Legislature:
Category:
Reset
Active:

Wied il-Għajn - Delitti marbuta ma’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti matul is-sena 2025 fil-lokalità ta’ Wied il-Għajn u kemm kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2025, in-numru ta’ delitti rrappurtati fil-lokalità ta’ Wied il-Għajn kien ta’ tlett mija u  sebgħa u erbgħin (347), u minnhom kien hemm ħamsa u sebgħin (75) marbuta ma serq.

Raħal Ġdid - Delitti marbuta ma’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti matul is-sena 2025 fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid u kemm kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2025, in-numru ta’ delitti rrappurtati fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid kien ta’ erba’ mija u ħamsa u għoxrin (425), u minnhom kien hemm seba’ u tmenin (87) marbuta ma serq.

Speed cameras - Ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet minn speed cameras madwar Malta kollha fl-2025, u jagħti lista tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ ċitazzjonijiet li ngħataw minn speed cameras allokati  madwar Malta fis-sena-2025, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt li tinkludi dettalji dwar minn liema cameras ingħataw tali ċitazzjonijiet. Locality / Camera Location / Overspeeding Limit Total TRIQ ANTONIO MANOEL DE VILHENA, ATTARD 1714 TRIQ IN-NUTAR ZARB, ATTARD 4204 TRIQ DUN KARM (BKR1 - TO IKL), BIRKIRKARA 1199 TRIQ DUN KARM (BKR2 - TO MSD), BIRKIRKARA 4518 TRIQ HAL-FAR, GUDJA 2166 TUL IL-KOSTA, NAXXAR 358 TUL IL-KOSTA (NB1: BAHAR IC-CAGHAQ – 2658 PEMBROKE TO SPB), NAXXAR TUL IL-KOSTA (NB2: GHALLIES – 190 PEMBROKE TO SPB), NAXXAR TUL IL-KOSTA (SB1: SALINI - SAN PAWL 370 TO PEMBROKE), NAXXAR TUL IL-KOSTA (SB2: MAGHTAB – SAN 2116 PAWL TO PEMBROKE), NAXXAR TRIQ L-IMDINA (QRM3 - TO ZBG), QORMI 1216 TRIQ L-IMDINA (QRM4 - TO MRS), QORMI 503 VJAL IR-ROYAL MALTA ARTILLERY, 119 MRIEHEL BYPASS (QRM1 - TO RBT), QORMI VJAL IR-ROYAL MALTA ARTILLERY, 122 MRIEHEL BYPASS (QRM2 - TO QRM), QORMI TRIQ MIKIEL ANTON VASSALLI 3361 (REGIONAL RD STJ), SAN ĠILJAN TRIQ MIKIEL ANTON VASSALLI 1525 (REGIONAL RD SGN), SAN ĠWANN DAWRET SAN PAWL (XEMXIJA1 - 112 TO XEMXIJA), SAN PAWL IL-BAĦAR DAWRET SAN PAWL (XEMXIJA2 – 201 TO ST PAUL), SAN PAWL IL-BAĦAR TRIQ BURMARRAD, SAN PAWL IL-BAĦAR 876 TRIQ MONS MIKIEL AZZOPARDI, SIĠĠIEWI 519 TRIQ L-IMDINA (ZBG1 - TO RBT), ŻEBBUĠ 168 TRIQ L-IMDINA (ZBG2 - TO ZBG), ŻEBBUĠ 688 TRIQ TAL-BARRANI (ZTN2 - TO MRS), ŻEJTUN 1254 TRIQ TAL-BARRANI (ZTN1 - TO ZTN), ŻEJTUN 3158

Każijiet ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ serq ma ġiex solvut mill-2010 sal-2025?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li pajjiżna llum għandu l-inqas rata ta’ serq li qatt kellu. Fil-fatt, informazzjoni li diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra turi li Malta kellha l-inqas rata ta’ serq is-sena li għaddiet, liema rata hi iktar sinnifikattiva meta wieħed iħares lejn iż-żieda fl-attività ekonomika u t-turiżmu. Jekk wieħed iqabbel is-sena li għaddiet mas-sena 2012 jara r-rata ta’ serq f’pajjiżna naqset bin-nofs. Dan ma jfissirx li nistgħu nistrieħu fuq il-ħidma li saret, anke għaliex illum jeżistu realtajiet ġodda li rridu nindirizzaw bi strateġiji ċari fuq quddiem nett dawk ta’ prevenzjoni. L-informazzjoni speċifika mitluba mill-Onorevoli interpellant tkun provduta f'seduta oħra hekk kif jeħtieġ tkun verifikata manwalment. Dan il-verifikar manwali ma jibqax ikun meħtieġ kif tkun implimentata s-sistema l-ġdida mħabbra għal budget ta' din is-sena.

Il-Gudja - Delitti marbuta ma’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti matul is-sena 2025 fil-lokalità tal-Gudja u kemm kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2025, in-numru ta’ delitti rrappurtati fil-lokalità tal-Gudja kien ta’ mija u erba’ u ħamsin (154), u minnhom kien hemm sebgħa u erbgħin (47) marbuta ma serq.

