Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ uffiċċju jew sular tal-quad towers

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha jew xi entità li taqa’ taħtha laħaqx innegozja jew qed jinnegozja xi ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-quad towers?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda negozzjar ta’ kiri jew xiri ta’ uffiċini jew sulari fil-quad towers, la minn naħa tal-Ministeru tiegħi u lanqas mill-entitajiet li jaqgħu fi ħdan il-Ministeru.

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — Safar fuq xogħol tal-Gvern

Question

Tista’ l-Ministru tgħid a. liema kienu s-safar fuq xogħol tal-Gvern li huwa kellu fl-2021 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza; b. liema kienu mħallsa minn fondi tal-Unjoni Ewropea u liema kienu minn fondi nazzjonali; c. min kellu fid-delegazzjoni tiegħu/tagħha; d. x’kienet l-ispiża totali ta’ kull safra msemmija?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox saru 4 żjarat fuq xogħol tal-Gvern. Waħda (1) miż-żjarat ġiet mħallsa minn fondi tal-Unjoni Ewropeja, filwaqt li t-tlieta (3) l-oħra tħallsu mill-fondi nazzjonali. F’kull żjara li saret, id-delegazzjoni ġiet iffurmata mill-impjegati tal-Ministeru stess u l-ispiża totali kienet ta’ €30,052.65.

Żabbar – Triq Redeemer – leakage tal-ilma

Question

Tista’ l-Ministru ġentilment tara li leakage tal-ilma fi Triq Redeemer, Żabbar (il-leakage qiegħed lejn tarf Triq Redeemer, fejn tagħti għal Triq Sant Antnin,) li ilu jiġi rrappurtat għal dawn l-aħħar ħmistax, jiġi rranġat għax diġà inħela ħafna ilma nieżel lejl u nhar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma rċeviet l-ebda rapport fuq il-każ imsemmi. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħadet l-azzjoni neċessarja u l-problema ġiet risolta. Ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll li idealment, għall-kwalunkwe rappurtaġġ ta’ ħsarat fil-futur, għandu jiġi kkuntatjat b’mod dirett il-Helpline tekniku tal-Korporazzjoni fuq 80076400, u b’hekk tkun tista’ tittieħed azzjoni u jsiru l-verifiċi kollha neċessarji mmedjatament.

Marsalforn — Triq il-Qbajjar - problema tad-drenaġġ u ilma maħmuġ

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta ser issolvi darba għal dejjem il-problema ta' drenaġġ jew ilma maħmuġ u jinten li qed jiskula u ilu jiskula għal iktar min sena u nofs, fi Triq il-Qbajjar ġewwa Marsalforn b'inkonvenjent qawwi għar-residenti u l-pubbliku, kif ukoll qed issir ħsara kbira lil din l-imsemmija triq?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan l-iskular ta’ ilma mhux qed joriġina mill-infrastrutturi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (KSI) li hemm fil-madwar. Il-KSI ħadmet u kkolaborat diversi drabi ma’ entitajiet oħra fejn qatt ma nstab li dan l-ilma ġej dirett minn xi kannen tal-ilma jew tad-drenaġġ tal-KSI mit-triq imsemmija.

Ministeru għall-Enerġja, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — Persons of trust

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm Persons of Trust fil-Ministeru tagħha fl-2012 u kemm kien l-ammont totali ta’ dawn il-pagi u benefiċċji?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2012 ma kelli l-ebda Ministeru.

Meter Readers ingaġġati mal-ARMS

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 21709 u telenka n-numru totali ta’ meter readers li kienu impjegati fil-bidu ta’ kull sena mal-ARMS, direttament jew indirettament, bejn l-2013 u l-2021?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi l-ARMS ingaġġat total ta’ 39 meter reader.

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 21043 u telenka kemm intefqu flus mill-Ministeru tagħha u kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtha, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kompożizzjoni ta’ dan il-Ministeru inbiddlet matul is-snin sabiex il-portafoll kiber u żdiedu l-entitajiet. In-nefqa globali tul dawn it-tmien snin kienet ta’ €319,796,36.

Skemi ta’ għajnuna finanzjarja għall-manutenzjoni tal-bjar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid: 1. Kemm-il skema hemm tal-waterservice maħsuba biex joffru għajnuna finanzjarja għall-manutenzjoni tal-bjar?, 2. Kemm-il applikazzjoni daħlet għal kull skema rispettiva?, 3. Kemm-il applikazzjoni ġiet approvata minn meta fetħu dawn l-iskemi? u 4. Kemm-il applikazzjoni baqa’ pendenti sal-ġurnata tal-lum f’kull skema rispettiva?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema tar-Restawr ta’ Bjar Domestiċi hi amministrata mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) u mhux mill-WaterService. Nassumi li qed tirreferi għall-istess waħda. Jekk iva, din l-iskema hija estiża sal-aħħar tas-sena. B’kollox ir-Regolatur irċieva total ta’ 565 applikazzjoni. Ġew approvati 226 applikazzjoni b’valur ta’ €183,278 u m’hemmx applikazzjonijiet pendenti..

Siġġiewi – charging point

Question

Tista' l-Ministru tispjega x'inhi r-raġuni li l-konsumaturi ta' sidien ta' karozzi elettriċi qegħdin jiġu mċaħħda milli jagħmlu użu miċ-charging pillar li hemm installat fil-Pjazza tas-Siġġiewi quddiem il-Kunsill Lokali, minkejja li din ilha nstallata x-xhur?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsumaturi ta' sidien ta' karozzi elettriċi jistgħu jibqgħu jagħmlu użu mis-sett eżistenti ta’ 50 pilastru tal-iċċarġjar imqassamin madwar Malta u Għawdex flimkien mas-6 pilastri ‘Free of Charge’. Sadanittant, il-Ministeru jinsab fil-proċess li jintroduċi sett ġdid ta’ 130 Charging Pillars li mhux biss joffru servizz ahjar meta mqabbel mal-infrastruttura eżistenti iżda se jkun qed jintroduċi wkoll chargers med-fast u fast. Is-sistema kollha ħolistika mhux sempliċiment is-servizz ta’ l-infrastruttura se titnieda fil-ġimgħat li ġejjin.

