Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali — Traineeship Scheme

Question

B'referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 20532, jista' l-Ministru jindika x'użu ser isir minn Trionfi House?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, Trionfi House ser tintuża għall-skop soċjali. Fil-preżent qed naraw li l-aktar ħtieġa li hemm hija li din id-dar tintuża għal persuni homeless. Dan kien possibli biss bil-kooperazzjoni sħiħa, tal Arċidjoċesi ta’ Għawdex, li allokaw din il-binja għad-disposiżżjoni tal-Fondazzjoni.

Żieda fil-pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk iż-żieda (bil-persentaġġ) li jieħdu l-ħaddiema tal-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hux se jieħduha l-pensjonanti tal-istess azjenda peress li din iż-żieda fil-pensjoni kienet miftehma fl-aħħar collective agreement?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ż-żieda miftehma fil-ftehim kollettiv tal-kumpanija msemmija minnu għas-sena 2020 kienet inqas miż-żieda għall-għoli tal-ħajja li ngħatat lill-pensjonanti mill-Gvern għas-sena 2020. Għaldaqstant iż-żieda miftehma fil-ftehim kollettiv ma kinetx dovuta.

Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali – Każijiet Pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm każijiet pendenti fil-preżent fil-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali mil-lista mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 10525?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni li qed jitlob tinġabar kull 6 xhur, u għadaqstant l-aħħar statistika, tkun disponibbli fix-xahar ta’ Lulju. Għaldaqstant, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnhu tingħata aktar ‘il quddiem.

Fondazzjoni għas-Servizz ta’ Ħarsien Soċjali – sponsorship lill-PBS

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammonta l-isponsorship li l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali qed tagħti lill-Public Broadcasting Services Ltd għat-trasmissjoni tal-partiti ta' EURO 2020 u għaliex inħasset il-ħtieġa ta' dan l-isponsorship?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kontra l-impressjoni li qed jipprova jagħti, l-FSWS ma tat l-ebda sponsor lill-PBS, iżda numru ta’ reklami waqt avveniment li, bla dubju, iqanqal interess kbir fost il-poplu Malti. Bħal kull entità li trid twassal il-messaġġ tagħha, l-FSWS kontinwament tfittex l-aħjar okkażjonijiet biex teduka u xxerred l-għarfien fuq servizzi u għajnuna meħtieġa li jiġu offruti minnha.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — bordijiet - attendenza ta' membri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21713, 17850 u 17524 u jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnhu tikkonsisti f’dettalji personali dwar l-individwi, apparti li l-mistoqsija hija ukoll kumplessa f’dak li qed jintalab. Madanakollu, ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-maġġoranza tal-bordijiet, l-laqgħat iseħħu b’mod regolari u jsiru biss jekk ikun hemm quorum. Il-membri jitħallsu biss jekk jattendu għas-seduta/i. Nitlob lill-Onor. Interpellant li jekk għandu xi mistoqsija dwar xi attendenza ta’ xi membru/i fuq xi bord partikolari, ikun speċifiku fit-talba tiegħu.

Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali – funzjonijiet fuq jumejn

Question

Wara li fl-2010 kien infetaħ Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali (illum servizz.gov) fil-Mellieħa b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali u li kien jaqdi l-funzjonijiet tiegħu fuq jumejn, dan is-servizz wara l-2014 beda jingħata biss fuq ġurnata waħda u fid-dawl li l-popolazzjoni tal-Mellieħa kompliet tikber, jista’ l-Ministru jerġa’ jikkunsidra li dan is-servizz jerġa’ jibda jingħata fuq jumejn kif kien jingħata oriġinarjament meta kien ġie introdott fil-Mellieħa fl-2010?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, s-servizz li kien jingħata mill-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa kien estensjoni tas-servizz li kien jingħata mill-Uffiċċju Distrettwali tal-Qawra. Wara li f’Ġunju 2020 l-uffiċċji distrettwali għaddew għand servizz.gov, dan is-servizz baqa’ jingħata mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali minn uffiċjal li d-dmirijiet propja tiegħu huma differenti minn dawk ta’ customer care relatat f’uffiċċju distrettwali. Minkejja dan, matul il-ġranet tas-sajf, bħalma sar fi snin imgħoddija, is-servizz se jkun estiż għal ġurnata oħra fil-ġimgħa għax-xhur tas-sajf.

Abbużi minn Benefiċċji Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ persuni li nqabdu jabbużaw minn benefiċċji soċjali matul is-sena 2019 u s-sena l-oħra? Kemm flus ġew miġbura minn dawn l-abbużi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li nqabdu jabbużaw minn benefiċċji soċjali matul is-sena 2019 jammonta għal 748, b’total ta’ savings u ħlasijiet żejda ta’ € 3,885,752. Matul l-2020, in-numru ta’ persuni li nqabdu jabbużaw, kien jammonta għal 756, b’total ta’ savings u ħlasijiet żejda ta’ € 3,948,889.

