Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ta’ Kandja Shooting Range – Ftuħ ta’ Range 4

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 18231 u tindika meta ser terġa’ tinfetaħ Range 4 fis-Shooting Range f’Ta’ Kandja wara li din il-faċilità ilha magħluqa għal madwar 12-il xahar u dan sabiex it-tiraturi jkunu jistgħu jagħmlu użu minnha?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Range 4 se tinfetaħ meta jiġu ffinilazzati x-xogħlijiet fuq il-ħsarat li żviluppaw.

Malta Amateur Athletics Association – għajnuna għall-kumpless

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 18232 u tgħid jekk il-Gvern hux ser jgħin lill-Malta Amateur Athletics Association fil-proġett li tħabbar ftit tal-jiem ilu mill-President tal-Assoċjazzjoni fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-isport u jekk iva tista’ tindika fiex se tkun tikkonsisti tali għajnuna li l-Gvern ser jgħaddi b’rabta mal-proġett li ser isir fejn illum hemm il-kumpless tal-atletika Matthew Micallef St.John fil-Marsa, anke fid-dawl li l-istat li jinsabu fih illum partijiet mill-istess kumpless, żgur li ma jippermettix li jsiru avvenimenti sportivi ta’ livell Internazzjonali?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Il-Kumpless tal-Atletika Matthew Micallef St john huwa mgħoddi b’titlu lil Athletics Malta. Fl-aħħar xhur sar investiment ta’ madwar €600,000 fuq it-track li jinsab fl-istess kumpless. Bl-istess mod kif dan il-gvern jimxi mal-assoċjazzjonijiet sportivi kollha hemm djalogu miftuħ mal-MAAA dwar il-viżjoni preżentatha lil dan il-gvern. Bħalma dejjem għamel, il-gvern ser ikun lest li jgħin permezz ta’ assistenzi varji lill-istess assoċjazzjoni waqt li tkun qed issir evalwazzjoni tal-viżjoni tal-assoċjazzjoni anke fl-ottika tal-Istrateġija Nazzjonali tal-Isport ta’ Pajjiżna.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja – tender jew direct order lil kumpanija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha jew xi entità li taqa’ taħtha, tawx tender jew direct order lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Meta ngħataw, ta’ kemm kienu u abbażi ta’ xiex?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jispeċifika t-talba tiegħu.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja – tender/direct orders lil kumpanija/individwu

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha jew xi entità li taqa’ taħtha taw xi tender jew direct order lill-kumpanija jew l-individwu li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-2013 sa issa? Jekk iva, tista’ taqsam din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Aġenzija Sapport: Is-Servizzi tas- Social Workers

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex jikkonsistu s-servizzi ta’ ħidma soċjali li qed jingħataw lill-persuni b’diżabilità? Kemm hemm social workers li qed iwettqu dawn is-servizzi? Kemm hemm persuni b’diżabilità li qegħdin fil-lista ta’ stennija għal dawn is-servizzi?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li fil-preżent l-Aġenzija timpjega 17-il Social Worker fuq bażi full-time. Dawn il-ħaddiema huma parti minn tim ta’ professjonisti li jservi bħala l-ewwel punt ta’ kuntatt għal dawk il-persuni li jixtiequ jaċċessaw is-servizzi tal-Aġenzija. Dawn il-ħaddiema soċjali jagħmlu l-assessjar meħtieġ u riferti lejn is-servizzi neċessarji. Dan waqt li jħejju wkoll rapporti għal diversi bordijiet u skemi li tmexxi l-Aġenzija; jagħtu sapport lill-familjari ta’ persuni b’diżabilità li jibbenefikaw mid-diversi servizzi tal-Aġenzija; kif ukoll jagħtu s-sapport meħtieġ lill-persuni b’diżabilità li jattendu ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum, is-Servizzi Residenzjali kif ukoll dawk fil-Komunità. Fid-data tat-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari, il-lista ta’ stennija għal dan is-serviz hi ta’ 197. Dawn jinkludu 96 tfal, 43 adolexxenti u 58 adult. Matul is-sena 2020, dan is-servizz kellu 893 każ attiv.

Persuni neqsin mid-dawl f’Malta u Għawdex

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17710, tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni neqsin mid-dawl f'kull lokalità f'Malta u Għawdex?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru totali ta’ persuni neqsin mid-dawl f’Malta u f’Għawdex huwa ta’ 1,643. Il-Ministeru ma jħossx li jkun etiku li joqgħod jagħti ċifri ta’ kemm hemm persuni neqsin mid-dawl f’kull lokalità.