Iż-Żejtun - Delitti marbuta ma’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti matul is-sena 2025 fil-lokalità taż-Żejtun u kemm kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2025, in-numru ta’ delitti rrappurtati fil-lokalità taż-Żejtun kien ta’ tlett mija u ħamsa u tletin (335), u minnhom kien hemm sebgħin (70) marbuta ma’ serq.

Każijiet ta’ omiċidju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ omiċidju ma ġiex solvut mill-2010 sal-2025?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni hija skont t-tabella annessa. Każijiet ta’ Omiċidji – 2010 sa 2025 Numru ta’ każi Status Sena Solvuti Mhux solvuti 2010 4 3 1 2011 3 3 0 2012 10 7 3 2013 6 4 2 2014 6 2 4 2015 4 2 2 2016 5 3 2 2017 9 5 4 2018 6 6 0 2019 3 3 0 2020 6 6 0 2021 2 2 0 2022 8 8 0 2023 3 3 0 2024 5 5 0 2025 3 3 0 Total 83 65 18

Suwiċidji - Sena 2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm suwiċidji matul is-sena 2025? Jista’ jgħid ukoll x’kienet l-età tal-iżgħar u tal-ikbar persuna?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi skond is-sistema elettronika tal-Pulizija, matul is-sena 2025 kien hemm tletin vittma ta’ suwiċidju. Minn dawn, l-età tal-iżgħar persuna kienet ta’ wieħed u għoxrin (21) sena u l-età tal-ikbar persuna kienet ta’ sitta u sebgħin (76).

Il-Pulizija – Interventi fi skejjel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba kellha tintervjeni l-Pulizija minħabba rapporti ta’ ġlied bejn studenti fl-iskejjel rispettivi tagħhom matul l-2021, 2022, 2023, 2024 u 2025, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll f’liema skejjel saru dawn ir-rapporti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

Rapporti ta’ vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta’ vjolenza domestika matul l-2021, 2022, 2023, 2024 u 2025, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni skont il-lokalità u skont is-sess?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni hija kif impoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra, filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal tweġibiet parlamentari 33645 fejn sħaqt kif il-vjolenza domestika hija pjaga fis-soċjetà li rridu nibqgħu niġġielduha ta’ kuljum bħala soċjetà lkoll flimkien. Huwa għalhekk li hemm għaddejjin inizjattivi minn entitajiet differenti fi ħdan il-Gvern. Spjegajt ukoll kif irridu nibqgħu noħolqu l-kuxjenza u l-ambjent fejn wieħed ma jiddejjaqx jersaq ‘il quddiem u jirrapporta. Kien għalhekk li fl-2020 għall-ewwel darba l-Korp tal-Pulizija ħatar skwadra speċjalizzata, il-Gender Based and Domestic Violence, biex jagħti servizz aħjar u aktar speċjalizzat lil vittmi ta' vjolenza domestika. Dan hu servizz multi dixxiplinarju li ma jinkludix biss lill-pulizija, iżda wkoll professjonisti oħra. Dan wassal biex infetħu hub f’Santa Luċija u ieħor f’Għawdex biex jingħata dan is-servizz speċjalizzat. Issa lestejna x-xogħol ukoll fl-Imtarfa, fejn f’dawn il-jiem se jinfetaħ hub ieħor u jibda jopera. Fost inizjattivi oħra minn dan il-Ministeru, is-sena li għaddiet  beda jingħata wkoll servizz ta' panic alarms u komplejna nsaħħu s-servizzi li jingħataw mill-Victim Support Agency.

San Pawl il-Baħar – Triq l-10 ta’ Frar – Ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet fi Triq l-10 ta’ Frar, San Pawl il-Baħar, mill-uffiċjali tal-LESA, bejn Jannar u Diċembru 2025, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll għal liema kontravenzjonijiet inħarġu dawn iċ-ċitazzjonijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li fi Triq l-10 ta’ Frar, San Pawl il-Baħar, inħarġu total ta’ 179 ċitazzjonijiet mill-uffiċjali tal-LESA. It-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra tindika wkoll il-kontravenzjonijiet li għalihom inħarġu dawn iċ-ċitazzjonijiet matul il-perjodu bejn Jannar u Diċembru 2025.

Pulizija Għawdxin jaħdmu Malta - Talba għal trasferiment biex jaħdmu Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija Għawdxin li jaħdmu Malta fil-lista biex jaħdmu Għawdex?  Jista’ jgħid ukoll kemm-il sena kull wieħed u waħda minnhom ilhom jaħdmu Malta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi sal-aħħar ta’ Diċembru tas-sena 2025 kien hemm 148 pulizija li jaħdmu Malta u li huma rreġistrati residenti Għawdex bit-tagħrif mitlub jitpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. Ninsab infurmat ukoll li ma jfissirx li dawn l-uffiċċjali kollha jridu jmorru jaħdmu Għawdex, il-għaliex hemm minnhom li meta jmiss lilhom li jagħżlu li jmorru, jiddeċiedu li jibqgħu jservu f’Malta. Ninsab infurmat ukoll li fejn dan l-interess ikun hemm, l-opportunità li wieħed iservi f’Għawdex tkun tista’ tingħata meta u kif ikunu jippermettu l-esiġenżi tas-servizz.

