Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali – każijiet ta’ traffikar ta’ persuni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellha każijiet ta’ traffikar ta’ persuni, il-Fondazzjoni Għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, sena b’sena, bejn is sena 2014 u s-sena 2019? Kemm kien hemm persuni f’kull każ? Kemm minnhom kienu każijiet ġodda u kemm minnhom kienet diġà qed taħdem fuqhom il-Fondazzjoni? Kemm kienu nisa, kemm kienu rġiel u x’kienet l-età tagħhom? Kemm kienu tfal?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, it-tagħrif mitlub minnha, huwa spjegat fit-tabelli preżentati aktar ‘l isfel, flimkien ma’ din it-tweġiba parlamentari.
Tajjeb li ninforma lill-Onor. Interpellanta wkoll li dan is-servizz issa huwa wieħed distint b’ tim dedikat ta’ professjonisti jaħdmu fih, kif ukoll numru ta’ safe houses li nkrew mis-settur privat apposta biex il-vittmi ta’ traffikar uman ikunu jistgħu jkollhom fejn joqgħodu sakemm il-professjonisti tagħna jgħinuhom isibu impjieg alternattiv skont il-liġi.
Għandi pjaċir wkoll nirreġistra li s-sena l-oħra, fl-2019, l-FSWS organizzat kemm l-ewwel konferenza interministerjali dwar is-suġġett kif ukoll taħriġ speċjalizzat għall-professjonisti tagħha li jaħdmu f’dan il-qasam. Dan it-taħriġ kien jinkludi wkoll ġimgħa ta’ familjarizzazzjoni fir-Renju Unit, liema żjara kienet faċilitata mill-Kummissjoni Għolja tar-Renju Unit f’Malta
Intake & Family Support Service - Human Trafficking Service
Data was first reported in 2018
Numru ta’ każijiet
New case
Re-contact cases
Known case
Total no. of cases worked with
No. of individuals worked with
2014
-
-
-
-
-
2015
-
-
-
-
-
2016
-
-
-
-
-
2017
-
-
-
-
-
2018
25
0
23
48
48
2019
9
0
39
48
48
N.B. L-istess individwi jistgħu jattendu għas-servizz f’ aktar minn sena waħda.
Individwi skont il-ġeneru
2014
2015
2016
2017
2018
2019
Male
-
-
-
-
19
19
Female
-
-
-
-
29
29
Total
-
-
-
-
48
48
Individwi skont l-età
2014
2015
2016
2017
2018
2019
<17
-
-
-
-
0
0
18-19
-
-
-
-
0
0
20-24
-
-
-
-
8
8
25-29
-
-
-
-
15
12
30-34
-
-
-
-
10
11
35-39
-
-
-
-
5
6
40-44
-
-
-
-
6
7
45-49
-
-
-
-
3
3
50-54
-
-
-
-
1
0
55-59
-
-
-
-
0
1
>60
-
-
-
-
0
0
Age not specified
-
-
-
-
0
0
Total
-
-
-
-
48
48
Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali – każijiet ta’ vjolenza domestika
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellha każijiet ta’ Vjolenza Domestika, il-Fondazzjoni Għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, sena b’sena, bejn is-sena 2014 u s-sena 2019? Kemm kien hemm persuni f’kull każ? Kemm minnhom kienu każijiet ġodda u kemm minnhom kienet diġà qed taħdem fuqhom il-Fondazzjoni? Kemm kienu nisa, kemm kienu rġiel u x’kienet l-età tagħhom? Kemm kienu tfal?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, t-tagħrif mitlub minnha huwa kif qed ikun preżentat fit-tabelli aktar l-isfel, flimkien ma’ din it-tweġiba parlamentari.
Meta tara il-figuri preżentati, l-Onor. Interpellanta ser tara żieda fil-każijiet irrappurtati. Dan huwa dovut għall-impenn tal-Gvern, u partikolarment ta’ dan il-Ministeru, fil-ħidma għal għarfien akbar fost il-pubbliku biex din il-pjaga soċjali tkun rikonoxxuta u min huwa vittma jitkellem u jfittex l-għajnuna.
