Legislature:
Category:
Reset
Active:

Baġit 2025 - Għajnuna fuq spejjeż ta’ terapiji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif qiegħda taħdem l-iskema li ssemmiet fil-Baġit għas-sena 2025 fejn ġenituri li ma jħallsux taxxa jew għax ma jaħdmux, jew għax ikunu fuq benefiċċji soċjali, xorta waħda jingħataw għajnuna fuq spejjeż ta’ terapiji?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Tfal li jbatu minn diżabilità fiżika jew mentali - Allowance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sa liema età (tat-tfal) tingħata l-allowance lill-familji li għandhom tfal li jbatu minn diżabilità fiżika jew mentali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-Allowance għal Tfal b’Diżabilità tibqa’ titħallas flimkien mal-Allowance tat-Tfal sakemm il-wild jilħaq l-età ta’ sittax ‘il sena. Wara jkunu ntitolati għall-Assistenza għal Diżabiltà Severa jew Assistenza Miżjuda għal Diżabiltà Severa skont il-każ.

Assistenza għal Carers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna preżentement tibbenefika minn Assistenza Miżjuda għal Carers? Jista’ jgħid ukoll kemm-il persuna preżentement tibbenefika minn Assistenza għal Carers?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi: Benefiċċjari - Settembru 2025 Benefiċċju Total Allowance għal Carers 474 Allowance Miżjuda għal Carers 1,030

Assistenza għal Diżabilità - Benefiċċji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna preżentement tibbenefika minn Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa? Jista’ jgħid ukoll kemm-il persuna preżentement tibbenefika minn Assistenza għal Diżabilità Severa u kemm-il persuna preżentement tibbenefika minn Assistenza għal Diżabilità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjonni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi: Benefiċċjari - Settembru 2025 Benefiċċju Total Assistenza għal Diżabilità 569 Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa 924 Assistenza għal Diżabilità Severa 3,892

Baġit 2025 - Allowance Miżjuda għal Carer jew Allowance għal Carer

Question

B’referenza għal dak li ġie mħabbar fil-Baġit 2025, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna qiegħda tibbenefika mill-miżura fejn persuni jkunu qed jieħdu ħsieb waħidhom, żewġ membri tal-familja b’dipendenza għolja jew medja, fejn permezz ta’ din il-miżura, dawn il-persuni qed jieħdu darba u nofs ir-rata tal-benefiċċju li għaliha jkunu intitolati (Allowance Miżjuda għal Carer jew Allowance għal Carer)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt: Benefiċċjari - Settembru 2025 Benefiċċju Numru ta’ Benefiċċjarji Allowance għal Carers 7 Allowance Miżjuda għal Carers 36

Il-Marsa – Residenti li rċevew għajnuna soċjali fl-2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li jgħixu l-Marsa rċevew l-għajnuna soċjali sal-aħħar ta’ Settembru 2025?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor.  Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt: Tweġiba Benefiċċjarji (Jannar - Settembru 2025) Lokalita' SUP SA Total PQ 31611 MARSA 43 84 127

Il-Marsa – Residenti li rċevew għajnuna soċjali fl-2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni residenti l-Marsa rċevew l-għajnuna soċjali fis-sena 2024?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt: Tweġiba Benefiċċjarji (Jannar - Diċembru 2024) Lokalita' SUP SA Total PQ 31610 MARSA 45 89 134

Il-Furjana – Residenti li rċevew għajnuna soċjali fl-2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li jgħixu l-Furjana rċevew l-għajnuna soċjali sal-aħħar ta’ Settembru 2025?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt: Tweġiba Benefiċċjarji (Jannar - Settembru 2025) Lokalita' SUP SA Total PQ 31609 FLORIANA 22 39 61

Il-Furjana – Residenti li rċevew għajnuna soċjali fl-2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni residenti l-Furjana rċevew l-għajnuna soċjali fis-sena 2024?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt: Tweġiba Benefiċċjarji (Jannar - Diċembru 2024) Lokalita' SUP SA Total PQ 31608 FLORIANA 22 40 62

Il-Belt Valletta – Residenti li rċevew għajnuna soċjali fl-2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li jgħixu l-Belt Valletta rċevew l-għajnuna soċjali sal-aħħar ta’ Settembru 2025?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt: Tweġiba Benefiċċjarji (Jannar - Settembru 2025) Lokalita' SUP SA Total PQ 31607 VALLETTA 102 132 234

Il-Belt Valletta – Residenti li rċevew għajnuna soċjali fl-2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni residenti l-Belt Valletta rċevew l-għajnuna soċjali fis-sena 2024?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt: Tweġiba Benefiċċjarji (Jannar - Diċembru 2024) Lokalita' SUP SA Total PQ 31606 VALLETTA 106 144 250

Santa Venera – Residenti li rċevew għajnuna soċjali fl-2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li jgħixu f’Santa Venera rċevew l-għajnuna soċjali sal-aħħar ta’ Settembru 2025?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt: Tweġiba Benefiċċjarji (Jannar - Settembru 2025) Lokalita' SUP SA Total PQ 31605 SANTA VENERA 44 67 111

Santa Venera – Residenti li rċevew għajnuna soċjali fl-2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni residenti f’Santa Venera rċevew l-għajnuna soċjali fis-sena 2024?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt: Tweġiba Benefiċċjarji (Jannar - Diċembru 2024) Lokalita' SUP SA Total PQ 31604 SANTA VENERA 47 79 126

Il-Ħamrun – Residenti li rċevew għajnuna soċjali fl-2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li jgħixu l-Ħamrun rċevew l-għajnuna soċjali sal-aħħar ta’ Settembru 2025?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt: Tweġiba Benefiċċjarji (Jannar - Settembru 2025) Lokalita' SUP SA Total PQ 31603 ĦAMRUN 59 165 224

Il-Ħamrun – Residenti li rċevew għajnuna soċjali fl-2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni residenti l-Ħamrun rċevew l-għajnuna soċjali fis-sena 2024?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor.  Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt: Tweġiba Benefiċċjarji (Jannar - Diċembru 2024) Lokalita' SUP SA Total PQ 31602 ĦAMRUN 60 171 231

Il-Birgu - In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni mill-Birgu li minn Ottubru 2024 sa Settembru 2025 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit u kemm kienet is-somma komplessiva li ġiet mħallsa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Benefiċċjarji tal- In-work Benefit bejn Ottubru 2024 u Settembru 2025 Lokalita' Numru ta' Benefiċċjarji Total Imħallas PQ 31452 Il-BIRGU 103 €64,408.98

Ħaż-Żabbar - In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni minn Ħaż-Żabbar li minn Ottubru 2024 sa Settembru 2025 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit u kemm kienet is-somma komplessiva li ġiet mħallsa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Benefiċċjarji tal- In-work Benefit bejn Ottubru 2024 u Settembru 2025 Lokalita' Numru ta' Benefiċċjarji Total Imħallas PQ 31451 ĦAŻ-ŻABBAR 1,407 €708,547.74

Bormla - In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni minn Bormla li minn Ottubru 2024 sa Settembru 2025 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit u kemm kienet is-somma komplessiva li ġiet mħallsa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Benefiċċjarji tal- In-work Benefit bejn Ottubru 2024 u Settembru 2025 Lokalita' Numru ta' Benefiċċjarji Total Imħallas PQ 31450 BORMLA 233 €164,021.46