Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — direct orders
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il direct order saret mid-dekasteru tagħha minn Marzu 2022 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk bediex ix-xogħol ta’ restawr f’Selmun Palace li kellu jibda sal-aħħar tas-sena 2022? Jekk iva, tista’ tagħti rendikont tax-xogħol li sar u indikazzjoni ta’ meta hu previst li jitlesta? Jekk le, tista’ tgħid għaliex ix-xogħol ta’ restawr għadu ma bediex?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-persuni b’diżabilità
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn day centres li fihom jistgħu jattendu persuni b'diżabilità u liema huma? Kemm hemm persuni li jattendu f'kull wieħed minn dawn iċ-ċentri? Kemm hemm persuni fuq il-waiting list biex persuni b'diżabilità jattendu f'dawn id-day centres? Dawk il-persuni li qegħdin fuq il-waiting list, kemm ilhom jistennew biex jidħlu f'wieħed minn dawn id-day centres?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li bħalissa s-Servizzi ta’ Matul il-Jum f’Malta għall-persuni b’diżabilità mmexxija minn Aġenzija Sapport jinkorporaw 10 ċentri, wieħed f’Għawdex, u żewġ servizzi outsourced (STAR u SPERO) li kollha joffru servizzi lil adulti b’diżabilità. Hawn taħt tinstab l-informazzjoni dwar kemm hemm klijenti f’kull ċentru.
Ċentru
Numru ta’ klijenti
Paola
39
Imtarfa
77
Ħal Far
78
Fleur De Lys
59
Mtarfa Resource Centre
39
Birgu
26
Swatar
25
Isla
19
Għajnsielem Learning Hub, Għawdex
22
Sliema
39
Baħar iċ-Ċagħaq
25
STAR
34
SPERO
39
Total
521
Fl-ahhar għaxar snin infetħu 4 ċentri ta’ matul il-Jum ġewwa l-Isla, Baħar iċ-Ċagħaq, Tas-Sliema u Għajnsielem, fejn assorbew il-lista tas-stennija li nġemgħat fis-snin ta’ qabel. Hawn taħt tinstab l-informazzjoni dwar kemm hemm klijenti li kull sena daħlu fil-lista ta’ stennija;
2011 – 2 persuni b’diżabilità
2012 – 4 persuni b’diżabilità
2013 – 2 persuni b’diżabilità
2014 – 1 persuna b’diżabilità
2015 – 2 persuni b’diżabilità
2016 – 4 persuni b’diżabilità
2017 – 7 persuni b’diżabilità
2018 – 4 persuni b’diżabilità
2019 – 14 il-persuna b’diżabilità
2020 – 17 il-persuna b’diżabilità
2021 – 18 il-persuna b’diżabilità
Il-bżonnijiet ta’ kull applikant ivarjaw bejn prijorità għolja, medja u baxxa u din tiġi evalwata minn professjonisti minn żmien għal żmien. Matul dan l-assessjar kontinwu, f’każijiet fejn ma hemmx postijiet vakanti f’ċentri addattati skont il-bżonnijiet tal-applikant, niggwidaw lill-applikant għal servizzi alternattivi, filwaqt li qed issir ħidma biex persuni b’diżabilità li jattendu ċ-ċentri jiġi di-instituzjonalizzati permezz ta’ servizzi jew opportunitajiet ġodda.
Hekk kif Malta ffirmat u rratifikat il-Konvenzjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità tal-Ġnus Magħquda, Aġenzija Sapport qiegħda kontinwament tevalwa u taħdem fuq pjani ġodda biex il-persuni b’diżabilità ma jkunux instituzzjonalizzati, iżda nimxu ’l quddiem lejn mudell fejn il-persuni b’diżabilità jkunu ċittadini attivi fil-komunità.
Ftuħ ta’ iktar ċentri ta’ matul il-jum għall-persuni b’diżabilità
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx ħsieb li jinfetħu iktar day centres fejn jistgħu jattendu persuni b'diżabilità?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux eskluż li jinfetħu aktar ċentri ta’ matul il-jum għal persuni b’diżabilità. Madankollu fil-preżent is-Servizzi ta’ Matul il-Jum qed jiġu evalwati sabiex jinħolqu servizzi ġodda bl-għan li l-Aġenzija tirrispondi għall-bżonnijiet u l-interessi tal-applikanti b’modi innovattivi, b’mira li tiżdied l-inklużjoni fil-komunità.