F’ dan il-kuntest, irrid nirrimarka li, bħala Ministeru, u b’mod partikolari l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, waqt li żdiedu, l-każijiet, konna impenjati li nżidu r-riżorsi għal dan il-qasam. Fil-fatt, bejn l-2013 u l-2019 irduppjana r-riżorsi umani fil-qasam tal-vjolenza domestika, fi ħdan l-FSWS, minn 23 għal 47. Fl-istess medda ta’ żmien, żidna l-baġit għal din it-taqsima minn € 703,016 għal € 1,108,546 – żieda ta’ 57.6%
Dan barra li għandna tliet Public Social Partnerships (PSPs) ma’ Dar Merħba Bik tas-Sorijiet għal Karità, Dar Qalb ta’ Ġesù tal-Fondazzjoni SEBĦ tal-Arċidjoċesi ta’ Malta u Dar Tereża Spinelli tal-Fondazzjoni Suret il-Bniedem; li bejniethom jiċievu maż-€2 miljun fis-sena għat-42 post li għandhom fix-shelters tagħhom għall-vittmi ta’ vjolenza domestika; liema postijiet huma abbinati ma’ programm ta’ ri-integrazzjoni lura fis-soċjetà ta’ dawn il-vittmi bħala persuni sħaħ u indipendenti.
Numru ta’ każijiet
New case
Re-contact case
Known case
Total no. of cases worked with
No. of individuals worked with
2014
276
157
248
681
659
2015
293
110
286
689
668
2016
348
97
273
718
706
2017
338
92
541
971
940
2018
319
135
553
1007
983
2019
683
68
573
1324
1300
N.B. L-istess individwi jistgħu jattendu għas-servizz f’ aktar minn sena waħda.
Individwi skont il-ġeneru
2014
2015
2016
2017
2018
2019
Male
12
14
13
17
35
81
Female
647
654
692
923
948
1219
Sex not specified
0
0
1
0
0
0
Total
659
668
706
940
983
1300
Individwi skont l-età
2014
2015
2016
2017
2018
2019
<17
4
2
2
1
0
5
18-19
6
2
10
9
16
20
20-24
38
46
43
53
52
87
25-29
44
47
68
80
95
106
30-34
57
73
78
114
136
163
35-39
83
70
84
137
147
212
40-44
62
79
81
134
151
206
45-49
54
65
63
109
111
146
50-54
48
44
45
73
89
109
55-59
25
32
41
80
61
79
>60
56
72
59
122
115
167
Age not specified
182
136
132
28
10
0
Total
659
668
706
940
983
1300
Għabex Shelter
Numru ta’ ka¿ijiet
New case
Re-contact case
Known case
Total no. of cases worked with
No. of individuals worked with
2014
54
16
8
78
73
2015
33
15
7
55
49
2016
53
17
3
73
65
2017
34
17
7
58
55
2018
28
21
6
55
51
2019
33
2
2
37
36
N.B. L-istess individwi jistgħu jattendu għas-servizz f’ aktar minn sena waħda
Individwi skont il-ġeneru
2014
2015
2016
2017
2018
2019
Male
0
0
0
0
0
0
Female
73
49
65
55
51
36
Total
73
49
65
55
51
36
Individwi skont l-età
2014
2015
2016
2017
2018
2019
<17
7
8
3
2
2
0
18-19
4
1
5
5
5
0
20-24
7
11
5
6
4
6
25-29
12
7
9
7
6
5
30-34
10
5
10
6
6
5
35-39
5
4
5
8
6
4
40-44
5
2
5
2
3
4
45-49
8
3
8
5
1
7
50-54
2
3
1
1
4
2
55-59
2
1
1
1
4
0
>60
2
0
4
6
7
3
NS
9
4
9
6
3
0
Total
73
49
65
55
51
36
Stop! The Violence and Abuse
Numru ta’ ka¿ijiet
New case
Re-contact case
Known case
Total no. of cases worked with
No. of individuals worked with
2014
35
5
45
85
84
2015
38
4
42
84
84
2016
41
3
46
90
89
2017
33
6
72
111
111
2018
32
1
86
119
118
2019
33
4
46
83
83
N.B. L-istess individwi jistgħu jattendu għas-servizz f’ aktar minn sena waħda
Individwi skont il-ġeneru
2014
2015
2016
2017
2018
2019
Male
84
84
86
107
118
78
Female
0
0
3
3
0
5
Sex not specified
0
0
0
1
0
0
Total
84
84
89
111
118
83
Individwi skont l-età
2014
2015
2016
2017
2018
2019
<17
0
0
0
0
0
0
18-19
0
0
0
1
1
1
20-24
3
3
4
4
6
5
25-29
2
5
7
3
9
5
30-34
10
9
7
7
12
10
35-39
19
16
16
14
21
13
40-44
6
13
14
19
26
19
45-49
3
9
11
13
18
15
50-54
5
9
9
10
10
5
55-59
4
2
5
3
4
3
>60
5
4
6
8
8
7
