In vista tal-fatt li llum hu stabbilit li fi ħdan Transport Malta teżisti sistema li permezz tagħha jingħata unpaid leave abbażi tal-mertu ta' kull każ, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhuma dawn il-każijiet u/jew kriterji? Jista' jgħid kemm huwa dak il-perjodu li wieħed huwa intitolat għalih?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Transport Malta — persuni li marru għal konfernza 5+5
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37410, jista' l-Ministru jgħid jekk l-organizzaturi li għamlu talba għal persuni għandhomx konnessjoni mat-Transport Malta u jgħid min huma l-istess organizzaturi? Jista' jgħid fuq liema bażi ta' leave ġiet rilaxxata l-persuna involuta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Transport Malta — Secreterial Services Ltd - xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni dettaljata dwar x'inhuma xogħlijiet li jesegwixxu l-impjegati tas-Secretarial Services Ltd f'Transport Malta? Jista' jgħid f'liema dipartiment dawn l-impjegati huma assenti? Jista' jikkompara r-responsabilità tax-xogħlijiet imqabbda lilhom mal-gradi li hemm fl-awtorità? Jista' jipprovdi l-kwalifiki ta' dawn l-impjegati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30547, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ilu jingħata xogħol b'direct orders sa minn meta kienet fis-seħħ l-Awtorità dwar it-Trasport? Jista' jgħid għaliex għadu jgawdi mill-istess xogħlijiet ta' direct orders sal-lum? Jista' jipprovdi lista ta' xogħlijiet li din il-persuna ngħatat mill-2008 sal-lum flimkien mal-ħlasijiet li ġew mogħtija lil din l-istess persuna? Jista' jsemmi minn kienet il-persuna fi Transport Malta responsabbli sabiex din il-persuna tiġi mqabbda u tesegwixxi dan ix-xogħol u jgħid għaliex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fi Triq Diċembru tlesta, direzzjoni mill-Marsa lejn il-Belt fil-parti tat-triq, li kienet magħluqa jingħata wiċċ ta' tarmak fejn bħalissa hemm il-konkoss jidher?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li huwa ppjanat li f’din il-parti ta’ Triq Diċembru 13 se jingħata wiċċ temporanju ta’ asphalt biex iservi sakemm ix-xogħlijiet maġġuri fuq Triq Diċembru 13 li jagħmlu parti mill-proġett tal-underpass, jitkomplew.
Toroq arterjali u distributorji managed biex jitnaqqas it-traffiku
Question
Jista' l-Ministru jara li fejn hemm toroq arterjali jew distributorji li matulhom hemm ukoll toroq lokali li jservu lill-komunità li tgħix f'dawk l-inħawi (eżempju bypass tan-Naxxar, u l-parti tal-bypass ta' Birkirkara fejn l-Iklin), it-toroq mhux arterjali jiġu managed b'mod li ma jkunx possibli li t-traffiku joqgħod jidħol fihom biex jaqbeż il-kjun li jista' jkun hemm fil-bypass, minħabba konġestjonijiet li qed jinħolqu f'dawn il-postijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 37843, naħseb li l-problemi li għalihom qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari għandhom jitnaqqsu.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex matul it-triq li tagħti mill-Imġarr s'Għajn Tuffieħa, jitwaħħlu barriers ta' sigurtà fejn hemm kisriet li jistgħu jikkawżaw diffikulatjiet ta' sewqan fl-istess triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li uffiċċjali ta' Transport Malta ser jagħmlu spezzjoni fuq il-post ħalli jaraw x'jista' jsir.
Jista' l-Ministru jara li l karozza numru 84 li toħroġ minn tal-Barrani tibda tgħaddi minn Santa Luċija biex b'hekk ir-residenti tal-lokal jkollhom aktar servizz?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi l-lokalita` ta' Santa Luċija hija moqdija bir-rotta 83 illi tgħaqqad lill-lokalità mal-Belt Valletta bi frekwenza ta' kull nofs siegħa. Infurmat ukoll li r-rotta 226 tgħaqqad lil din il-lokalita` b'servizz ta' kull siegħa mal-isptar Mater Dei. L-Awtorità temmen li l-iskeda eżistenti hija biżżejjed sabiex tlaħħaq mad-domanda tar-residenti ta’ Santa Luċija.
