Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta lestietx ir-reviżjoni tal-metodoloġija użata fl-ispezzjonijiet dwar l-iffullar żejjed fil-karozzi tal-linja, kif imħabbar f’Lulju 2026? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
i. il-metodoloġija preċedenti u dik riveduta;
ii. id-data meta bdiet tintuża l-metodoloġija l-ġdida;
iii. ir-rotot, il-postijiet u l-ħinijiet koperti mill-ispezzjonijiet; u
iv. in-numru ta’ każijiet ta’ iffullar żejjed identifikati bil-metodoloġija l-ġdida?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma illi-Onor. Interpellant illi ir-risposta ser tingħata f'ix seduta oħra.
Trasport pubbliku – Karozzi tal-linja li ma waqfux biex itellgħu l-passiġġieri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irreġistrati każijiet fejn karozza tal-linja ma waqfitx biex ittella’ passiġġieri minħabba li kienet mimlija, minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jipprovdi ċ-ċifri skont ir-rotta, il-waqfa, id-direzzjoni, ix-xahar u l-ħin tal-ġurnata, u jispjega kif dawn il-każijiet qegħdin jiġu identifikati u rreġistrati?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma illi-Onor. Interpellant illi ir-risposta ser tingħata f'ix seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid, separatament għal kull rotta, liema perċentwal tal-karozzi tal-linja telaq fil-ħin u liema perċentwal wasal fil-ħin, skont l-istandards stabbiliti fil-kuntratt tal-obbligu ta’ servizz pubbliku minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll liema kienu l-għaxar rotot bl-agħar livell ta’ puntwalità u x’miżuri korrettivi ġew ordnati?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma illi-Onor. Interpellant illi ir-risposta ser tingħata f'ix seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid, separatament għal kull rotta tat-trasport pubbliku:
i. kemm kien hemm vjaġġi skedati;
ii. kemm minnhom effettivament saru;
iii. kemm ġew ikkanċellati jew twaqqfu qabel waslu fid-destinazzjoni;
iv. kemm-il kilometru ta’ servizz ma sarx; u
v. ir-raġuni għal kull kanċellazzjoni jew terminazzjoni bikrija,
minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ wkoll iqiegħed din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma illi-Onor. Interpellant illi ir-risposta ser tingħata f'ix seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1692, fejn intqal li “l-piż finanzjarju biex tiġi żmantellata vettura għandu jinġarr minn min ikun poġġa l-vettura fuq is-suq oriġinarjament”, jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex qed jirreferi għall-konsumatur jew għall-importatur/bejjiegħ?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma illi-Onor. Interpellant illi ir-risposta ser tingħata f'ix seduta oħra.
Il-Qala u r-Rabat, Għawdex – Trasport pubbliku dirett
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistix servizz tat-trasport pubbliku dirett bejn il-Qala u r-Rabat, Għawdex? Jekk le, liema servizz ta’ trasport pubbliku jistgħu jużaw ir-residenti tal-Qala biex imorru r-Rabat? Minn liema toroq jgħaddi dan is-servizz u x’inhu l-ħin stmat tal-vjaġġ? Jista’ jgħid ukoll x’miżuri qed jittieħdu jew huma ppjanati sabiex is-servizz tat-trasport pubbliku f’Għawdex isir aktar effiċjenti, konvenjenti u attraenti għall-utenti?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma illi-Onor. Interpellant illi ir-risposta ser tingħata f'ix seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għadx hemm il-pjan li ssir airfield fix-Xewkija, Għawdex? Jekk iva, jista’ jgħid fiex wasal dan il-proġett u meta huwa mistenni li jitlesta u jibda jopera? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizzi se jkunu qegħdin jiġu provduti?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma illi-Onor. Interpellant illi ir-risposta ser tingħata f'ix seduta oħra.
Proġett tal-Intelligent Transport Management System
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 22615, 23010, 23011, 23261 u 27711 tal-Erbatax-il Leġiżlatura, peress illi issa għaddew diversi xhur, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal il-proġett tal-Intelligent Transport Management System (ITMS) u meta se jibdew jitħaddmu l-Variable Messaging Signs?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma illi-Onor. Interpellant illi ir-risposta ser tingħata f'ix seduta oħra.
L-industrija tas-servizzi marittimi – Pjan nazzjonali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux pjan nazzjonali sabiex Malta tattira investiment ġdid fis-settur tas-servizzi marittimi, inkluż ship management, maritime finance u maritime technology?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern għandu viżjoni ċara sabiex Malta tkompli ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha bħala ċentru marittimu internazzjonali u tattira aktar investiment lejn dan is-settur.
Il-ħidma f’dan il-qasam qed titwettaq b’mod koordinat fuq diversi livelli, fosthom it-tisħiħ tal-qafas regolatorju u amministrattiv, id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi marittimi, l-innovazzjoni u t-teknoloġija, kif ukoll il-ħolqien ta’ ambjent kompetittiv li jkompli jattira operaturi u investiment ta’ valur miżjud lejn Malta.
Dan jinkludi oqsma bħas-ship management, is-servizzi finanzjarji marbuta mas-settur marittimu u l-maritime technology, fejn il-Gvern ser ikompli jibni fuq il-vantaġġi li Malta diġà għandha bħala ġurisdizzjoni marittima stabbilita u ċentru internazzjonali għas-servizzi marittimi.