Age not specified
27
14
10
29
3
0
Total
84
84
89
111
118
83
Aġenzija Appoġġ – każijiet ta’ traffikar ta’ persuni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellha każijiet ta’ traffikar ta’ persuni l-Aġenzija Appoġġ, sena b’sena, bejn is sena 2014 u s-sena 2019? Kemm kien hemm persuni f’kull każ? Kemm minnhom kienu każijiet ġodda u kemm minnhom kienet diġà qed taħdem fuqhom l-Aġenzija? Kemm kienu nisa, kemm kienu rġiel u x’kienet l-età tagħhom? Kemm kienu tfal?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 14739.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellha każijiet ta’ Vjolenza Domestika, l-Aġenzija Appoġġ, sena b’sena, bejn is-sena 2014 u s-sena 2019? Kemm kien hemm persuni f’kull każ? Kemm minnhom kienu każijiet ġodda u kemm minnhom kienet diġà qed taħdem fuqhom l-Aġenzija? Kemm kienu nisa, kemm kienu rġiel u x’kienet l-età tagħhom? Kemm kienu tfal?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 14740
Jista’ l-Ministru jindika kemm hawn tfal li huma taħt care order illum u għal liema raġunijiet qegħdin taħt care order?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-preżent l-għadd ta’ minuri protetti b’Ordni ta’ Ħarsien (Care Order), maħruġa mill-Aġenzija Appoġġ, jammonta għal 278.
Ir-raġunijiet għalfejn dawn il-minuri qegħdin taħt Ordni ta’ Ħarsien (Care Order) huma primarjament is-segwenti:
1. Negliġenza mill-familjari,
2. Inabbiltà li tiġi eżerċitata l-funzjoni ta’ ġenitur minħabba problemi ta’ saħħa fiżika jew saħħa mentali;
3. Mewt tal-ġenituri;
4. Abbuż fiżiku;
5. Abbuż sesswali;
6. Kwalunkwe riskji oħra li l-minuri jista’ ikun espost għalihom fl-ambjent tad-dar fejn ikun qed jgħix mal-familjari tiegħu.
Jista’ l-Ministru jindika kemm hawn ommijiet xebbiet irreġistrati fil-preżent u kemm minnhom jaħdmu? Kemm għandhom tfal u kemm minnhom huma f’riskju ta’ faqar jew qegħdin fil-faqar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tkun qed tingħata waqt seduta oħra.
Aġenzija Appoġġ — Assistenza minħabba abbuż fuq it-tfal
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14615 u 14480 u jgħid: Billi skont l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali hemm 138 tifel u tifla li għadhom jistennew assistenza mill-Aġenzija Appoġġ minħabba l-allegati abbużi fuqhom, jista’ l-Ministru jgħid kemm ilhom dawn it-tfal jistennew biex jingħataw din l-assistenza?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-weġiba se tkun qed tinghata waqt seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jindika l-inizjattivi kollha li saru matul dawn l-aħħar sentejn sabiex tingħata vuċi lill-residenti (u l-qraba tagħhom) biex flimkien ikunu jistgħu jgħixu ħajja aħjar f’dawn id-Djar Residenzjali tal-Anzjani? F’liema Dar Residenzjali twettqu dawn l-inizjattivi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpelant li f’dawn l-aħħar sentejn kienu qegħdin jitlaqqgħu kumitati f’kull Residenza tal-Anzjani tal-Gvern. Dawn il-kumitati jiġu organizzati mill-ħaddiema soċjali u jsiru darba kull xaharejn. F’dawn il-kumitati jiġi diskuss l-andament tar-residenza filwaqt li r-residenti jressqu l-ilmenti tagħhom dwar xi affarijiet jew proċeduri fir-residenza li jixtiequ jaraw mibdula. Il-ħaddiem/a soċjali li jkun qiegħed imexxi dan il-kumitat iservi bħala medjatur sabiex jinstab kompromess bejn ix-xewqat tar-residenti u l-esiġenzi u-regoli tar-residenza.