Numru tal-emerġenza 112 - Telefonati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il telefonata waslet fuq in-numru tal-emerġenza 112 minn Ġunju 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jelenka dawn it-telefonati u jgħid jekk kinux relatati mal-Pulizija, mal-Protezzjoni Ċivili jew mal-ambulanza?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni se tiġi provduta f'seduta oħra.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin - Residenti li qegħdin jiskontaw sentenza twila ta’ priġunerija u qegħdin fuq parole

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32547, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li qegħdin jiskontaw sentenza twila ta’ priġunerija minn 20 sena ’l fuq u qegħdin fuq parole mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li hemm żewġ (2) ‘parolees’ li jinsabu fuq il-liċenzja tal-Parole li s-sentenza tagħhom taqa’ taħt terminu ta’ għoxrin (20) sena jew iktar priġunerija u li l-liċenzja tal-parole tagħhom ħarġet wara l-2020, id-data indikata mill-Onorevoli Interpellant. Il-liċenzja tal-Parole relatata ma’ dawn il-persuni daħlet fis-seħħ fis-snin indikati hawn taħt: 2024 – wieħed (1) 2025 – wieħed (1)

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin - Priġunieri taħt l-effett ta’ droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk inqabdux priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li kienu taħt l-effett ta’ droga f’dawn l-aħħar tliet xhur, u jekk iva, kemm?  Jista’ jgħid ukoll kemm instabu oġġetti ta’ periklu bħal skieken, ħadid u oġġetti oħra mingħajr permess, matul dan l-istess perjodu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li bejn l-2024 u l-2025 saru 11,088 test li minnhom 10 biss kienu pożittivi, u għalhekk huma biss 0.09% pożittivi filwaqt 99.91% kienu negattivi. Dan juri kif il-ħidma ta’ prevenzjoni, il-ħidma li ssir ta’ kuljum u l-investiment li sar fosthom ta’ scanners - qiegħda tħalli r-riżultati mixtieqa. Minn faċilità korrettiva mifnija bid-droga, għal faċilità li naddafniha mid-droga għaliex spiċċa wkoll iż-żmien li l-ħabs imexxuh il-barunijiet tad-droga. Għalhekk, jikkumplimenta din il-ħidma hemm ukoll infurzar kontinwu biex nassiguraw id-dixxiplina permezz ta’ tfittxijiet ta’ rutina li jsiru spissi. Magħhom ukoll qed issir ħafna ħidma favur politika ġenwina ta' riabilitazzjoni kif kelli ċans niprovdi informazzjoni diversi drabi. Dan anke permezz ta'.diversi professjonisti li jaħdmu fil-ħabs flimkien mal-uffiċjali Korrettivi. Wkoll ħidma ma' entitajiet oħrajn bħalma huma Il-Caritas, Fondazzjoni Rise, u Fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl.

Proċeduri kriminali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li ttieħdu proċeduri kriminali fil-konfront tagħhom quddiem il-Qrati Maltin, riżultanti minn spezzjonijiet li saru minn awtoritajiet kompetenti u kemm kienu dawk li ġew irrappurtati mil-LESA, Transport Malta u mill-Pulizija Eżekuttiva matul is-sena 2025, maqsuma xahar b’xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi dwar spezzjonijiet  relatati ma road-checks , id-dettalji huma dawk li jidhru fit-tabella hawn taħt. Il-figuri jkopru biss akkużi li jkunu ħarġu għal reati li jkunu identifikati waqt tali spezzjonijiet u ma jinkludux kontravenzjonijiet maħruġa bis-sistema elettronika permezz ta’ traffic offence tickets , waqt l-istess attività. Diversi drabi waqt dawn l-ispezzjonijiet il-Pulizija tkun assistita minn uffiċċjali tal-LESA u/jew Transport Malta. Dwar aktar informazzjoni ta’ każi ta’ akkużi mitluba biex jiġu maħruġa mill-Pulizija f’isem Transport Malta, nitlob lill-Onor. Membru tikkomunika l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat. Xahar Numru ta’ spezzjonijiet Numru ta’ akkużi maħruġa mill-Pulizija waqt spezzjonijiet Każijiet riferuti lill-Pulizija mill-LESA biex jinħarġu akkużi dwar reati waqt spezzjonijiet Jannar 432 259 2 Frar 300 232 4 Marzu 306 199 2 April 274 179 4 Mejju 275 197 3 Ġunju 214 113 4 Lulju 205 119 1 Awwissu 276 293 4 Settembru 317 141 2 Ottubru 229 144 2 Novembru 161 99 2 Diċembru 284 164 4 Total 3273 2139 34