Infurmat ukoll illi jekk ir-rotta 84 tiġi estiża biex tgħaddi hekk kif suġġerit mill-Onorevoli Interpellant, dan se jirriżulta illi jitwal il-ħin tal-vjaġġ u dan b’riżultat illi din ir-rotta ma tkunx tista’ tlaħħaq mal-iskeda tagħha.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37465 u jintervjeni sabiex anzjani li soltu jagħmlu użu miċ-ċentru tas-saħħa fil-Mosta u li issa dawn is-servizzi imxew għaċ-ċentru tas-saħħa ta' Birkirkara bid-differenza li issa dawn l-anzjani li jaqbdu l-karozza tal-linja biex jagħmlu dan ikollhom jinżlu fil-bypass ta' Birkirkara jaqsmu l-bypass u jinżlu niżla? Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex Transport Malta tbiddel temporanjament ir-rotta tagħha u jkun hemm karozza tal-linja li tgħaddi apposta minn ħdejn il-klinika tas-saħħa ta' Birkirkara ħalli dawn l-anzjani u persuni bi problemi ta' mobiltà jkunu jistgħu jagħmlu użu minnha?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx proposti konkreti dwar x'se jsir mill-British u Knights Building li hemm fl-area ta' Dock 1 ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-użu ta' propost għal British u Knights Buildings qiegħed iddettaljat fid-development brief li l-GHRC issottomettiet lill-MEPA u li l-MEPA għadha qed tikkonsidra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li juri kemm hemm impjegati inkluż konsulenti fi ħdan Transport Malta? Mil-liema sena ġew ingaġġati dawn l-impjegati u f'liema grad? Kemm ġew ingaġġati matul is-sena 2012 u f'liema grad?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jiswew is-siġġijiet tal-ġilda li nxtraw għall-uffiċini l-ġodda tal-Ministri fil-bini tal-Parlament il-ġdid? Jista' jgħid kemm ġew jiswew il-waħda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li sa issa għadhom ma nxtraw l-ebda siġġijiet għall-Parlament il-Ġdid.
Bormla — knisja ta' San Ġwann t'Għuxa - upgrading tal-inħawi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37648 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li quddiem il-knisja ta' San Ġwann t'Għuxa, Bormla eżatt ħdejn il-garaxxijiet li jiġu qrib is-sur tiġi rranġata t-triq u ikun hemm upgrading ta' dawk l-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għalissa m’hemmx xogħlijiet ippjanati minn Transport Malta fit-triq imsemmija.
Billi fil-ħinijiet ta' filgħodu u filgħaxija, (7:00am - 9:00am u 4:30pm - 7:00pm) qed ikun hemm problemi kbar tat-traffiku li qed jikkawżaw traffic jams esaġerati fil-bypass ta' Birkirkara, fil-mili ta' Santa Venera, Regional Road, u fejn il-Monument tal-Ħaddiem fl-Imsida, liema traffic jams qed iwasslu għal inkonvenzjenzi kbar għas-sewwieqa, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex din il-problema tiġi rimedjata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li peress illi l-immaniġġjar tat-traffiku huwa primarjament responsabbilta` tal-Pulizija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu ukoll lill-Ministru kkonċernat.
Madankollu, jien infurmat ukoll li uffiċċjali tal-Infurzar ta’ Transport Malta diġa' qegħdin jiġu stazzjonati f’postijiet strateġiċi matul il-ħinijiet indikati sabiex jgħinu lill-Pulizija fl-immaniġġjar tat-traffiku. Apparti dan, Transport Malta ser tibda timplimenta proġett ta' Immaniġġjar tat-Traffiku Intelliġenti fix-xhur li ġejjin, liema proġett huwa ntiż sabiex jindirizza w jikkontrolla s-sistemi tat-traffiku fuq it-toroq prinċipali bil-għan li tali sistemi jsiru aktar effiċċjenti u effettivi. Dan il-proġett ser ikun jikkonsisti minn qafas ta'
Closed Circuit Cameras
u
Variable Message Signs
sabiex ikun hemm moniteraġġ kontinwu tas-sistema tat-traffiku u permezz tal-
Variable Message Signs
u xandiriet fuq il-
media,
s-sewwieqa jkunu nfurmati dwar il-kundizzjoni tat-traffiku sabiex ikunu f'pożizzjoni li jagħżlu rotot alternattivi. Ser ikun hemm ukoll sistema ta' ottimizzazzjoni tal-ħinijiet tas-sistemi tat-
traffic lights
sabiex tali inkroċji fit-toroq jaħdmu bl-aktar mod effiċjenti.
Wara numru ta' inċidenti li seħħew fi Tal-Barrani limiti taż-Żejtun fost l-oħrajn, jista' l-Ministru flimkien mal-Awtorità konċernata jikkunsidraw li jsiru barriers fis-central strip ħalli ċertu inċidenti jiġu evitati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta se tinvestiga din it-talba biex tara x'jista' jsir.
Jista' l-Ministru jivverfika jekk it-traffic hump li hemm fit-Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ viċin ta' Triq il-Ħlewwa hijiex aktar għolja mid-daqs speċifikat u ħafna vetturi baxxi jispiċċaw iħħokku l-qiegħ magħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ħal Balzan — Triq it-Tabib Zammit - traffic hump għolja
Question
Jista' l-Ministru jivverifika jekk it-traffic hump li hemm fi Triq it-Tabib Zammit f'Ħal Balzan viċin ta' Triq il-Providenza hijiex ta' ogħli kif speċifikat għax ħafna vetturi baxxi jispiċċaw iħokku il-qiegħ magħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċċjali ta’ Transport Malta, rriżulta li din ir-road hump fi Triq it-Tabib Zammit inbniet skont l-għoli speċifikat fl-ittra ta’ approvazzjoni bid-data 23 ta’ Jannar 1998.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37469, 36307 u 35939 u jgħid minn sena ilu 'l hawn kemm tneħħew postijiet ta' parkeġġ minn l-awtoritajiet kkonċernati f'kull lokal?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.