Fil-ħamest id-djar tal-Gvern hemm ukoll kaxxa tal-posta għas-suġġerimenti u lmenti li tinġabar mill-kap tad-dar kull xahar. Fuq il-kaxxa hemm ukoll numru tat-telefon u ndirizz elettroniku taċ-Ċentru Servizz Anzjan fejn jistgħu ukoll jċemplu biex jgħaddu il-kummenti tagħhom. Qed jiġu nfurmati wkoll id-dar privati kollha, li magħhom il-Gvern għandu ftehim taħt Public Private Partnership, li permezz tiegħu, għandna numru ta’ sodod mixtrija, sabiex dawn id-djar iħaddmu din il-proċedura ukoll f’kas li dan ma kienx diġa’ qiegħed isir mid-dar/djar ikkonċernata/i. Il-ħaddiema soċjali tad-dipartiment jiġu nvoluti sabiex jaraw kull każ b’mod individwali, u jisimgħu x’qiegħed jgħid l-anzjan u/jew il-qraba tiegħu u jitfassal pjan sabiex is-sitwazzjoni partikolari tiġi ameljorata. Dawn l-inizzjattivi jitwettqu f’kull dar residenzjali fejn id-Dipartiment tal-Aanzjanità Attiva u Kura fil-Komunità għandu l-anzjani taħt il-kura tiegħu.
Kull ilment li jasal quddiem id-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità jiġi segwit minn tim ta’ professjonisti skont il-każ li jista’ jinkludi ħaddiema soċjali, nfermiera speċjalizzati u profesjonisti komplimentari għall-mediċina.
Il-Faċilita’ għal Kura fit-Tul San Vinċenz de Paul, f’dawn l-aħħar sentejn bdiet tħaddem dawn l-imsemmija inizzjattivi:
- Isir
welcome encounter
sabiex ir-residenti u l-qraba jkunu jafu fuq is-servizzi, drittijiet u obligazzjonijiet tul il-permanenza ġewwa San Vinċenz de Paul;
- Permezz tal-uffiċċju tal-
Customer Care
, isiru żjarat fis-swali sabiex l-uffiċċjali jiltaqgħu mal-qraba u residenti;
- Isiru numru ta’ stħarriġ fuq dimensjonijiet differenti ta’ kura u kwalita’ tal-ħajja tal-anzjani residenti;
- Isiru telefonati regolari lil qraba tal-anzjani, mill-uffiċċju tal-
Customer Care
;
- Issir ‘relatives day’ mid-dipartiment tal-ġerjatrija fi ħdan ir-Residenza; fejn it-tobba, qraba u residenti jiltaqgħu flimkien sabiex jiddiskutu l-pjan ta’ kura tar-residenti.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, uħud minn dawn is-servizzi offruti mill-Faċilita’ għal Kura fit-Tul San Vinċenz de Paul, ġew imwaqqfa minħabba l-miżuri maħruġa mill-Awtoritaijiet tas-Saħħa, minħabba l-imxija tal-COVID-19.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — servizzi pubbliċi offruti b’mezzi elettroniċi
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ dawk is-servizzi pubbliċi li l-entitajiet/dipartimenti/aġenziji/korporazzjonijiet fid-dekasteru tiegħu joffru b’mezzi elettroniċi u jindika liema minnhom l-utent jista’ jinqeda kompletament b’mezzi elettroniċi (ie ma jkollux għalfejn jimla formoli manwalment jew imur fiżikament f’xi uffiċċju ta’ min qed jipprovdi s-servizz)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ servizzi pubbliċi li l-entitajiet/dipartimenti/aġenziji/korporazzjonijiet fil-Ministeru tal-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali joffru b’mezzi elettroniċi, b’indikazzjoni fejn l-utent jista’ jinqeda kompletament b’mezzi elettroniċi.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — ħaddiema li jaħdmu bit-teleworking
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fuq bażi ta’ teleworking fl-entitajiet/dipartimenti/aġenziji/korporazzjonijiet li hemm fid-dekasteru tiegħu u jaqsam l-informazzjoni skont il-grad li għandhom il-persuni rispettivi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 13978.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk ingħatatx direzzjoni mill-awtoritajiet sabiex anzjani residenti fid-Djar tal-Anzjani (tal-Gvern u fil-privat) ma jitħallewx ipoġġu ikel fi fridges li għandhom aċċess għalihom huma fl-istess residenzi (anke f'ċerti każijiet fil-kmamar tagħhom privati)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali, l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Kommunità, u l-Faċilità għal Kura fit-Tul San Vinċenz de Paul ma ħarġu l-ebda direzzjoni f’dan ir-rigward.
