Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaż-Żebbuġ, Malta – Għassa tal-Pulizija — Investimenti infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta saru l-aħħar investimenti infrastrutturali fl-għassa tal-Pulizija ta' Ħaż-Żebbuġ, Malta u xi pjan hemm ta’ modernazzjoni, u meta ħa jsir?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi Ħaż-Żebbuġ hemm servizz tal-Pulizija tal-Komunita, li joperaw minn bini provdut mill-Kunsill Lokali.

Rabat, Malta — Għassa tal-Pulizija - Investimenti infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta saru l-aħħar investimenti infrastrutturali fl-għassa tal-Pulizija tar-Rabat, Malta u xi pjan hemm ta’ modernazzjoni, u meta ħa jsir?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi x-xogħol ta' rinovar u manutenzjoni ta' għases hu kontinwu. Dwar l-għassa tar-Rabat din hija l-għassa prinċipali fid-Distrett fejn huwa previst illi għal ħabta ta’ Marzu din is-sena, jibda xogħol estensiv f’din il-binja. Dan hu possibli wara diversi pjanijiet u l’ħruġ tas-sejħa għal offerti, biex dan ix-xogħol ikun jista’ jibda. Irid jingħad illi matul il-perjodu li fih ikun għaddej dan ix-xogħol, il-pubbliku jkun jista’ jinqeda mill-għassa ġewwa l-Imtarfa.

Imġarr, Malta — Għassa tal-Pulizija - Investimenti infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta saru l-aħħar investimenti infrastrutturali fl-għassa tal-Pulizija tal-Imġarr, Malta u xi pjan hemm ta’ modernazzjoni, u meta ħa jsir?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-għassa tal-Pulizija tal-Imġarr hi waħda mill-għases sekondarji li tinfetaħ skond l-esiġenzi tas-servizz u għas-Servizzi ta' pulizija tal-komunità. L-għassa principali li tkopri l-Imġarr wkoll hija dik tar-Rabat fejn hu prevedut li jsir xogħol estensiv, għal liema xogħol diġa’ ħarġet is-sejħa għal offerti u mistenni jibda fiż-żmien li ġej.

Ħad-Dingli — Għassa tal-Pulizija - Investimenti infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta saru l-aħħar investimenti infrastrutturali fl-għassa tal-Pulizija ta' Ħad-Dingli, u xi pjan hemm ta’ modernazzjoni, u meta ħa jsir?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-għassa tal-Pulizija f'Ħad-Dingli hi waħda mill–għases sekondarji li tinfetaħ skond l-esiġenzi tas-servizz. L-għassa prinċipali li tkopri Ħad-Dingli wkoll hija dik tar-Rabat fejn hu prevedut li jsir xogħol estensiv, għal liema xogħol diġa ħarġet is-sejħa għal offerti u mistenni jibda fiż-żmien li ġej.

Marsaxlokk – Delitti rappurtati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti tul is-sena 2023 fil-lokalità ta’ Marsaxlokk, u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2023 in-numru ta’ rapporti ta’ delitti rreġistrati mal-pulizija għal lokalità ta’ Marsaxlokk, kienu ta’ mija u sittin (160). Minn dawn sitta u sittin (66) rapport kienu dwar serq.

Ħaż-Żebbuġ – Delitti rappurtati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti tul is-sena 2023 fil-lokalità ta’ Ħaż-Żebbuġ (Malta), u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2023 in-numru ta’ rapporti ta’ delitti rreġistrati mal-pulizija għal lokalità ta’ Ħaż-Żebbuġ, kienu ta’ mitejn u tlieta u disgħin (293). Minn dawn sebgħin (70) rapport kienu dwar serq.

Donazzjoni ta’ mine detectors lill-Ukrajna

Question

Jista’ l-Ministru, b'referenza għad-donazzjoni ta' 25 mine detectors lill-Ukrajna, jgħid meta u għalfejn Malta akkwistat numru ta’ mine detectors u kemm kienet in-nefqa ta’ dawn id-detectors?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Malta kontinwament għażlet li tibgħat għajnuna umanitarja lil popli oħra fi żmien diffiċli, inkluż lill-poplu Ukren. Malta bagħtet din l-għajnuna wara li rċeviet korrispondenza mir-Rappreżentant Għoli tal-UE, Josep Borrell, u mill-Kummissarju Għoli għal Ġestjoni ta' Kriżijiet, Janez Lenarčič, li kienet tiġbed l-attenzjoni tal-Istati Membri għat-talba, li saret mill-Ukrajna, għal assistenza ta’ demining. It-talba għall-mine detectors kienet saret permezz tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili li għandu l-għan li jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-UE u Stati parteċipanti dwar il-protezzjoni ċivili, biex itejjeb il-prevenzjoni, it-tħejjija, u r-rispons għad-diżastri. Filfatt, il-mine detectors intbagħtu minn Malta lill-Ukrajna permezz ta’ dan il-Mekkanizmu. In-nefqa totali kienet ta’ €104,444.75. It-trasport sar permezz tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili.

Għassa ta’ San Ġwann – Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14631 jista’ l-Ministru jgħid meta nbdew dawn ix-xogħlijiet (data) u meta huwa programmat li jitlestew?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi għalkemm data preċiża mhux possibli li tingħata, qed isir dak kollu possibli biex sas-sajf li ġej, ix-xogħolijiet fl-Għassa ta’ San Ġwann jitlestew, u din tkun tista’ tibda tiġi użata u jingħata servizz minnha.