Bankini f’Għawdex li jissodisfaw l-Access For All Guidelines

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-Parlament kemm tistma li hu l-perċentwal ta' bankini f'Għawdex li jissodisfaw totalment l-Access For All Guidelines? Tista' tagħti wkoll perċentwal għal kull lokalità f'Għawdex?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li c-CRPD m’ghandhiex din l-informazzjoni.

Għajnsielem – Learning Hub

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 17713 u tgħid fejn wasal il-proġett imħabbar fl-2017 mill-Gvern fejn il-Learning Hub ġewwa Għajnsielem Għawdex kellu jiġi estiż biex ikun hemm aktar spazju għas-servizzi offruti minn dak il-post? Tista' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li permezz tiegħu l-Gvern kera l-binja tal-Learning Hub?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jaghmel il-mistoqsija tieghu lill-Ministru koncernat.

Għajnsielem — Learning Hub

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17712, tista' l-Ministru tgħid jekk l-amministrazzjoni ġenerali tal-Learning Hub taqax taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tagħha?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jaghmel il-mistoqsija tieghu lill-Ministru koncernat.

Ekwestri Malta — membri

Question

Tista’ l-Ministru tindika jekk ġietx imwaqqfa uffiċċjalment Ekwestri Malta u allura jekk iva tistax tgħid min huma l-membri li qed jiffurmaw din l-entità?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tinghata f’xi seduta ohra.

Ta’ Kandja Shooting Range – spiża tal-Proġett

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġiet tiswa x-Shooting Range f’Ta’ Kandja u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rendikont ta’ kif intefqu l-ispejjeż kollha fuq l-imsemmi proġett?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li twegiba se tingħata f’xi seduta oħra.

Ta’ Kandja Shooting Range –Għeluq ta’ Range 4

Question

Peress li ma kien hemm l-ebda referenza fir-rapport tal-Awditur Ġenerali li ġie ppubblikat ftit tal-ġimgħat ilu dwar Range 4 fix-Shooting Range f’Ta’ Kandja, u li issa ilha magħluqa għal madwar 12-il xahar, tista’ l-Ministru tikkonferma u tgħid x’kienet ir-raġuni għal dan l-għeluq tal-imsemmija range li mhux jippermetti li t-tiraturi jagħmlu użu minnha?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li twegiba se tingħata f’xi seduta oħra.

Ta’ Kandja Shooting Range – Ftuħ ta’ Range 4

Question

Tista’ l-Ministru tindika meta ser terġa’ tinfetaħ Range 4 fis-Shooting Range f’Ta’ Kandja wara li din il-faċilità ilha magħluqa għal madwar 12-il xahar u dan sabiex it-tiraturi jkunu jistgħu jagħmlu użu minnha?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li twegiba se tingħata f’xi seduta oħra.

Malta Amateur Athletics Association – għajnuna għall-kumpless

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Gvern hux ser jgħin lill-Malta Amateur Athletics Association fil-proġett li tħabbar ftit tal-jiem ilu mill-President tal-Assoċjazzjoni fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-isport u jekk iva tista’ tindika fiex se tkun tikkonsisti tali għajnuna li l-Gvern ser jgħaddi b’rabta mal-proġett li ser isir fejn illum hemm il-kumpless tal-atletika Matthew Micallef St.John fil-Marsa, anke fid-dawl li l-istat li jinsabu fih illum partijiet mill-istess kumpless, żgur li ma jippermettix li jsiru avvenimenti sportivi ta’ livell Internazzjonali?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li twegiba se tingħata f’xi seduta oħra.

Għaqdiet, Assoċjazzjonijiet u Klabbs Sportivi – għajnuna — COVID-19

Question

Tista’ l-Ministru tindika b’mod individwali liema kienu dawk l Assoċjazzjonijiet u Klabbs Sportivi li ngħataw għajnuna (u kemm kienu l-ammonti b’mod individwali għal kull Assoċjazzjoni) mill-Gvern matul l-aħħar 10 xhur bħala sostenn għas-sitwazzjoni problematika u diffiċili li ħolqot l-imxija tal-COVID-19 f’pajjiżna lill-istess għaqdiet sportivi fl-operat tagħhom?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li twegiba se tingħata f’xi seduta oħra.

