Tista’ l-Ministru tgħid kif il-familjari ta’ persuni li kellhom blue badge u li ilhom snin twal li mietu, f’każ minnhom anke 11-il sena, qegħdin jirċievu mingħand i
l-
Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) ittri ta’ multi xi jħallsu?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mhux korrett meta jirreferi għall-ittri de quo bħala “ittri ta’ multi li jrid jitħallsu” jew “multi mibgħuta”. Kif diġà ġie spjegat, il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità (CRPD), permezz tat-Taqsima tal-Infurzar tagħha, ilha għaddejja b’proċess li nbeda fl-2022 sabiex il-Blue Badges li skadew, jew dawk li nħarġu lil persuni li issa huma neqsin u li qatt ma ġew irritornati, jiġu rritornati għand il-Kummissjoni. Dan qed isir bħala parti mill-isforzi tal-Kummissjoni biex tiżgura li l-Blue Badge tintuża bl-aktar mod xieraq u effettiv possibbli.
Mill-2022 sa issa, ġew irritornati 2,153 Blue Badge. L-iktar waħda antika inħarġet fit-13 ta' Awwissu 1998 u skadiet fl-2003, iżda ġiet irritornata biss fil-5 ta' Ġunju 2024. Tant kienet antika li saħansitra l-format tagħha kien differenti minn dak li għandha l-Badge llum.
Barra minn hekk, lil dawk li stqarrew li tilfu l-Blue Badge tagħhom jew ma jafux fejn qiegħda, il-Kummissjoni tagħtihom il-parir li jagħmlu rapport mal-Pulizija jew jippreżentaw affidavit, u jgħaddu kopja lilha. Mill-2022, il-Kummissjoni rċeviet 339 rapport mill-Pulizija u 537 affidavit, 520 minnhom saru minn uffiċjali tal-Kummissjoni stess, grazzi għas-servizz li ġie introdott is-sena l-oħra, fejn il-pubbliku jista' jissottometti affidavit mingħajr ħlas.
Irrid ninnota wkoll li minbarra dan ix-xogħol kollu, it-Taqsima tal-Infurzar fi ħdan il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità,mill-2022 sal-lum, ġabret 447 Blue Badge falza. Dan huwa parti mix-xogħol sabiex tara li ma jkunx hemm abbuż tal-Blue Badge f’pajjiżna.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il trasferiment ta’ impjegati ngħata fl-Aġenzija Sapport f’dawn l-aħħar xahrejn u jekk għadx baqa’ trasferimenti xi jsiru fil-ġimgħat li ġejjin? Tista’ tgħid ukoll jekk kienx hemm xi tibdil fil-kundizzjonijiet tal-ħaddiema b’riżultat ta’ dawn it-trasferimenti, u x’kienu r-raġunijiet għaċ-ċaqliq? Dawk l-impjegati li sarilhom trasferiment, kemm kienu ilhom jaħdmu fiċ-Ċentru li ngħataw trasferiment minnu?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li ċ-ċaqliq tal-ħaddiema jsir minn żmien għal żmien skont l-esiġenzi operattivi, bil-għan li jiġi assigurat servizz xieraq u denju lil persuni b’diżabilità, u skont il-policy tal-Aġenzija Sapport kif ukoll il-kuntratt tax-xogħol tal-ħaddiema. Kull impjegat, fil-bidu tal-impjieg tiegħu, jiffirma dikjarazzjoni li jista’ jiġi mċaqlaq minn ċentru, residenza, servizz jew dipartiment għal ieħor. Il-ħaddiema ma tilfu l-ebda benefiċċju li huma intitolati għalih, marbut mal-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom. Fir-rigward tal-ħaddiema taċ-ċentri, iż-żmien li ilhom jaħdmu f’ċentru jvarja bejn 39 sena u 5 snin.
Empowerment Scheme – Persuni li qegħdin jibbenefikaw
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27945, tista’ l-Ministru tgħid kif inbidlu n-numri ta’ benefiċċjarji li qed jibbenefikaw mill-Empowerment Scheme? Tista’ tgħid ukoll x’inhuma l-etajiet ta’ dawn il-persuni u fiex jikkonsisti l-benefiċċju li qed jirċievu?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Iskema tal-Empowerment taħdem b’sistema ta’ applikazzjoni għall-għajnuna finanzjarja fuq ix-xiri ta’ apparat assisstiv jew servizzi ta’ trasport għall-persuni b’diżabilità. Fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2025 u l-31 ta’ Diċembru 2025, ġie approvat total ta’ 1,204 applikazzjonijiet. Dawn huma mqassma kif muri fit-tabella t’hawn taħt:
0-18-il sena
19-30 sena
31-45 sena
46-65 sena
66+ sena
Total ta’ applikazzjonijiet approvati
55
49
65
199
836
1,204
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Direct Orders
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ħarġu direct orders mill-ministeru tagħha?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat - Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 matul Novembru 2025, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
FSWS, CRPD u Aġenzija Sapport – Speech Therapists, Physiotherapists u Occupational Therapists
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm Speech Therapists, Physiotherapists u Occupational Therapists jaħdmu mal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) u ma’ Aġenzija Sapport?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt. Nitolbu wkoll biex il-mistoqsija relatata mal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) tiġi indirizzata lill-Ministeru kkonċernat.