Stone Marker – Każ ta’ individwu

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14628, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ser jittieħdu mill-Pulizija fir-rigward tal-individwu li d-dettalji dwaru ssemmew fl-istess mistoqsija parlamentari? Jista’ jikkonferma li l-liġi fil-pajjiż hija ugwali għal kulħadd? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma l-passi tal-Puluzija/Ministeru meta persuna jkollha fil-pussess tagħha proprjetà pubblika?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Iterpellant għar-risposta għal mistoqsija parlamentari 14628.

Paceville – Tipjip tal-kannabis fil-pubbliku

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14638, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid kemm kienu dawk li nqabdu jpejjpu l-kannabis fil-pubbliku ġewwa Paceville fl-istess perjodu msemmi fl-istess mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fil-perjodu ndikat mill-Onorevoli Membru u cioe’ minn Ottubru 2023 sad-9 ta’Jannar 2024, inqabbdu tlett’ (3) persuni jpejpu l-kannabis fil-pubbliku ġewwa l-Belt Valletta. Ma kien hemm l-ebda persuna li nqabdet Paceville.

Għawdex – Maritime Squadron

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-pjan biex il-Maritime Squadron ġewwa Għawdex jiġu rilokati f'post aktar adattat?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li wara li dipartimenti varji qablu dwar l-użu tal-binja, u l-ERA ma’ sabet l-ebda oġġezzjoni għall-iżvilupp tal-binja, issa bdiet fażi oħra fejn jiġi determinat u mfassal l-ispazju meħtieġ. Il-FAM b’kooperazzjoni ma’ TM qed jaħdmu sabiex din il-binja tiġi żviluppata, ħalli kemm il-FAM kif ukoll dipartimenti oħra ikun jista jkollhom post aktar attrezzat għall-ħaddiema tagħhom.

Għawdex – Domestic Violence Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx Domestic Violence Unit ġewwa Għawdex?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Il-Korp tal-Pulizija waqqaf il-Gender based and domestic violence unit fi ħdanu sabiex is-servizz offrut ikun aktar speċjaliżżat. Infurmat li il-Korp qiegħed preżentament jaħdem sabiex iwaqqaf tim ta' uffiċjali sabiex jindirizzaw każijiet ta' vjolenza domestika ġewwa Għawdex. Infurmat li matul is-sena 2023 f' Għawdex ġew rapurtati wieħed u disgħin (91) każ ta' vjolenza domestika u elfejn u wieħed u sebgħin (2071) każ f' Malta.

Mosta, Mdina u Ħ’Attard — Ċitazzjonijiet għall-kontravenzjonijiet fuq l-ambjent

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet għall-kontravenzjonijiet fuq l-ambjent fil-lokalitajiet tal-Mosta, Mdina u Ħ’Attard mill-2017, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm inġabru flus b'kollox?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi mis-sena 2017 sas-16 ta’ Ottubru 2023 inħarġu total ta’ mitejn u sebgħa u għoxrin ċitazzjoni għall-kontravenzjonijiet fuq l-ambjent fil-lokalitajiet tal-Mosta, Mdina u Ħ’Attard, mill-Pulizija u uffiċċjali tal-LESA. Dawn kienu mija u disa u ħamsin (159) fil-Mosta, tnax (12) l-Imdina u sitta u ħamsin (56) Ħ’Attard

CCF – Bord ta’ Monitoraġġ

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10768, jista’ l-Ministru jgħid meta ser ikun lest ir-rapport annwali tal-Kummissarju għall-Ħarsien u l-Iżvilupp tal-Priġunieri u meta ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapport annwali tal-Kummissarju għall-Ħarsien u l-Iżvilupp tal-Priġunieri se jiġi konkluż u mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Santa Luċija — Delitti rappurtati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti tul is-sena 2023 fil-lokalità ta’ Santa Luċija, u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2023 in-numru ta’ rapporti ta’ delitti rreġistrati mal-pulizija għal lokalità ta’ Santa Luċija, kienu ta’ sitta u ħamsin (56). Minn dawn tmienja (8) rapport kienu dwar serq.

Il-Gudja — Delitti rappurtati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti tul is-sena 2023 fil-lokalità tal-Gudja, u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2023 in-numru ta’ rapporti ta’ delitti rreġistrati mal-pulizija għal lokalità tal-Gudja, kienu ta’ mija u ħamsin (150). Minn dawn tnejn u ħamsin (52) rapport kienu dwar serq.

Ħal Għaxaq — Delitti rappurtati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti tul is-sena 2023 fil-lokalità ta’ Ħal Għaxaq, u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2023 in-numru ta’ rapporti ta’ delitti rreġistrati mal-pulizija għal lokalità ta’ Ħal Għaxaq kienu ta’ mija u għaxra (110). Minn dawn erbgħa u għoxrin (24) rapport kienu dwar serq.

Il-Fgura — Delitti rappurtati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti tul is-sena 2023 fil-lokalità tal-Fgura, u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2023 in-numru ta’ rapporti ta’ delitti rreġistrati mal-pulizija għal lokalità tal-Fgura kienu ta’ tliet mija u disgħa (309). Minn dawn erbgħa u sittin (64) rapport kienu dwar serq.