Legislature:
Category:
Reset
Active:

Użu mediċinali tal-botox

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-botox għall-użu mediċinali, bħal min pereżempju jkollu dystonia fil-muskoli, tinxtarax mill-pazjent għal €100 kull tliet xhur jew inkella tingħatax b'xejn mill-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-botox għall-użu mediċinali huwa mediċina inkluża fil-formularju tal-Gvern u tiġi amministrata fuq bażi inpatient għall 7 kundizzjonijiet differenti.

Sptar Mater Dei — Interventi kirurġiċi – Spiża globali

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il konsulent Malti jew barrani, li jaħdmu fi sptarijiet barra minn Malta jinġiebu biex jagħmlu interventi kirurġiċi fl-Isptar Mater Dei u kemm tiġi l-ispiża globali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema perjodu qiegħed jirreferi.

Rapporti ta’ rwejjaħ — Lokalitajiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12428, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti l-ammont tar-rapporti li saru lid-Dipartiment tas-Sanità f’din l-aħħar sena dwar irwejjaħ u ntejjen, u jgħid ukoll kemm minnhom ġew riżolti f’kull lokalità rispettivament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn 411 s’issa ġew riżolti 319.

Rapporti ta’ rwejjaħ — Lokalitajiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12429, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti l-ammont tar-rapporti li saru lid-Dipartiment tas-Sanità f’din l-aħħar sena dwar irwejjaħ u ntejjen, u jgħid ukoll f’liema lokalitajiet kienu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12772.

Ministeru għas-Saħħa – Nefqa fuq reklmar

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, xahar b'xahar, minn nhar is-27 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru għas-Saħħa u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fid-dati mitluba minnu, in-nefqa mill-Ministeru għas-Saħħa u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook kienet ta’ Eur 2,393.

Mediċina Humira

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12185, fil-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament flimkien ma' ċertifikat minn konsulent li qed jiċċertifika li dan il-pazjent partikolari kellu trattament effettiv biss bil-Humira u mhux bil-Hulio, jista' l-Ministru jispjega għalfejn allura t-talba tiegħu quddiem l-Exceptional Medicinal Treatment Committee ġiet rifjutata? Jista' jgħid ukoll x'inhi s-soluzzjoni li l-Gvern joffri lill-pazjenti simili f'każ bħal dan?

Response (FEARNE, CHRIS)

Waqt li ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kumitat li rrefera għalih hu, huwa kumitat tekniku, ninfurmah ukoll illi dan il-kumitat jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu skont kriterji stabbiliti u wara li jkun ra t-talba tal-konsultent mediku kuranti.

Kliniċi tal-psikjatrija – Persuni li jieħdu servizz

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12763, fejn id-Deputat Prim Ministru rreferieni għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11017, peress li f’din it-tweġiba m’hemmx id-dettall mitlub, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi b'mod ċar kemm kien hemm persuni li ħadu servizz (service users) mill-kliniċi tal-psikjatrija f'Malta u Għawdex, mill-1 ta' Jannar 2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed titpoġġa lista fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitlub minnu.

Università ta' Malta – Reklam dwar abortion reversal

Question

Fid-dawl li fuq rivista tal-Fakultà tal-Università ta' Malta, qed jiġi ppubblikat reklam li informazzjoni dwaru qed jingħata separatament, li lokalment qed tingħata assistenza biex isir abortion reversal, fejn bosta organizzazzjonijiet mediċi internazzjonali jgħidu li din hi proċedura perikoluża, għaldaqstant, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk din il-proċedura hijiex legali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-użu tal-Progesterone huwa legali meta użat skont il-ġudizzju kliniku tat-tabib kuranti.

Abortion reversal – Preskrizzjoni ta’ mediċina

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux permess bil-liġi tagħna li tabib jagħti preskrizzjoni ta' mediċina bħal progesterone bil-għan li jkun hemm abortion reversal?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirrreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13058.

Każ ta’ Individwu

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi żviluppi hemm fuq il-każ tal-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema każ qiegħed jirreferi.

Studenti li ggradwaw mill-Università ta' Malta u minn Barts Medical School

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm iggradwaw studenti tal-Mediċina mill-Università ta' Malta u minn Barts Medical School u kemm minnhom ingħataw impjieg ġewwa l-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi 22 student tal-Mediċina iggradwaw minn Barts Medical School u ħadd minn dawn l-istudenti ma applika għal impjieg fl-isptar MDH. Filwaqt li 128 student tal-Mediċina ggradwaw mill-Università ta' Malta u 109 minn dawn ingħataw impjieg fl-Isptar Mater Dei.