Hekk kif Malta iffirmat u rratifikat il-Konvenzjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità tal-Ġnus Magħquda, Aġenzija Sapport qiegħda kontinwament tevalwa u taħdem fuq pjani ġodda biex il-persuni b’diżabilità ma jkunux instituzzjonalizzati, iżda nimxu ’l quddiem lejn mudell fejn il-persuni b’diżabilità jkunu ċittadini attivi fil-komunità.
Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — safar
Question
Tista' l-Ministru tgħid f’din il-Leġiżlatura jekk u meta sar xi safar barra mill-pajjiż u tipprovdi l-informazzjoni dwar kemm sar użu minn roaming u kemm kien il-ħlas rispettiv għal tali użu, kemm għall-Ministru kif ukoll għall-istaff tagħha b'mod rispettiv għal kull persuna u kull safra?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda ħlas għal roaming.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7223 u 6935, li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Ġustizzja u lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal rispettivament, u tgħid għaliex hemm dewmien twil (saħansitra snin sħaħ ta’ dewmien) fl-għotja ta’ Atti ta’ Kurazija (Guardianship deeds) lil NGOs? Fejn qegħdin jeħlu dawn il-proposti? Tista’ tgħid ukoll jekk dan id-dewmien huwiex ġustifikat jew le? Tista’ tiċċara f’isem il-Gvern jekk hemmx jew le r-rieda politika biex ikomplu jingħataw Atti ta’ Kurazija lil NGOs?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tispeċifika għal liema proposti qed tirreferi.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet quddiem it-tribunal tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) fl-2022? Kemm ġew riżolti u kemm għadhom pendenti?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2022 infetħu 215-il każ ġdid quddiem it-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur. Apparti dawn kien hemm 168-il każ li ma kinux riżolti fl-2021 u li ġew diferiti għas-sena 2022.
Fl-2022 ġew riżolti 75 każ, filwaqt li 76 każ ġew irtirati jew it-Tribunal astjena milli jieħu konjizzjoni tagħhom. Sal-aħħar tal-2022, kien hemm 232 każ li kien għadu qed jinstema'.
Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittjiet tal-Konsumatur – laqgħat fl-UE
Question
Tista’ l-Ministru tgħid għal liema laqgħat attendiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistennija tattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar 12-il xahar attendejt għal dawn il-laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea:
12 ta’ Mejju 2022
Konferenza Ministerjali f’Pariġi organizzata mill-Presidenza Franċiża intitolata: Chemicals: Better Protecting Health and the Environment
22-23 ta’ Settembru 2022
Kunsill Informali tal-Ministri responsabbli mid-Drittijiet tal-Konsumaturi mtella’ fi Praga bħala parti minn sensiela ta’ laqgħat li jiġu organizzati mill-Istat Membru li jkun qed imexxi l-Presidenza tal-UE.
Dwar attendenza għal-laqgħat sa Ġunju ta’ dis-sena, s’issa m’hemmx pjanat safar relatat ma’ materji fi ħdan l-UE.
Tista' l-Ministru tagħti rendikont ta' kull kuntratt ta' konsulenza, servizz jew xort’oħra ta' remunerazzjoni li ngħataw mill-Ministeru jew minn xi entità li taqa' taħtha, lill-Eks Membri Parlamentari li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament bejn l-2018 u llum? Tista' f'kull każ tgħid b'liema proċedura ngħata l-kuntratt jew servizz, x'kienet ir-remunerazzjoni u x'kienu l-benefiċċji u perkaċċi marbuta miegħu?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saru l-ebda kuntratti ta' konsulenza, servizz jew xort’oħra ta' remunerazzjoni lill-Eks Membri Parlamentari msemmija bejn l-2018 sal-lum mill-Ministeru jew entità li jaqgħu taħt id-dekastru tiegħu.
Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — rapporti lill-pulizija
Question
Tista’ l-Ministru tgħid f'dawn l-aħħar għaxar snin kemm-il rapport kriminali sar mill-Permanent Secretary mal-Pulizija fir-rigward tal-eżerċizzju tal-funzjoni tagħhom fil-Ministeru? Tista' tgħid ukoll dwar xiex sar ir-rapport u x'kien l-eżitu ta’ kull rapport rispettiv?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7123, tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-emails bil-mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet lokali jew internazzjonali li ma ġewx imwieġba bil-miktub, speċifikament lil dik il-media house jew l-online news portal, mill-Ministeru tagħha u l-entitajieti/awtoritajiet li jaqgħu taħtha matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar u Frar 2023?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-PQ 7123.
Segretarjat Privat tal-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — karozzi
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6218, tista’ l-Ministru twieġeb l-ewwel parti tal-mistoqsija (a) u tgħid mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozzi tas-Segretarjat Privat tagħha?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ma nxtraw l-ebda karozzi għas-Segretarjat Privat tal-Ministru.
Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — karozza uffiċjali u allowance minflok is-second car tagħha
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6199, ladarba l-Ministru ddikjarat li mhux qed tuża s-second car, tista’ tgħid kemm hu l-allowance li qed tieħu minflok l-użu ta’ din il-karozza?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 36589 li ngħatat nhar il-25 ta’ Settembru tal-2012 tal-Leġiżlatura XI.
Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet lokali jew internazzjonali ma ġewx imwieġba mill-Ministeru tagħha, u l-entitajieti/awtoritajiet li jaqgħu taħtha matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar u Frar 2023? Tista' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dawn l-emails bil-mistoqsijiet kollha li ġew mibgħuta mill-online news portals jew media houses, li ma ġewx imwieġba, għall-perjodu msemmi?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala membri tal-Kabinett tal-Ministri norganizzaw b’mod regolari diversi konferenzi tal-aħbarijiet li matulhom mhux biss nispjegaw inizjattivi ġodda u nagħtu dettalji dwar il-kisbiet li jkun qed jagħmel il-pajjiż, iżda nagħtu wkoll opportunità lill-ġurnalisti jistaqsu dwar liema tema jridu. Irrid ngħid li l-ġurnalisti jikkonkorru u d-domandi jkunu diversi.
Dan fl-istess ħin li jitwieġbu l-bosta domandi li jintbagħtu lill-Ministeru, liema risposti mbagħad jirrapportaw dwarhom il-mezzi tax-xandir. Isir sforz li sa fejn hu possibbli d-domandi kollha li jidħlu jitwieġbu.
Inżid li mhux l-ewwel darba li domandi li jkunu daħlu bil-kitba jkunu eventwalment indirizzati fil-konferenzi tal-aħbarijiet li semmejt qabel.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6865 dwar kollaborazzjoni bejn l-Aġenzija Sapport u Spero, tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar l-indirizz/i tal-faċilità/faċilitajiet tal-koperattiva li qiegħda ssir referenza għalihom fit-tweġiba mogħtija u fejn proprju jsiru laqgħat għall-persuni li jagħmlu użu minn dan is-servizz?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-faċilità tal-Koperattiva tinsab fi Triq l-Iskultur, Ħal Qormi fejn fl-istess faċilità jsiru l-programmi u t-taħriġ skont il-bżonnijiet partikolari li jkollhom bżonn il-persuni li jagħmlu użu minn dan is-servizz.
Awtorità li tissorvelja s-saħħa u s-sigurtà fi spazji pubbliċi u playing fields
Question
Tista' l- Ministru tgħid liema hi l-awtorità li tissorvelja s-saħħa u s-sigurtà fl-ispazji pubbliċi, inkluż fil-playing fields, u telenka lista tal-istandards nazzjonali u internazzjonali użati għal dan l-iskop?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-responsabbiltà għas-saħħa u s-sigurtà ta’ spazji pubbliċi taqa’ fuq is-sid ta’ dawn il-postijiet. Speċifikament dwar saħħa u sigurtà ġewwa Playing Fields hemm standard nazzjonali volontarju ppubblikat mill-Istitut tal-Istandards u l-Metroloġija fi ħdan l-MCCAA li jkopri dawn.
