-persentaġġ ta’ veleni tossiċi tat-traffiku se jonqsu la jsir is-Central Link, jista’ l-Ministru jippubblika l-istħarriġ xjentifiku?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-istudji ambjentali kollha dwar Central Link Project, fosthom dawk dwar il-benefiċċji tal-proġett fuq il-kwalità tal-arja fil-lokalitajiet tal-inħawi, saru minn esperti indipendenti approvati mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) skont kriterji stabbiliti mill-istess awtorità bħala parti mill-proċess tal-istudju tal-impatt ambjentali (EIA) meħtieġ bħala parti mill-proċess tal-applikazzjoni għall-iżvilupp ta' dan il-proġett. L-istudji li saru minn dawn l-esperti ġew sottomessi lill-Awtorità, li ppubblikathom għall-konsultazzjoni pubblika qabel ma' l-Bord tal-Awtorità ta' l-Ippjanar ikkunsidra u approva l-permess ta' dan l-iżvilupp. L-istudju dwar il-kwalità tal-arja li qed issir referenza għalih, u l-kumplament tal-EIA, jinsabu disponibbli pubblikament fuq is-sit ta' l-ERA. Dawn l-istudji jinsabu pubbliċi u online , filwaqt qed npoġġu fuq il-mejda tal-kamra ‘3 screenshots’ tal-website indikata hawn taħt fejn jinsabu dawn l-istudji msemmija t’hawn fuq: https://era.org.mt/en/Pages/PA_09890_17.aspx

Malta National Park 2022 — pjanti

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tal-Malta National Park 2022 li l-Gvern biħsiebu jagħmel f’Ta Qali? Jista’ jagħti break down tal-ispejjeż li sal-lum huma maħsuba li jsiru?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġu fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanta tal-Malta National Park 2022 kif mitlub. Il-Malta National Park huwa mistenni jitlesta fl-2022 u huwa wieħed mill-akbar proġetti kapitali li se jkun qatt ra pajjiżna, fejn b’investiment ta’ madwar €20 miljun se nkunu qegħdin nirduppjaw l-ispazju miftuħ li għandna f’Ta’ Qali biex il-park se jkun jikkonsisti f’madwar 450,000 metru kwadru, jiġifieri daqs 60 grawnd tal-futbol bħal ma għandna f’Ta’ Qali stess.

Ta’ Qali – manutenzjoni ta’ toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux hu responsabbli mit-tarmak u manutenzjoni tat-toroq f’Ta’ Qali u jekk iva, jista’ jgħid xi pjan għandu biex itejjeb dawn it-toroq li huma fi stat ħażin u li f’ċerti postijiet iżommu ħafna ilma?

Response (BORG, IAN)

L-Informazzjoni għadha qed tinġabar

Proprjetà f’Tignè – valur kummerċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-valur kummerċjali tal-kirja pagabbli mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-proprjetà f’Tignè li din is-soċjetà qed tikri mingħand Sliema Wanderers FC li min-naħa tagħhom għandhom emfitewsi fuq din l-istess proprjetà mingħand l-Awtorità tal-Artijiet?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru ikkonċernat.

Triq f’Tal-Balal – bini ta’ ħitan tas-sejjieħ – osservazzjonijiet tar-regolamenti

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jew le jekk il-Leġislazzjoni Sussidjarja 552.01(Regolamenti dwar Ħitan tas-Sejjieħ u Strutturi Rurali) hijiex osservata fl-intier tagħha fil-bini ta’ taparsi ħitan tas-sejjieħ li qed isiru minn Infrastructure Malta, bħal fit-triq f’Tal-Balal?

Response (BORG, IAN)

