Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #14017 Sitting 183 2010-01-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni li daħlu l-isptar b'overdoze

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-2009, kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu l-isptar kawża ta' overdoze f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom kienu nisa, rġiel, żgħażagħ u/jew anzjani? Kemm kienu ta' nazzjonalità barranija?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14018 Sitting 183 2010-01-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni li daħlu l-isptar — xorb eċċessiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-2009, kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu l-isptar kawża ta' xorb eċċessiv f'Malta u Għawdex separatament? Kemm kienu nisa, rġiel, żgħażagħ u/jew anzjani? Kemm kienu ta' nazzjonalità barranija?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14019 Sitting 183 2010-01-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni li daħlu l-Isptar — teħid ta' drogi

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-2009, kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu l-isptar kawża ta' teħid ta' droga f'Malta u Għawdex separatament? Kemm kienu nisa, rġiel, żgħażagħ u/jew anzjani? Kemm kienu ta' nazzjonalità barranija?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14089 Sitting 183 2010-01-20 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Tibdil fil-liġi tal-familja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkonsidra tibdil fil-liġi tal-famlija biex żgħażagħ li jagħlqu 18-il sena u li jkunu għadhom qed jistudjaw, jibqgħu jkunu intitolati għall-manteniment?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14176 Sitting 183 2010-01-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Outpatients

Question

Peress li fl-outpatients f'kull taqsima qed jkun hemm ħafna ffullar filgħodu, jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isir xi studju biex forsi l-outpatients jew ċerti taqsimiet minnhom jkunu miftuħa wara nofsinhar?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14192 Sitting 183 2010-01-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Korp tal-Pulizija — tilqim kontra Swine Flu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-membri tal-Korp tal-Pulizija mhumiex inklużi fil-lista tal-ewwel persuni li sejrin jitlaqqmu kontra l-Swine Flu?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13440 Sitting 182 2010-01-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Marsa — Inċineratur

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx kien hemm xi pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea li talbu kjarifiċi jew tagħrif dwar l-operat tal-inċineratur tal-Marsa?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #13682 Sitting 182 2010-01-19 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Adult Training Centres — fondi kapitali u rikorrenti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti breakdown ta’ kif se jintnefqu l-flus (fondi kapitali u rikorrenti) li ġew ivvutati għas-sena d-dieħla għall-Adult Training Centres? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm flus allokati għall-Adult Training Centres is-sena l-oħra? Kif intnefqu dawn il-flus b’mod dettaljat?”

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13683 Sitting 182 2010-01-19 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Pembroke — Adult Training Centres

Question

Bħalma hemm proġettat li se jinbnew skejjel statali mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa proġettat li jinbnew Adult Training Centres ġodda sas-sena 2013? Fejn beħsiebhom jinbnew dawn l-Adult Training Centres ġodda? X’kienet ir-raġuni li ġie magħluq l-Adult Training Centre ta’ Pembroke u ma nfetaħx ieħor ġdid?”

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13684 Sitting 182 2010-01-19 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità — fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sena b’sena minn mindu dħalna fl-Unjoni Ewropea kemm ibbenefikaw il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità minn fondi tal-Unjoni Ewropea u kif intnefqu dawn il-fondi?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13856 Sitting 182 2010-01-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — Parkeġġ riservat għall-Membri Parlamentari

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi parkeġġ riservat għall-Membri Parlamentari fl-Isptar Mater Dei ? Jista' jispjega fejn qiegħed ?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li fl-isptar Mater Dei, hemm parkeġġ riservat għall-VIPs u Membri Parlamentari, li b’kollox fih tmien postijiet. Dan il-parkeġġ qiegħed bejn il-blokk tal-Outpatients u l-blokk tal-Medical School. Kif wieħed jista’ jara mir-ritratti mehmużin, dan il-parkeġġ għandu tabella li tindika ċar li huwa riservat għall-VIPs u l-Membri Parlamentari.
Leg 11 PQ #13982 Sitting 182 2010-01-19 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Għawdex — Employment Aid - Kumpanniji li bbenefikaw