Entità
Numru
Aġenzija Sapport
5 Occupational Therapists, 5 Speech Language Therapists u 1 Physiotherapist
Kummisjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b’Diżabilità (CRPD)
NIL
NGOs relatati mal-mużika, baned u orkestri - Fondi
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32040 dwar kemm NGOs relatati mal-mużika ngħataw fondi f’dawn l-aħħar tliet snin, tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħataw fondi lill-NGOs tal-Baned biss, tul il-perjodu msemmi?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul dawn l-aħħar tliet snin, MCVS weħidha nvestiet xejn anqas minn €508,800.00 fuq fondi lill-NGOs tal-Baned.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat u DDS - MoU
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31937, tista’ l-Ministru tgħid kemm dam biex sar il-memorandum ‘Freedom to Live – Malta’s 2021-2030 National Strategy on the Rights of Disabled Persons.’, li sar bejn il-Ministeru u d-Department of Disability Studies (DDS)?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li “Freedom to Live” huwa l-isem bl-Ingliż tal-Istrateġija Nazzjonali 2021‑2030 ta’ Malta dwar id‑Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, u li ebda MoU ma jeżisti b’dak l‑isem ma’ ebda entità.
FSWS - Passi li jittieħdu f’każijiet fejn koppji jgħixu f’postijiet dilapidati
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 31942 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli u tgħid x’passi jittieħdu ma’ dawk il-koppji li jkunu ser jittieħdulhom it-tfal mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) minħabba li jkunu jgħixu f’postijiet dilapidati?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea
Question
Tista’ l-Ministru tgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u tindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
NGOs relatati mal-mużika, baned u orkestri - Fondi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn NGOs relatati mal-mużika, baned u orkestri u kemm ingħataw fondi f’dawn l-aħħar tliet snin?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm 108-il NGO relatata mal-mużika, baned u orkestri. Matul l-aħħar tliet snin, dawn l-NGOs ingħataw bejniethom fondi li jammontaw għal €523,020.83.
Tista’ l-Ministru tgħid x’kienu l-miżuri li ttieħdu fir-rigward tas-saħħa mentali tal-ħaddiema, b’mod partikolari dawk il-ħaddiema b’diżabilità, bħalma kien sar f’pajjiżi oħra madwar id-dinja wara l-pandemija?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu għall-liema ħaddiema qed jirreferi.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat - Direct orders ta' inqas minn €2,000
Question
Tista’ l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €2,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Settembru 2025?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Freedom to Live - Tnaqqis fil-burokrazija għall-persuni b’diżabilità
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux ser titnaqqas il-burokrazija fost il-persuni b’diżabilità, b’rabta mal-objettiv dwar ir-riformi u l-kwalità tad-dokument ‘Freedom to Live’?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tnaqqis tal-burokrazija fejn jidħlu proċessi biex jinkisbu servizzi u sussidji intiżi biex jibbenefikaw minnhom in-nies b'diżabilità hija parti integrali mix-xogħol u l-ħidma tal-Ministeru.
Il-Gvern għaddej b’xogħol flimkien ma’ entitajiet differenti biex jara li proċeduri għas-servizzi jibqgħu jiġu riveduti għal aktar proċess effiċjenti skont it-timeline tad-9 snin li għandna fl-Azzjoni 1.3 tal-Istrateġija Nazzjonali dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’ Diżabilità, filwaqt li nassiguraw konformità mal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b'Diżabilità (UNCRPD).
F’dan il-kuntest, il-Gvern nieda numru ta’ riformi relatati mal-proċess ta’ assessjar għall-benefiċċji relatati mad-diżabilità. Fil-preżent, it-talbiet u d-dokumentazzjoni meħtieġa, kemm għall-adulti kif ukoll għall-minuri, jgħaddu kollha permezz tat-tabib tal-applikant u jiġu riferuti lill-Inter-Professional Panels li ħadu post il-Bordijiet Mediċi. Dawn il-Panels jagħmlu valutazzjoni ħolistika sabiex ikunu jistgħu jiġu ndirizzati aktar persuni b’diżabilità, u mhux biss dawk li kienu elenkati f’lista kif kien isir fil-passat. Barra minn hekk, kif inkluż fl-aħħar Baġit, l-ammonti tal-benefiċċji ġew riveduti ’l fuq.
Ninfurmah ukoll li s-servizzi relatati mal-European Disability Card u dawk tal-Blue Badge ġew trasferiti mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) għall-Aġenzija Sapport. Dan sar sabiex dawn is-servizzi jkunu amministrati fi ħdan l-aġenzija nazzjonali li diġà tmexxi numru ta’ servizzi oħra offruti mill-Istat lil persuni b’diżabilità. B’dan il-pass, is-CRPD tista’ tiffoka b’mod aktar effettiv fuq l-irwol ewlieni tagħha bħala l-korp responsabbli għall-promozzjoni tal-ugwaljanza u d-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità.
L-għan aħħari ta’ dawn ir-riformi huwa li jiġu stabbiliti proċessi ċari u kkonsolidati sabiex naslu għal mudell ta’ One Stop Shop. Dan jipprovdi punt ta’ aċċess uniku u aktar faċli għal persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom f’sitwazzjonijiet fejn huma jkunu qed japplikaw għal servizzi differenti li jiġu vvalutati jew offruti minn entitajiet varji.
Tista’ l-Ministru tgħid x’riżultati qed nistennew mill-konsultazzjoni ‘Freedom to Live’?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill‑Onorevoli Interpellant li r-riżultat ewlieni tal‑konsultazzjoni ‘Freedom to Live’ hu l‑ħolqien tal-Istrateġija Nazzjonali 2021-2030 għal Malta dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, li tipprovdi qafas għal aċċessibilità, edukazzjoni, impjieg u parteċipazzjoni fil‑komunità, kif ukoll proċeduri ta’ monitoraġġ tal-implementazzjoni ta’ din l-istrateġija.