Huwa ta' sodisfazzjon li ninnota aktar membri tal-Oppożizzjoni jieħdu interess fil-ħidma ta' Infrastructure Malta, ftit aktar minn sena wara li vvutaw "bil-qalb" kontra t-twaqqif ta' din l-aġenzija. Infrastructure Malta għaddejja b'investiment bla preċedent biex ittejjeb il-kwalità, s-sigurtà, l-effiċjenza u s-sostenibilità tal-infrastruttura f'pajji¿na. Dan l-impenn jinkludi bini mill-ġdid u titjib ta' toroq residenzjali u rurali, l-i¿vilupp tat-toroq arterjali biex isiru aktar effiċjenti u siguri, ħidma biex inżidu s-siġar u noħolqu aktar spazji miftuħa fl-ambjenti urbani tagħna, kif ukoll proġetti ta' infrastruttura marittima għas-sajjieda u għat-trasport bil-baħar max-xtut u fil-portijiet. Din is-sena, permezz ta' Infrastructure Malta, il-Gvern qed jinvesti mas-€64 miljun fi proġetti fit-toroq arterjali biss. Fost dawn hemm il-flyovers tal-Marsa Junction Project, il-bini mill-ġdid ta' Triq Reġjonali, l-Imsida, Triq il-Buqana, bejn l-Imtarfa u l-Mosta, Triq Ħal Luqa f'Santa Luċija, Triq Ħal Qormi u Triq San Tumas bejn Ħal Luqa u Ħal Qormi u Triq l-Aħħar Ħbit mit-Torok bejn iż-Żejtun u Ħaż-Żabbar, kif ukoll investimenti oħra bħall-bini tal-ewwel pontijiet pedonali b'faċilitajiet aktar komdi għaċ-ċiklisti, tisħiħ u rranġar ta' junctions biex isiru aktar siguri għal dawk kollha li jużaw it-toroq u ħafna ħidmiet oħra. F'dan ix-xogħol kollu, Infrastructure Malta m'hijiex biss tibdel l-asfalt tat-triq, iżda qed tirranġa l-infrastruttura kollha relatata, skont il-ħtieġa. Dan jinkludi bdil ta' cables u katusi li jwasslu s-servizzi tal-ilma, dawl u Internet fid-djar u n-negozji tal-inħawi, tisħiħ ta' pedamenti, bini mill-ġdid ta' bankini, installazzjoni ta' sistemi tal-ilqugħ tal-ilma tax-xita u tad-dwal tat-toroq, sistemi li jnaqqsu r-riskji u l-konsegwenzi tal-aċċidenti, ħitan mal-ġnub tat-triq, tabelli, sinjali u ħafna aktar. Fir-rigward ta' dawk li qed jissejħu "taparsi ħitan", Infrastructure Malta, bħal ma kien isir qabel, tibni diversi tipi ta' strutturi fil-ġnub tat-triq, skont l-esiġenzi partikolari ta' kull post, skont il-livelli bejn it-triq u l-artijiet u propjetajiet li jmissu magħha u ħafna kunsiderazzjonijiet tekniċi oħra. Ikun hemm ħitan li magħhom ikunu qed iserrħu għelieqi f'livell ogħla mit-triq, li ma jkunux qed iservu biss biex jiddefinixxu t-tarf tat-triq, iżda wkoll bħala strutturi ta' lqugħ biex iżommu l-ħamrija u materjal ieħor f'livell ogħla mit-triq. Oħrajn ikollhom l-għan li jipproteġu lill-pubbliku minn truf ta' toroq li jmissu ma' artijiet f'livell aktar baxx. Kull ħajt jinbena skont il-ħtiġijiet tekniċi applikabbli, bil-materjali adekwati u skont id-disinn magħżul mill-periti u t-tekniċi li jkunu studjaw l-esiġenzi tat-triq. Anke fit-triq imsemmija fil-mistoqsija stess hemm diversi tipi ta' ħitan differenti. Is-suċċess tat-twaqqif ta' Infrastructure Malta qed jibda jidher hekk kif din l-aġenzija tlesti proġett wara l-ieħor. Hekk kif iddikjarajna fil-Budget, il-Gvern ser itenni l-impenn tiegħu biex pajji¿na jkollu infrastruttura aħjar anke fl-2020. Fil-fatt, għal darb' oħra, Infrastructure Malta ser ikollha allokazzjoni ta' fondi rekord biex tkompli twettaq il-pjanijiiet tagħha għal infrastruttura ta' kwalità ogħla f'pajjiżna.

CCTV Cameras

Question

Billi jidher li f’Malta ta’ spiss qed ikollna persuni li jitilfu ħajjithom f’inċidenti tat-traffiku, jista’ l-Ministru jindika kemm għandna CCTV cameras imwaħħla fit-toroq tagħna u f’liema lokalitajiet qegħdin?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 11148 ta Seduta 255.