Persuni li għadhom fuq l-assistenza soċjali — impjieg
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’qiegħed isir fil-prattika sabiex dawk il-persuni li għadhom fuq l-assistenza soċjali jiġu mħeġġa biex isibu mpjieg? X’inhuma l-kawżiet prinċipali fejn dawn il-persuni ma’ jistgħux jaħdmu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li permezz ta’ Baġits suċċessivi, b’mod partikolari dawk għas-snin 2014 u 2015, il-Gvern introduċa l-iskema tat-Tapering tal-Benefiċċji għal dawk il-persuni li jiddependu mill-Assistenza Soċjali. Bis-saħħa ta’ din l-iskema, dawk li jkunu fuq l-Assistenza Soċjali għal aktar minn sena (inizjalment il-perjodu kien sentejn iżda eventwalment kien tnaqqas għal sena sabiex aktar persuni jiġu mgħejjuna) ma jitilfux il-ħlas kollu tal-Assistenza immedjatament malli l-persuna issib ix-xogħol iżda jonqos gradwalment fuq perjodu ta’ 3 snin.
Barra minn hekk, ġie ntrodott ukoll l-In-Work Benefit sabiex jagħti appoġġ finanzjarju lil dawk il-persuni li jkunu diġa’ f’impjieg, jew dawk li jidħlu fid-dinja tax-xogħol għall-ewwel darba u li jkollhom tfal dipendenti taħt it-23 sena.
Lil hinn minn problemi ta’ mard personali jew fil-familja jew problemi oħra soċjali li jistgħu jipprojbixxu lil dak li jkun milli jidħol fid-dinja tax-xogħol, ħafna drabi dawn il-persuni kull ma jkollhom bżonn huwa inkorraġġiment u appoġġ biex jagħmlu l-pass meħtieġ biex jitilqu minn fuq id-dipendenza soċjali u jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Huwa propju dan li għamel il-Gvern fl-aħħar snin tant illi dawn il-miżuri għinu sabiex dawk li jiddependu mill-Assistenza Soċjali jonqsu b’aktar minn 50% mill-2012 ‘l hawn.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pensjonanti f’Malta u f’Għawdex, f’Diċembru 2019? Jista’ jagħti break down fil-faxxi ta’ età? Kemm kien hemm ’il fuq minn 70 sena u kemm ’il fuq minn 80 sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu għal pensjonanti residenti f’Malta u f’Għawdex, maqsuma kif mitlub mill-Onor. Interpellant, hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt:
Eta'
Pensjoni
Pensjoni
Pensjoni
Pensjoni
Total
tal-Irtirar
tar-Romol
tal-Invalidita'
tal-Eta'
ta' Pensjonanti
21 - 30
-
5
7
-
12
31 - 40
-
93
103
-
196
41 - 50
-
396
484
-
880
51 - 60
-
1,172
1,938
164
3,274
61 - 70
30,862
2,867
422
1,890
36,041
71 - 80
22,615
5,305
73
1,210
29,203
81 - 90
7,537
5,315
44
541
13,437
91 - 100
804
1,058
5
87
1,954
101 -
10
18
-
4
32
Total
61,828
16,229
3,076
3,896*
85,029
* Madwar 600 persuna li jirċievu l-Pensjoni tal-Età m’humiex inklużi fit-total rispettiv minħabba li jirċievu xi waħda mill-pensjonijiet kontributorji u allura huma inklużi hemm.
Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterji jintgħażel il-klijent li jattendi waħdu fiċ-Ċentru ta' Matul il-Jum mmexxi mill-Aġenzija Sapport?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li, l-Aġenzija Sapport matul dan il-perjodu baqgħet f’kuntatt kontinwu mal-klijenti tagħha u l-familjari tagħhom u tagħti s-sostenn meħtieġ. Dawk il-każijiet li jkunu severi jew meqjusa ta’ emerġenza, isirilhom assessjar komprensiv minn tim multi-dixxiplinarju li jqis il-bżonnijiet tal-klijent u tal-familja. Dawn jinagħtalhom servizz skont l-eżiġenzi tal-każ u fuq bażi one-to-one minflok fi gruppi bħala mezz ta’ prevenzjoni mit-tixrid tal-coronavirus.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ċ-Ċentri ta' Matul il-Jum immexxija mill-Aġenzija Sapport ser jerġgħu jiftħu għan-normal?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li, ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-Persuni b’Diżabilità mmexxija mill-Aġenzija Sapport jinsabu magħluqin fuq direzzjoni tal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika. Dawn ser jibqgħu magħluqa sakemm jingħata avviż ieħor mill-istess awtoritajiet. Sadattant, l-Aġenzija Sapport baqgħet f’kuntatt kontinwu mal-klijenti u qed twasslilhom programmi varji permezz ta’ pjattaformi differenti u l-użu tat-teknoloġija, minbarra li l-familjari qed jiġu segwiti b’mod regolari mill-impjegati tal-Aġenzija Sapport anke permezz ta’ telefonati. L-istess ġenituri huma wkoll mistiedna jipparteċipaw f’sessjonijiet onlajn (webinars) li qed jitwasslu kull ġimgħa minn professjonisti tal-Aġenzija bħala mezz ieħor ta’ sostenn għalihom.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13384, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni ’l fuq minn 40 sena li qed jirċievu l-Għajnuna għal Diżimpjieg Sussidjarja (SUA) fl-aħħar tas-sena 2019 u jista’ jindika kemm ġew rifjutati applikazzjonijiet ġodda li saru tul dik is-sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna għal Diżimpjieg Sussidjarja (SUA), sal-aħħar tas-sena 2019 u għandhom il-fuq minn 40 sena kien jammonta għal 146 (Irġiel 121 u Nisa 25).
Matul is-sena 2019 ġew rifjutati 45 -il applikazzjoni ġdida
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13384, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni ’l fuq minn 40 sena li qed jirċievu Drug Addiction Dependence fl-aħħar tas-sena 2019 u jista’ jindika kemm ġew rifjutati applikazzjonijiet ġodda li saru tul dik is-sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li kienu qed jirċievu, Drug Addiction Dependence (DAD), sal-aħħar tas-sena 2019 u għandhom il-fuq minn 40 sena kien jammonta għal 9 (Irġiel 8 u Nisa 1).
Matul is-sena 2019 ġiet rifjutata applikazzjoni waħda ġdida.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13384, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni ’l fuq minn 40 sena li qed jirċievu l-Għajnuna għal Diżimpjieg (UA) fl-aħħar tas-sena 2019 u jista’ jindika kemm ġew rifjutati applikazzjonijiet ġodda li saru tul dik is-sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna għal Diżimpjieg (UA), sal-aħħar tas-sena 2019 u għandhom il-fuq minn 40 sena kien jammonta għal 402 (Irġiel 353 u Nisa 102).
Matul is-sena 2019 ġew rifjutati 41-il applikazzjoni ġdida.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — persuni impjegati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-karigi/pożizzjonijiet kollha li fid-data tal-lum fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid:
a. Kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi, fil-kariga/pożizzjoni rispettiva?
b. X’inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi/pożizzjonijiet rispettivi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li r-risposta se tingħata waqt seduta oħra.
Ċentri ta’ Matul il-Jum u Djar Residenzjali għall-Persuni b’Diżabilità – drittijiet u responsabilitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-drittijiet u r-responsabiltajiet tal-klijenti li jagħmlu użu mis-servizzi taċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum u tad-Djar Residenzjali għall-Persuni b’Diżabilità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Aġenzija Sapport dejjem tagħti aċċess u tippermetti lill-persuni b’diżabilità li jagħmlu użu mis-servizzi tagħha sabiex jeżerċitaw id-drittijiet u r-responsabilitajiet tagħhom skont il-liġi, skont l-istandards maħruġa mill-Awtorità għall-Istandards ta' Ħarsien Soċjali, ir-regolamenti tal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b'Diżabilità, kif ukoll drittijiet internazzjonali stabbiliti minn liġijiet tal-UE u l-UNCRPD.
