Qorti u Tribunal t’Għawdex – Każijiet ta’ pussess tad-droga
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 465 u jgħid kemm-il każ ta’ pussess sempliċi ta’ droga ġie rrappurtat jew tressaq quddiem il-Qrati f’Għawdex u quddiem it-Tribunal matul is-snin 2024, 2025 u 2026, maqsuma sena b’sena, u jindika x’tip ta’ sustanzi kienu involuti f’dawn il-każijiet?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nisa fil-Forzi Armati ta’ Malta u x’inhu l-perċentwal tagħhom skont il-grad?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Imterpellanta illi t-total ta’ perċentaġġ nisa li jservu fl-Armata huwa ta’ 7.71%
Dawn iservu fil-gradi kollha għajr LT.COL fejn bħalissa ma hemm ebda persuna tas-sess femminili.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nisa fil-Korp tal-Pulizija u x’inhu l-perċentwal tagħhom skont il-grad?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi t-total ta’ perċentaġġ ta’ nisa li jservu fil-Pulizija huwa ta’ 23.37%
Dawn iservu fil-gradi kollha minn Assistent Kummissarju l-isfel.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2026?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta mogħtija għal domanda parlamentari Nru W331
Is-Swieqi – Rapporti dwar storbju, vandaliżmu u mġiba antisoċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport dwar storbju, vandaliżmu, imġiba antisoċjali u disturbi għall-kwiet pubbliku ġew irreġistrati fil-lokalità tas-Swieqi matul l-aħħar sentejn u jekk hemmx pjan ta’ tisħiħ tal-infurzar għal din il-lokalità?
Jista' l-Ministru jgħid x'sar mid-deċiżjoni li kienet ittieħdet fl-2023 biex jiġi rtirat l-istatus ta' refuġjat tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista' jgħid ukoll jekk din id-deċiżjoni qattx ġiet revokata jew mibdula, u jekk le, kif fis-17 ta' Settembru 2026 reġa' tħabbar l-irtirar tal-istess status bħala deċiżjoni ġdida?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-17 ta’ Settembru 2026 il-persuna kkonċernat kien infurmat illi t-talba tiegħu għal re-instatement ma kienetx aċċettata. Id-deċizjoni hija finali.
B’referenza għar-rapport ta' Lulju 2025 tal-Kumitat Kontra t-Tortura tal-Kunsill tal-Ewropa (CPT) li sab li l-kundizzjonijiet f'Diviżjoni 6 tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin "jistgħu faċilment jammontaw għal trattament inuman u degradanti", jista’ l-Ministru:
i. jipprovdi pjan ċar, li jkun jinkludi kalkolu tal-ispejjeż involuti u ż-żmien meħtieġ biex tingħalaq Diviżjoni 6;
ii. jgħid x'miżuri immedjati qed jittieħdu biex jintemm l-użu tal-iżolament għall-minorenni, peress li s-CPT innota li hemm ksur tal-istandards internazzjonali; u
iii. jgħid kif qed jippjana li, fl-isfond tal-ambitu limitat tal-proġett pilota attwali tat-tagging elettroniku, jindirizza l-iffullar sever immexxi minn rata ta' arrest preventiv ta' kważi 50%?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Jista’ l-Onor. Interpellant:
i. Jindika l-parti tar-rapport fejn jingħadilli diviżjoni 6 għandha tingħalaq?
ii. Għandu jkun informat l-Agenzija għas-Servizzi Korrettivi ma toperax ċelel ta’ iżolament.
iii. Qed isir eżerċizzju biex l-Att tal-Ġustizzja Riparatriċi ikun emendat.
B’referenza għall-każ ta’ ħruġ allegatament irregolari ta’ karti tal-identità mill-aġenzija Identità lil ċittadini ta' pajjiżi terzi, jista’ l-Ministru:
i. jgħid x'passi amministrattivi ħa l-Ministeru biex jidentifika u jirrevoka tali karti tal-identità u permessi ta' residenza;
ii. jipprovdi skeda ta' żmien definittiva għal meta huwa mistenni li jkunu konklużi l-inkjesta maġisterjali u l-investigazzjoni tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika f’dan ir-rigward;
iii. jgħid għaliex inħatar uffiċjal militari bħala Kap Eżekuttiv tal-aġenzija Identità; u
iv. jgħid x'mekkaniżmi ta' sorveljanza ġew implimentati biex jipprevjenu r-rikorrenza ta' każ bħal dan?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ħruġ tal-karti tal-identità m’hijiex fil-mansjoni ta’ dan il-Ministeru u lanqas huwa responsabbli mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.
Għaldaqstant, għandu jressaq l-interpellanzi tiegħu lill-Ministeri kkonċernati.