Is-Servizz ta’ Home Start

Question

Jista’ l-Ministru jindika fil-preżent kemm hemm familji li qed jingħataw is-servizz tal-Home Start? Kemm qiegħed jiswa dan is-servizz mogħti lill-ġenituri li għaddejjin minn diffikultajiet fit-trobbija ta’ uliedhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lil-Onor. Interpellant li, s-servizz ta’ Home-Start (Malta) huwa servizz mogħti lil familji li għandhom tfal taħt il-ħames snin u li qed jesperjenzaw diffikultà fit-trobbija. L-għan tiegħu huwa li jgħin lil dawn il-familji permezz ta’ sapport mogħti minn volontiera professjonali. Home-Start huwa kunċett li beda mill-Ingilterra u qiegħed preżenti fi 22 pajjiżi madwar id-dinja fosthom Malta. Id-differenza f’dan is-servizz hija li volontiera li huma stess huma ġenituri jingħataw it-taħriġ u jkunu jistgħu joffru l-ewwel sapport meħtieġ lil dawn il-familji. Għal uħud minn dawn il-familji, dan is-servizz ikun biżżejjed filwaqt li oħrajn ikollhom bżonn aktar servizzi speċjalizzati. Sal-aħħar tas-sena 2020, kien hemm 77 tifel u tifla li qed jiġu mgħejjuna f’Malta u f’Għawdex, fejn hemm ukoll il-presenza ta’ dan is-servizz. Dawn is-77 tifel u tifla ġejjin minn 44 familja differenti. L-ispiża waħdanija ta’ dan is-servizz hija ta’ żewġ impjegati full-time biex jikkordinaw il-ħidma bejn il-voluntiera u l-familji u, ovvjament, hemm waħda Malta u oħra Għawdex.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — Position of Trust - salarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-valur totali tas-salarji għal persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħtu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20991.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm xi żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu fl-2020 u 2021? Jekk iva ta’ kemm kienet din iż-żieda?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20991.

Ċentri ta’ servizz.gov – assistenza u stampar taċ-ċertifikati tal-vaċċin (COVID-19)

Question

Wara li ftit tal-ġranet ilu tħabbar li ċ-ċittadini jistgħu jżuru wieħed miċ-ċentri ta’ servizz.gov imxerrdin madwar Malta għal assistenza biex ini¿żlu u jistampaw iċ-ċertifikati tal-vaċċin (COVID 19), jista’ l-Ministru jagħmel l-arranġamenti meħtieġa sabiex dan is-servizz jibda jingħata wkoll fil-lokalità tal-Mellieħa fil-ġurnata tal-Ġimgħa, il-ġurnata li dan iċ-ċentru (servizz.gov) ikun qed jopera fil-Mellieħa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — Bordijiet - attendenza ta' membri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17850 u 17524 u jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — ħlas lil ditta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk, mill-2013 sal-lum, x’entità fi ħdanu ħallset lid-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew ġietx mitluba ħlas għal xi servizzi kwalsiasi mill-istess ditta? Jekk iva, jistax jagħti d-dettalji?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ma sar l-ebda ħlas, fil-perijodu imsemmi minnhu, sad-data li fiha qed tkun imwieġba din l-interpellanza, lid-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw b’mod seperatat.

Segretarji Permanenti – drittijiet pensjonabbli speċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi drittijiet pensjonabbli speċjali għandhom is-Segretarji Permanenti u liema hu l-artiklu relevanti tal-liġi li jipprovdi għal tali drittijiet speċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minbarra d-disposizzjonijiet ġenerali tal-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet (Kapitlu 93 tal-Liġijiet ta’ Malta) li jikkonċernaw id-drittijiet pensjonabbli ta’ uffiċjali pubbliċi, Artiklu 21 (iv) jirreferi għad-drittijiet pensjonabbli ta’ uffiċjali pubbliċi li jkunu servew għal perjodu definit, stabbilit mill-istess Ordinanza, fil-posizzjoni ta’ Segretarju Permanenti Ewlieni, Segretarju Permanenti, Segretarju tal-Kabinett jew Segretarju għall-Kabinett, Awditur Ġenerali, Viċi Awditur Ġenerali jew Ombudsman. Dawn id-disposizzjonijiet jistgħu japplikaw ukoll għal uffiċjali pubbliċi li jkunu servew fil-passat f’dawn il-karigi jekk mhux diġa għandhom xi jedd taħt din l-istess Ordinanza.

Adozzjonijiet tat-tfal — pajjiżi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21131 u jgħid meta se jkun hemm il-possibbilità li jiżdiedu pajjiżi mal-lista ta’ pajjiżi li fil-preżent qed joffru tfal għal adozzjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal – miżuri minħabba l-COVID-19

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19789 u jgħid x’inhuma l-miżuri li ttieħdu fl-uffiċini kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu sabiex jiġi assigurat li l-periklu ta' infezzjoni tal-COVID-19 jitnaqqas eżempju b'użu ta' screens bejn l-iskrivaniji u l-obbligu tal-ilbies tal-maskri inkluż f'dawk l-uffiċċji li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nassigura lill-Onor. Interpellant li qed jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji, skont id-direzzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa biex jiġi assigurat li l-periklu ta’ infezzjoni jitnaqqas.”

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — sanitizzazzjoni ta’ uffiċċji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19790 u jgħid x’prekawzjonijiet qed jittieħdu sabiex l-uffiċini jiġu sanatizzati? Ingħataw xi direct orders biex dan isir?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-uffiċini jiġu sanitizzati kull darba li jkun hemm ħtieġa. Ix-xogħol meħtieġ sa issa, ingħata b’direct order.

Ministeru għall-Enerġija u l-Immanniġġar tal-Ilma — karozzi mixtrija/mikrija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15241 u jgħid kemm hemm karozzi mikrija jew mixtrija li jintużaw mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħtu u f’liema sena ġew mixtrija jew mikrija?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – nefqa fuq reklamar u marketing

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17239 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-ispiża ta' marketing u reklamar li ntefqet mill-2013 sal-lum, ma’ liema media houses jew production houses intefqu, bl-ammonti għal kull sena u jekk kenux reklamar fuq TV, print, stampar, internet jew radju jew stampar ta' materjal ta’ marketing?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fil-PQ 8737. Il-kumplament tal-informazzjoni tkun tista’ titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra appena tinġabar.