Malta u Għawdex — Sptarijiet - Irkupru ta’ flus minn ftehim

Question

Wara d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell, li ġiet ippubblikata nhar it-Tnejn 23 ta' Ottubru 2023, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'kienu l-pagamenti kollha li saru, ir-raġuni, id-data ta’ meta saru, kemm kienu, min awtorizzahom, lil liema bank saru, f’liema pajjiż huwa liċenzjat il-bank fejn saru l-pagamenti u f’liema munita saru, lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6986.

Sptar Ġenerali ta' Għawdex — Dentisti

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm dentisti fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Jista’ jgħid kemm minnhom huma fuq bażi part-time u kemm minnhom huma fuq bażi full-time?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex hemm dentist wieħed u qegħdin fil-proċess li ningaġġaw ieħor bħala sostitut għad-dental surgeon li sfortunatament miet ftit xhur ilu.

Sptar Ġenerali ta' Għawdex – Kiri ta’ ambulanzi – Nefqa

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12710 dwar in-numru ta’ ambulanzi disponibbli fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm qed tinkera kull ambulanza, ta' kuljum?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnha hija ta’ natura kummerċjali.

Amputazzjoni tas-saqajn — spiża

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12662 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11603, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk in-numru ta' każijiet ta' amputazzjonijiet tas-saqajn f'Malta hux ferm għola minn dak ta' pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi n-numru ta' amputazzjonijiet maġġuri tas-saqajn f'Malta, huwa l-inqas minn kwalunkwe pajjiż ieħor fl-Unjoni Ewropea skont il-Graph meħuda mill-European Journal for Vascular and Endovascular Surgery Journal li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Infermiera li rriżenjaw li rriżenjaw mis-Servizz Pubbliku

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm irriżenjaw infermiera kull sena minn mas-Servizz Pubbliku minn Ottubru 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-perjodu mitlub minnha rriżenjaw 40 infermiera.

Użu tal-Malti minn tobba, infermiera u carers

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-lingwa tal-Malti hix wieħed mill-prerekwiżiti biex tobba, infermiera u carers minn pajjiżi barranin ikunu jistgħu jikkomunikaw mal-pazjenti f’servizzi tas-saħħa offruti fis-Settur Pubbliku? Jekk iva, x’inhu l-livell li qed jintalab? X’inċentivi qed jingħataw il-ħaddiema biex jagħmlu kors tal-ilsien Malti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi profiċjenza fil-lingwa tal-Malti hi rekwiżit biex infermiera minn pajjiżi barranin ikunu jistgħu jikkomunikaw mal-pazjenti f’servizzi tas-saħħa offruti fis-Settur Pubbliku. Il-kandidati li jiġu magħżula jridu jipprovdu evidenza ta' profiċjenza bażika fil-lingwa Maltija fi żmien sena mill-ingaġġ, billi jgħaddu b'suċċess mill-eżami fil-Basic Medical Maltese for the Healthcare Profession Part 1 tal-Università ta' Malta. Infermiera li ma jkunux kisbu dan iċ-ċertifikat fiż-żmien ta' prova, jingħataw estensjoni ta' darba biex jiksbu b'suċċess dan iċ-ċertifikat. Min jonqos li jippreżenta, sa tmiem il-perjodu ta' prova, evidenza li għadda b'suċċess, dan jirriżulta f'terminu awtomatiku tal-kuntratt tax-xogħol.

Użu tal-Malti minn tobba, infermiera u carers

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-lingwa tal-Malti hix wieħed mill-prerekwiżiti biex tobba, infermiera u carers minn pajjiżi barranin ikunu jistgħu jikkomunikaw mal-pazjenti f’servizzi tas-saħħa offruti fis-Settur Pubbliku permezz ta’ kuntrattur privat? Jekk iva, x’inhu l-livell li qed jingħata? Jekk le, x’obbligu qed jintefa’ fuq il-kuntratturi biex il-ħaddiema tagħhom jiġu inċentivati jagħmlu dan il-kors tal-ilsien Malti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11187.

Amputazzjoni tas-saqajn — spiża

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11603, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk in-numru ta' każijiet ta' amputazzjonijiet tas-saqajn f'Malta hux ferm għola minn dak ta' pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Malta u Għawdex — Sptarijiet - Irkupru ta’ flus minn ftehim

Question

Wara d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell, li ġiet ippubblikata nhar it-Tnejn 23 ta' Ottubru 2023, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'kienu l-pagamenti kollha li saru, ir-raġuni, id-data ta’ meta saru, kemm kienu, min awtorizzahom, lil liema bank saru, f’liema pajjiż huwa liċenzjat il-bank fejn saru l-pagamenti u f’liema munita saru, lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6980.