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7195 u ċioe: B’referenza għal paragrafu (ċ) tat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5789, jista’ l-Ministru jgħid il-264 persuna kif kienu ngaġġati xahar xahar u skond il-kumpanija li ngaġġathom?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l- parteċipanti tal- Employment Aid Scheme bdew fix-xhur li ġejjin: Informat ukoll hekk :- Jul-07 14 Jan-08 15 Feb-08 18 Mar-08 19 Apr-08 28 May-08 14 Jun-08 24 Jul-08 15 Aug-08 12 Sep-08 20 Oct-08 18 Nov-08 17 Dec-08 50 Minħabba id-‘Data Protection Act’, ma tistax tinħareġ informazzjoni tal-ismijiet tal-kumpaniji li bbenefikaw minn din l-iskema.
Leg 11 PQ #13983 Sitting 182 2010-01-19 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Impjiegi ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħolqu impjiegi ġodda f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-1999 sal-2009? Kemm minn dawn l-impjiegi huma fis-Settur Pubbliku u kemm huma fis-Settur Privat? Kemm minn dawn l-impjiegi fis-Settur Pubbliku u fis-Settur Privat separatament, imtlew minn nisa kull sena?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ mhijiex f’pożizzjoni li tgħid kemm inħolqu impjiegi kull sena mill-1999 sal-2009, imma tista’ tikkummenta fuq tibdil fl-impjiegi minn sena għall-oħra. Ser inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra li turi ż-żieda jew tnaqqis li kien hemm fis-settur pubbliku u privat fis-snin mitluba għan-nisa u rġiel u n-nisa separatament.
Leg 11 PQ #13985 Sitting 182 2010-01-19 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Childcare Centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm infetħu childcare centres tal-Istat f’Malta kull sena mill-1999 sal-2009 u x’kienet in-nefqa kapitali u rikorrenti fuqhom kull sena?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #14012 Sitting 182 2010-01-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tas-Saħħa — numru ta' tobba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid skond id-Dipartiment tas-Saħħa kemm huwa n-numru ta' tobba llum f'pajjiżna? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom iservu f'Malta jew f'Għawdex rispettivament? Kemm minnhom iservu fil-privat?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14013 Sitting 182 2010-01-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Numru ta' tobba veterinarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa numru ta' tobba veterinarji llum f'pajjiżna? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom iservu f'Malta u kemm f'Għawdex rispettivament?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #14064 Sitting 182 2010-01-19 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Tribunal Industrijali — ħatriet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa l-ħsieb tal-Gvern li jsiru l-ħatriet taċ-chairperson u tal-persuni biex iservu fuq it-Tribunal Industrijali?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14071 Sitting 182 2010-01-19 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni b'diżabilità — ristabbiliment tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13636 u 13428 u jagħti rendikont tal-ħidma ta' l-uffiċjal għar-ristabbiliment tal-persuni b'diżabilità skond l-Kap 210 f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-provedimenti ta Kap. 210 iridu jiġu inkwadrati fil-kuntest ta’ Kap. 413 u tax-xogħol fejjiedi li tagħmel il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita fil-ħidma tagħha biex telimina diskriminazzjoni kontra persuni b’diżabilità. Skond Kap. 210, li daħlet fis-seħħ fl’1969, uffiċjal għar-ristabbiliment tal-persuni b'diżabilità fid-Dipartiment tax-Xogħol għandu l-funzjoni li jissorvelja l-kundizzjonijiet ta’ l-impieg u 1-ambjent tax-xogħol li fih persuni b’diżabilità jkunu qegħdin jaħdmu. Però f’2000 daħal fis-seħħ l-Att dwar Opportunitajiet Indaqs (Persuni b’Diżabilità), Kap. 413 li, fost oħrajn waqqaf il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità. Fost id-dmirijiet ta' din il-Kummissjoni Nazzjonali hemm li tagħmel dawk l-investigazzjonijiet neċessarji biex tara li Kap 413, li fih proveddimenti partikolari fuq l-impieg, qed ikunu mħarsa u li tinvestiga ilmenti riferuti lila dwar nuqqas ta’konformita mal-liġi. Informat ukoll li llum m’hemm l-ebda persuna li għandha t-titlu ta’ uffiċjal għar-ristabbiliment tal-persuni b'diżabilità fi ħdan id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg. Meta twaqqfet il-Kummissjoni, ix-xogħol li dan l-uffiċjal kien qed jaqdi ġiet inkorporata fix-xogħol normali li jaqdu uffiċjali oħra tad-Dipartiment li xogħolhom hu li jimmonitorjaw il-kundizzjonijiet tal-impieg tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol. Ma ssirx distinzjoni f’ħidmet dawn l-uffiċjali bbażata fuq jekk ħaddiem ikollu jew ma jkollux diżabilità u għalhekk issues relatati ma' kundizzjonijiet tal-impieg fuq post tax-xogħol partikolari jiġu trattati bl-istess mod għall-ħaddiema kollha f’dik l-intrapriża.
Leg 11 PQ #14073 Sitting 182 2010-01-19 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Policy tal-Gvern dwar min hu intitolat għall-Herceptin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13632, 13031, 12801 u 11884 u jgħid x'inhi l-policy tal-Gvern dwar min hu intitolat għall-Herceptin b'xejn mingħand il-Gvern?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14100 Sitting 182 2010-01-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — Investigazzjoni fuq apparati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13625, 13467, 13182, 12940 u 12270 u jgħid kemm tiswa lill-Gvern kull investigazzjoni ta' a) MRI? b) CT? ċ) X-ray?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-eżerċizzju tal-costings qiegħed jiġi aġġornat. Il-figuri mitluba jingħataw fil-ħin opportun.