Is-settur marittimu – Kompetittività tal-port Malti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat mal-operaturi tal-Freeport, aġenti marittimi u rappreżentanti tal-industrija dwar il-kompetittività tal-port Malti matul dawn l-aħħar sentejn?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma illi-Onor. Interpellant illi ir-risposta ser tingħata f'ix seduta oħra.
Reġistru Malti għall-Bastimenti – Applikazzjonijiet pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti mar-Reġistru Malti għall-iskrizzjoni ta’ vapuri u x’inhi l-medja taż-żmien biex jiġu pproċessati?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Reġistru Malti tal-Bastimenti ma joperax b’lista ta’ stennija. Kull applikazzjoni tiġi processata minnufih u ladarba d-dokumentazzjoni mehtiega tkun kompluta u konformi, il-proċess normalment jiġi konkluż fi ftit jiem.
Madankollu, iż-żmien meħtieġ jista’ jvarja skont ic-cirkostanzi ta’ kull kaz, inkluz il-htiega ghal dokumentazzjoni jew informazzjoni addizzjonali, kif ukoll it-tlestija tal-verifiki u l-ispezzjonijiet applikabbli. Għaldaqstant, ma tistax tingħata medja li tirrifletti b’mod preċiż il-każijiet kollha.
Karozzi second hand u karozzi ġodda impurtati – Snin 2000 sa 2012
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1510 u jgħid kemm ġew impurtati u reġistrati karozzi second hand mis-sena 2000 sas-sena 2012, maqsuma sena b'sena? Jista' jgħid ukoll kemm ġew impurtati karozzi ġodda fl-istess perjodu u ċjoè; mis-sena 2000 sas-sena 2012, maqsuma sena b'sena?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Karozzi second hand u karozzi ġodda impurtati - Snin 2013 sa 2025
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1509 u jgħid kemm ġew impurtati u reġistrati karozzi second hand mill-2013 sal-2025, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew impurtati karozzi ġodda fl-istess perjodu u ċjoè; mill-2013 sal-2025, maqsuma sena b’sena?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux strateġija nazzjonali għall-Maritime Decarbonisation u meta se tiġi ppubblikata?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħala Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u membru tal-Kunsill tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, Malta qiegħda tipparteċipa b'mod attiv fid-diskussjonijiet dwar in-
Net-Zero Framework
u ssegwi mill-qrib l-iżviluppi mistennija fil-laqgħa tal-MEPC ta' Diċembru 2026.
Malta Maritime Forum – Rakkomandazzjonijiet implimentati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Malta Maritime Forum lill-Gvern ġew implimentati matul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għal liema dokument jew rakkomandazzjonijiet qiegħed jirreferi sabiex tkun tista' tingħata tweġiba infurmata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm investa l-Gvern f’taħriġ marittimu mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’azzjonijiet ittieħdu biex jiżdied in-numru ta’ Maltin li jagħżlu karriera fis-settur marittimu?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qegħda tkompli tippromwovi l-opportunitajiet ta’ karrieri fis-settur marittimu, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ li jkunu qegħdin jagħżlu l-perkors edukattiv u professjonali tagħhom.
Ir-Reġistru Malti tal-Bastimenti jipparteċipa regolarment f’inizjattivi bħall-
Careers Weeks
organizzati mill-Università ta’ Malta, l-MCAST u istituzzjonijiet edukattivi privati, kif ukoll fil-fiera nazzjonali
iChoose
. Uffiċjali tekniċi tar-Reġistru ta spiss jagħtu preżentazzjonijiet speċjalizzati lill-istudenti tal-MCAST u jaqsmu magħhom l-esperjenza prattika tagħhom fis-settur.
Ta' min isemmi li l-
Merchant Shipping Directorate
jinvesti b'mod sinifikanti fin-nies tiegħu sabiex ikomplu jsaħħu l-ħiliet tagħhom u jispeċjalizzaw fl-oqsma differenti li titlob l-industrija. Bl-istess mod, jinvesti b'mod indirett fit-taħriġ ta’ studenti li jagħżlu karriera marittima f’entitajiet governattivi permezz ta’ eżenzjonijiet (
waivers
) minn ħlasijiet dovuti fuq servizzi relatati ma’
course reviews, course approvals, training centre audits
u
examination fees
, fost l-oħrajn. Dawn l-inizjattivi huma kkumplimentati minn proġett ikkoordinat min-
National Skills Council
, bl-appoġġ tekniku tal-OECD u b’finanzjament mill-Unjoni Ewropea.
Permezz ta’ dan il-proġett tfassal pjan ta’ azzjoni li jinkludi miżuri sabiex jiżdied l-għarfien dwar il-professjonijiet marittimi u jissaħħu t-taħriġ speċjalizzat, l-aġġornament tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid meħtieġa mis-settur.
Ta’ min isemmi wkoll il-kontribuzzjoni li l-Gvern jagħti kull sena lill-Istitut tal-Liġi Marittima Internazzjonali (
International Maritime Law Institute - IMLI
), li huwa istitut speċjalizzat taħt l-awspiċi tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO). F’dan l-istitut jitħarrġu professjonisti mid-dinja kollha, fosthom Maltin, sabiex is-settur marittimu jkollu persuni tal-ogħla livell fit-tmexxija tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni Port State Control (PSC) saret f’Malta mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena, u x’kienet ir-rata ta’ detenzjoni?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.