Għaqdiet/assoċjazzjonijet sportivi – allokazzjoni ta’ flus

Question

Mill-vot għall-isport imħabbar fl-estimi tal-baġit għas-sena li ninsabu fiha, tista’ l-Ministru tagħti rendikont ta’ kif se jkunu qed jintefqu l-flus fl-allokazzjoni mħabbra u kemm f’ammonti mill-istess allokazzjoni l-għaqdiet/assoċċjazzjonijiet sportivi ser ikunu qed jibbenefikaw b’mod individwali?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li twegiba se tingħata f’xi seduta oħra.

Għaqdiet volontarji — għajnuna

Question

Peress li diversi għaqdiet sportivi huma għaqdiet volontarji, u peress li minħabba l-pandemija tal-COVID-19 l-attivitajiet kollha li kienu jiġu organizzati bħala 'fund raisers' kellhom jiġu kkanċellati barra l-fatt li l-bottegini ta' dawn l-għaqdiet kellhom jingħalqu għal diversi xhur, tista’ l-Ministru tgħid jekk dawn l-għaqdiet humiex ser jiġu kkumpensati għal dan it-telf ta' flus? Jekk fil-fatt il-Gvern ser jikkumpensa lil dawn l-għaqdiet, f'liema forma ser tkun din l-għajnuna u kemm ser ikun l-ammont?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lil Onor. Interpellant li SportMalta ħarġet żewġ skemi li bihom ikkumpensat għar-renta ta` artijiet mogħtija b’ċens mill-Gvern u anke għal użu tal-faċilitajiet kollha ta` SportMalta fl-2020. Barra minn hekk SportMalta allokat numru ta’ fondi oħra li għenu lil għaqdiet sportive fir-rigward ta’ problem maħluqa bil-pandemija. Is-somma totali mogħtija hija dik ta’ €844,517. Apparti hekk l-għaqdiet sportivi li huma reġistrati wkoll bħala għaqdiet volontarji huma eliġibbli japplikaw taħt l-iskemi varji amministarti mill-Malta Enterprise u mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat li jsostnu salarji, kirjiet tal-‘premises’ mikrija lilhom, kontijiet u kirjiet tal-arloġġ għad-dawl u l-ilma kif ukoll għal spejjes li kellhom isiru fil-binja tagħhom għal raġunijiet ta’ saħħa u sigurta relatati mal-COVID-19. Fl-2020 kien imħabbar fond ta’ emerġenza li minnu bbenefikinaw 126 għaqda volontarja, kif ukoll investiment bla preċedent ta’ €3 miljun ewro dirett fis-settur li kien strumentali għas-sopravevenza tas-settur.

Għaqdiet volontarji li mhumiex fil-kera – nuqqas ta’ għajnuna finanzjarja

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 17349 u tispjega għaliex l-għaqdiet voluntarji li mhumiex fil-kera imma għandhom obbligi finanzjarji sabiex jiffinanzjaw il-fond fejn qed joperaw, mhumiex jirċievu l-ebda għajnuna finanzjarja sabiex jonoraw tali obbligi?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskemi stabbiliti għall-għaqdiet voluntarji isostnu kirjiet. L-għaqdiet volontarji kollha huma eleġibbli sabiex jingħataw sostenn finanzjarju kemm fejn jidħlu kontijiet u kirjiet tal-arloġġ għad-dawl u l-ilma kif ukoll għal spejjes li kellhom isiru fil-binja tagħhom għal raġunijiet ta’ saħħa u sigurta relatati mal-COVID-19.

Ta’ Kandja Shooting Range – irregolaritajiet – Awditur Ġenerali

Question

Wara l-konklużjonijiet tar-rapport tal-Awditur Ġenerali li ġie ppubblikat f’Diċembru 2020 u li l-istess konklużjonijiet urew biċ-ċar numru kbir ta’ irregolaritajiet fit-twettiq tal-proġett tas-shooting range f’Ta’ Kandja, tista’ l-Ministru tgħid jekk u min ser ikun qed jerfa’ r-responsabilità politika għal dawn in-nuqqasijiet kbar imsemmiha fir-rapport?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ta’ Kandja Shooting Range – ċertifikazzjoni ta’ xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċertifikazzjoni tax-xogħlijiet kollha li saru fuq ix-Shooting Range f’Ta’ Kandja?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.