B’referenza għall-protest ġudizzjarju mressaq f'Ġunju 2026 mill-Kamra tal-Avukati rigward l-allegat installazzjoni ta' apparat ta' smigħ fil-kmamar tal-laqgħat bejn l-avukati u l-klijenti fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin (CCF), jista’ l-Ministru:
i. jgħid jekk ġiex iffirmat mandat ministerjali li jawtorizza tali sorveljanza f'Jannar 2021, u jekk iva, minn min;
ii. jgħid eżattament kemm-il kamra f’din il-faċilità kienet jew hija bħalissa mgħammra b'apparat ta' sorveljanza minħabba n-nuqqas tas-Servizz tas-Sigurtà ta' Malta li jiċħad l-eżistenza ta' dan l-apparat; u
iii. jgħid jekk hux se jistabbilixxi immedjatament inkjesta ġudizzjarja indipendenti b'termini ta' referenza ċari biex tinvestiga dawn l-allegazzjonijiet?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
L-Onor Interpellant għandu jkun infurmat illi mistoqsijiet dwar is-Servizz tas-Sigurta jkunu mwieġba fil-Kumitat tas-sigurta mwaqqaf skont l-Artikolu 14 tal-Kap 391 tal-Liġijiet ta’ Malta
Skejjel tal-Istat - Każijiet ta’ vjolenza fuq l-edukaturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każijiet ta’ vjolenza fuq l-edukaturi fl-iskejjel tal-Istat matul l-aħħar għaxar snin?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninsab infurmat illi bejn is-sena 2017 u l-15 ta’ Settembru 2026 fis-sistema elettronika tal-Pulizija kienu rrappurtati għoxrin (20) każ ta’ vjolenza fuq l-edukaturi fl-iskejjel tal-Istat, b’wieħed mill-każi jseħħ barra l-binja ta’ l-iskola.
Is-Swieqi, San Ġiljan u Tas-Sliema – Żoni b’inċidenza ta' storbju, diżordni u mġiba antisoċjali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1753 u jgħid jekk il-Pulizija identifikatx xi żoni fis-Swieqi, f’San Ġiljan u f’Tas-Sliema bħala hot spots fejn iseħħu b'mod regolari każijiet ta' storbju, diżordni jew imġiba anti-soċjali? Jista’ jgħid ukoll x'miżuri speċifiċi ttieħdu sabiex tissaħħaħ il-preżenza tal-Pulizija f'dawn iż-żoni?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-pulizija l-areas kollha huma importanti u jingħataw attenzjoni meħtieġa f’kull ħin.
Billi ċerta żoni jkunu frekwentati aktar minn oħrajn il-forzi tal-ordni jieħdu dawk il-miżuri xierqa biex tissaħħaħ il-boun ordni.
Qed isiru patrols aktar frekwenti, monitoraġġ permezz ta’ cameras, iddaħħal il-kunċett ta’ on the spot fines u ttieħdu dejjem miżuri meħtieġa.
Is-Swieqi, San Ġiljan u Tas-Sliema – Multi/pieni relatati ma’ storbju, diżordni u mġiba antisoċjali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1752 u jgħid kemm inħarġu multi jew pieni relatati ma’ storbju eċċessiv, imġiba anti-soċjali jew ksur tal-ordni pubblika fis-Swieqi, f’San Ġiljan u f’Tas-Sliema matul l-2024, l-2025 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x'kien il-valur totali ta' dawn il-multi u kemm minn dawn ġew effettivament imħallsa?
Is-Swieqi, San Ġiljan u Tas-Sliema – Rapporti relatati ma’ storbju, diżordni u mġiba antisoċjali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1751 u jgħid kemm ġew irrappurtati każijiet relatati ma' storbju eċċessiv, imġiba anti-soċjali, ġlied jew diżordni fiż-żoni residenzjali tas-Swieqi, San Ġiljan u Tas-Sliema matul l-2024, l-2025 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn ir-rapporti wasslu għal prosekuzzjonijiet jew għal xi forma ta’ azzjoni legali?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali tal-Pulizija assenjati sabiex iservu l-lokalità tas- Swieqi u jekk hemmx il-ħsieb li jiżdiedu r-riżorsi fid-dawl tal-ilmenti dwar l-infurzar?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tindika għall-liema perjodu partikolari qegħda tirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każijiet ta’ serq fil-Pietà mill-bidu tas-sena 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninsab infurmat illi fil-perjodu ta’ bejn l-ewwel ta’ Jannar 2026 u il-21 ta’ Settembru tal-istess sena, fis-sistema elettronika tal-Pulizija kienu rreġistrati tmienja u tletin (38) rapport ta’ serq fil-Pietà.
Dan jirrappreżenta tnaqqis ta’ 33.33% meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2012
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każijiet ta’ serq fis-Swieqi mill-bidu tas-sena 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninsab infurmat illi fil-perjodu ta’ bejn l-ewwel ta’ Jannar 2026 u il-21 ta’ Settembru tal-istess sena, fis-sistema elettronika tal-Pulizija kienu rreġistrati tmienja u tletin (38) rapport ta’ serq fis-Swieqi.
Dan jirrappreżenta tnaqqis ta’ 68.07% meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2012