Marsa Junction Project – inawgurazzjoni tal-ewwel żewġ flyovers — nefqa

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 11260, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar in-nefqa ta' €40,000 b'rabta mal-inawgurazzjoni tal-ewwel żewġ flyovers li jiffurmaw parti mill-Marsa Junction Project u li saret nhar l-20 ta' Settembru 2019?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dettalji tal-ispiża hija kif inhi hawn taħt; Formac Malta Ltd – total ta’ €1915 (excl VAT), Elia Caterers – total ta’ €2650.04 (excl VAT) u Formac Malta Ltd – total ta’ €35,497 (excl VAT). Din l-ispiża tkopri servizzi relatati ma’ traduzzjoni; billboard; catering; l-armar ta’ fejn saret l-inawgurazzjoni; xogħol u l-armar tas-sound, dawl, viżwali, Kameras u tagħmir kollu li hemm bżonn biex setgħet titella’ din l-inawgurazzjoni.

Karozzi reġistrati biex jintużaw nhar ta’ Sibt, Ħadd, festi Nazzjonali u btajjel pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura ġiet irreġistrata biex tintuża fit-toroq Maltin unikament u esklussivament nhar ta’ Sibt, fil-Ħdud, fil-festi nazzjonali u fil-btajjel pubbliċi sena b'sena mis-sena 2015? Jista' jgħid ta' liema għamla u mudell kienu l-imsemmija vetturi u kemm kienet tammonta t-taxxa ta' reġistrazzjoni li ġiet imħallsa għal kull waħda mill-imsemmija vetturi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ vetturi li ġew irreġistrati biex jintu¿aw fit-toroq Maltin unikament u esklussivament nhar ta’ Sibt, fil-Ħdud, fil-festi nazzjonali u fil-btajjel pubbliċi sena b'sena mis-sena 2015 qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Birkirkara – inħawi tal-Iskola ta’ Santa Monica – Traffic Management

Question

Jista’ l-Ministru jordna li jsir Traffic Management fl-inħawi tal-Iskola ta' Santa Monica, fi Fleur-de-Lys, Birkirkara ċjoè: Triq Brighella, Triq il-Quċċija, Triq il-Qarċilla, Triq l-Ewwel ta' Mejju, u Triq l-Akwedott peress li qed ikun hemm kaos sħiħ partikularment waqt id-dħul u l-ħruġ tal-istudenti? Jistgħu xi toroq isiru one-way, titwaħħal mera fil-Junction bejn Triq Brighella u Triq il-Quċċija li hija perikoluża, issir senjaletika ġdida, isiru miżuri ta' traffic calming,u jintbagħtu gwardjani lokali fil-ħinijiet l-aktar iffullati?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, t-toroq imsemmija, huma kollha viċin ta’skola għalekk jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Kunsill Lokali. Sal-ġurnata tal-llum Transport Malta ma rċievitx l-ebda proposti mill-Kunsill Lokali rispettiv għal mizuri ta mmanigjar aħjar ta’ traffiku f’dawn l-inħawi. Transport Malta ser tkun qed tgħaddi suġġerimenti rigward din il-mistqosija parlamentari lill-Kunsill lokali konċernat għall-evalwazzjoni.

Ħal Qormi – Triq tal-Ħlas – asfaltar tat-triq

Question

Jista’ l-Ministru jintervjeni sabiex isir l-asfaltar jew xogħol neċessarju fl-isqaq li jinsab ġewwa Triq tal-Ħlas, Ħal Qormi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed tikkunsidra li tagħmel xogħol ta’ titjib fit-triq indikata fiż-żmien li ġej.

Ħal Qormi – Triq San Ġwakkin – xogħol ta’ asfaltar

Question

Peress li Triq San Ġwakkin Ħal Qormi hija triq li jgħaddu minnha bil-pass ta’ kuljum għexieren ta’ persuni li jaħdmu fiż-Żona Industrijali tal-Imrieħel, u peress li minnha jgħaddu mijiet ta’ karozzi sabiex jevitaw it-traffiku, jista’ l-Ministru jagħti prijorità lix-xogħlijiet ta’ asfaltar f’din l-imsemmija triq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed tikkunsidra li tagħmel xogħol ta’ titjib fit-triq indikata fiż-żmien li ġej.

Birżebbuġa — Servizz ta’ Trasport bil-Baħar

Question

B’referenza għall-inizjattiva mħabbra għal transport bil-baħar bejn lokalitajiet differenti f’Malta, jista’ l-Ministru jgħid jekk mal-lokalitajiet li ssemmew, hux qed jiġi kkunsidrat li tkun inkluża wkoll il-lokalità ta’ Birżebbuġa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li qed nieħu nota ta’ dak imsemmi minnek, u allura x-xewqa li Birzebbuga tkun inkluża, u nħares il’ quddiem sabiex ikun hemm soluzzjoni sostenibbli f’dan ir-rigward ukoll.