Dawn id-drittijiet jinkludu:
§ Id-dritt għal informazzjoni dwar is-servizz li qed jirċievu, waqt li jipparteċipaw fit-teħid ta’ deċiżjonijiet li jirrigwardjaw lilhom;
§ Id-dritt li jaċċessaw informazzjoni li tin¿amm dwarhom mill-Aġenzija, skont kif tippermetti l-Liġi tal-Protezzjoni tad-Data;
§ Id-dritt li jagħżlu liema programm jipparteċipaw fih u li jitolbu tibdil fil-programm jew servizz li qed jirċievu;
§ Id-dritt li jitolbu informazzjoni dwar finanzjar tas-servizz (fil-każ ta’ servizz residenzjali);
§ Id-dritt li jagħżlu staff imħarreġ bħala
key workers
tagħhom skont ir-riżorsi disponibbli;
§ Id-dritt li jirrifjutaw servizz, sakemm din it-talba ma tkunx ta’ detriment għalihom;
§ Id-dritt li jingħataw l-opportunità u l-għajnuna meħtieġa sabiex iwasslu l-opinjoni tagħhom, inkluż id-dritt li joffru suġġerimenti għal tibdil u titjib fis-servizz;
§ Id-dritt li jingħataw servizz personalizzat u komplut, inkluż servizzi oħra tal-Aġenzija kif ukoll minn entitajiet oħra;
§ Id-dritt li jkunu rispettati, waqt li jirċievu servizz b’dinjità skont il-bżonn individwali tagħhom;
§ Id-dritt li jirċievu trattament mediku skont il-bżonn;
§ Id-dritt għal kunfidenzjalità u li jingħataw servizz mingħajr ebda diskriminazzjoni;
§ Id-dritt għal privatezza u sigurtà;
§ Id-dritt li jgawdu d-drittijiet ċivili tagħhom;
§ Id-dritt li jirrappurtaw inġustizzja u/jew abbuż lill-Aġenzija u/jew awtoritajiet esterni oħra, mingħajr riperkussjonijiet;
§ Id-dritt li jingħataw mezz ta’ trasport aċċessibbli waqt l-użu tas-servizz kif ukoll jiġu mgħejuna jużaw mezzi ta’ trasport pubbliku skont l-abbiltajiet u l-bżonnijiet tal-persuna;
§ Id-dritt għal inklużjoni fil-komuntà u f’attivitajiet li jilħqu l-bżonnijiet u l-gosti tagħhom u li jiċċelebraw avvenimenti speċjali;
Ir-responsabilitajiet jinkludu:
§ Li jirrispettaw benefiċjarji oħra u lil min qed itihom servizz;
§ Li jieħdu ħsieb propjetà tal-Aġenzija;
§ Li jieħdu ħsieb affarijiet personali ta’ benefiċjarji oħra, inkluż li ma jintużawx affarijiet personali mingħajr permess tas-sid, ma jsirx serq u l-anqas ħsara;
§ Li jinfurmaw jekk hux ser jattendu (fil-każ ta’ Ċentri ta’ Matul il-Jum);
§ Li jinfurmaw dwar tibdil fil-kundizzjoni ta’ saħħa jew fit-trattamenti li jkunu qed jirċievu;
§ Li jinfurmaw dwar tibdil fid-dieta jew allerġiji;
§ Li javżaw meta jkunu ma jifilħux u jibqgħu d-dar kemm fl-aħjar interess tagħhom kif ukoll fl-aħjar interess ta’ benefiċjarji oħra u staff, waqt li jsegwu d-direzzjoni tat-tabib;
§ Li jinfurmaw dwar tibdil fl-imġieba tagħhom li tista’ tkun ta’ periklu għalihom infushom u għal ħaddieħor;
§ Li jinfurmaw dwar bidla fis-sitwazzjoni soċjali u familjari tagħom, li tista’ taffettwa l-provvediment tas-servizz;
§ Li jirrappurtaw inġustizzji jew imġieba mhux xierqa fil-konfront tagħhom waqt il-provvediment tas-servizz, lil rappreżentanti tal-Aġenzija jew awtoritajiet esterni oħra;
§ Li jipparteċipaw b’mod attiv fl-iżvilupp u titjib tal-operat tal-Aġenzija;
§ Li jirrispettaw il-kunfidenzjalità marbuta mas-servizz kif ukoll il-konfini professjonali.