L-Istitut jipprovdi wkoll servizz ta’ verifika kontra r-rekwiżiti ta’ dan l-istandard fuq bażi volontarja fuq talba ta’ terzi li huma responsabbli għal dawn il-postijiet li f’dan il-każ huma l-Kunsilli Lokali.
Mosta – Triq Lorenzo Gafà u Triq l-Indipendenza – rampa biex jaqsmu persuni b’diżabilità
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 4243, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet referuta lilha, u tgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir rampa għal dawk li jkunu qed jaqsmu t-triq f’Independence Avenue, salib it-toroq ma’ Triq Lorenzo Gafà, peress li dawk il-persuni li jużaw is-siġġu tar-roti, mingħajr din ir-rampa ma jkunux jistgħu jużaw il-bankina?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar liema skemi ta’ għajnuna lill-għaqdiet volontarji huma miftuħa preżentement? Liema għaqdiet jistgħu japplikaw għal dawn l-iskemi partikulari?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat bħalissa għandu l-Iskema ta’ Servizz Volontarju taż-Żgħażagħ u l-Iskema ta’ Inizjattiva ta’ Taħriġ miftuħa għall-Organizzazzjonijiet Volontarji kollha rreġistrati mal-OCVO.
Tista’ l-Ministru tgħid minn kemm uffiċjali hija komposta d-Digital Investigations Unit fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) u jekk din il-Unit tagħmilx parti minn xi direttorat tal-MCCAA (jekk iva, liema) jew inkella tweġibx direttment liċ-Chairperson tal-MCCAA? Tista’ tgħid ukoll jekk din il-Unit tenforzax xi liġijiet u jekk iva liema?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Digital Investigations Unit, li għadu qed jinbena bħalissa, huwa kompost minn uffiċjal wieħed u l-pjan hu li dan il-Unit jikber b’mod organiku. Dan il-Unit jutilizza numru ta’ programmi ta’ software li jagħmlu skrutinju awtomatiku ta’ websajts u għaldaqstant hu mistenni li n-numru ta’ impjegati jkun żgħir.
Dan il-Unit m’għandux il-għan li jinforza l-liġijiet hu, imma ġie stabbilit biex jagħti servizz lil aktar minn entità waħda fi ħdan l-Awtorità u l-operat tiegħu jaħdem skont il-pjan ta’ sorveljanza stabbilit mill-entitajiet. Id-Diretturi Ġenerali tal-entitajiet rispettivi huma responsabbli li jagħmlu skrutinju tal-informazzjoni mgħoddija lilhom minn dan il-Unit, u fejn ikun meħtieg jieħdu azzjoni skont kif stabbilit fil-liġijiet speċifiċi tagħhom.
Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5784 u tagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra b’rendikont ta’ kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-entitajiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi minn Marzu 2022 sal-aħħar ta’ Jannar 2023. Dawn ġejjin mil-lokalitajiet ta' Birkirkara, Birżebbuġa, Bormla, il-Furjana, il-Ħamrun, Ħal Għaxaq, Ħal Balzan, Ħal Qormi, Ħaż-Żabbar, l-Isla, l-Imtarfa, l-Imqabba, il-Marsa, il-Mellieħa, il-Mosta, l-Imġarr, in-Naxxar, is-Swieqi, San Ġwann, San Pawl il-Baħar, Wied il-Għajn, iż-Żurrieq u x-Xewkija Għawdex.
Fl-istess ħin qed nipprovdih ukoll b’rendikont tal-ħaddiema li, f’dan l-istess perjodu, spiċċaw mill-istess entitajiet/awtoritajiet minħabba raġunijiet varji.
Entità/Awtorità
Ħaddiema ingaġġati
Ħaddiema li spiċċaw
Kummissjoni għall-Protezzjoni mir-Radjazzjoni Jonizzanti u mhux Jonizzanti (RPC)
1
Nil
Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji (OCVO)
Nil
Nil
Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS)
1
1
Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD)
1
1
Aġenzija Sapport
20
8
Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal- Konsumatur (MCCAA)
6
10