Water Services Corporation — Sistema tal-ħruġ ta’ kontijiet tas-servizzi tal-ilma – awditjar indipendenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk qattx sar xi awditjar indipendenti tas-sistema tal-ħruġ ta’ kontijiet tas-servizzi tal-ilma forniti mill-Water Services Corporation fuq talba tal-Ministru jew tar-REWS jew ta’ xi entità regolatorja oħra mill-bidu tal-2020 s’issa? Jekk sar xi awditjar, tista’ l-Ministru tgħid meta sar dan u x’kienu r-riżultati.?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mil-bidu tas-sena 2020 s’issa ma sar l-ebda awditjar indipendenti fuq sistemi tal-ħruġ ta’ kontijiet tas-servizzi tal-ilma forniti fuq talba tal-Ministru jew tar-REWS.

Att dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma Kap.545 – passi kriminali konta persuni li kisru dispożizzjoni jew regolamenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ittieħdu passi kriminali kontra persuni li setgħu kisru xi dispożizzjoni tal-Att dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, Kap.545, jew ta’ xi regolamenti magħmulin taħt dan l-istess Att mill-bidu tal-2020 s’issa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu tas-sena 2020 s’issa, intbagħtu tmienja u tletin (38) kwerela uffiċjali mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma lill-Kummissarju tal-Pulizija dwar persuni li setgħu kisru xi dispożizzjoni tal-Att dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, jew ta’ xi regolamenti magħmulin taħt dan l-istess Att. In-numru ta’ każijiet li dwarhom ittieħdu passi kriminali bħala konsegwenza ta’ dawn il-kwereli għandu jintalab mingħand il-Ministeru kompetenti.

Qtugħ tal-provista tal-elettriku — każijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta qtugħ fil-provista tal-elettriku mill-1 ta' Mejju 2021 sal-lum, xahar b'xahar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabella ta’ hawn taħt turi n-numru ta’ każijiet ta’ qtugħ ta’ dawl lokalizzat fis-sistema ta’ voltaġġ għoli ta’ Enemalta. Il-parti l-kbira tal-konsumaturi affettwati kellhom lura l-provvista tad-dawl f’temp ta’ 15-il minuta u ħafna konsumaturi oħra f’inqas minn siegħa. Month No. of Faults May 31 June 50 July 66 August 59 September 42 Il-maġġoranza tal-każi ta’ interruzzjonijiet fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku seħħew fil-heat waves bejn nofs Ġunju sa Awwissu. L-aktar każi spissi kienu dovuti għas-sħana qawwija li minbarra li ħolqot domanda rekord għall-elettriku, toħloq pressjonijiet inevitabbli fuq l-infrastruttura tal-Enemalta

Direttiva dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum tal-bniedem

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’passi ttieħdu s’issa fir-rigward tat-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward tat-traspożizzjoni tad-Direttiva il-KSI ħadet dawn il-passi t’hawn taħt: · Il-KSI kompliet iżżid il-lista ta’ analiżi taħt akkreditazzjoni ISO 17025 u allinjat il-moniteraġġ tal-parametri stabbiliti ma’ dawk tad-direttiva il-ġdida. Id-direttiva l-ġdida tesiġi li l-analiżi isiru minn laboratorji akkreditati taħt l-ISO 17025, akkreditazjoni li il-KSI kisbet u ħadnet għal dawn l-aħħar 15 il-sena. · Il-KSI qed taħdem fuq Pjan għall-Issalvagwardjar ta’ l-Ilma li jista jwassal biex jittieħdu miżuri addizzjonali fl-operat għal-dan il-għan. Dan il-pjan qiegħed jiġi mfassal b’konsultazzjoni ma diversi entitajiet kostitwiti, fosthom id-Dipartiment tas-Saħħa, l-EWA, l-ERA , l-MCCAA u ir-REWS. · Il-KSI nehdiet programm estensiv sabiex jiġu installati dispensers ta’ l-ilma tax-xorb f’diversi postijiet pubbliċi, fl-isptar Mater Dei u fl-iskejjel. · Il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta’ l-Ilma (KSI) tisħaq fuq ħidma persistenti sabiex tnaqqas leakages . Minkejja iż-żieda sostanzjali fid-domanda, fis-sena 2020 il-Korporazzjoni laħqet livell rekord baxx ta’ leakage u ser tibqa’ kommessa biex isir iktar titjib f’dan l-element prinċipali biex ittejjeb is-sostenibilita tal-provvista ta’ l-ilma.

Tarxien – Triq ix-Xintill — xogħol

Question

Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra x’xogħol sar u qiegħed isir fi Triq ix-Xintill Tarxien?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-triq imsemmija l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma installat main tal-ilma ġdid b’tul ta’ 176 metru. Sar ukoll reconnecting tas-servizzi bejn il-main ta’ l-ilma u d-djar. Sar ukoll xi tqegħid ta’ cables ġodda minn naħa tal-Enemalta. B’hekk kemm il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u kif ukoll l-Enemalta lestew ix-xogħlijiet neċessarji kollha.

Wied ta’ Ħal Qormi – ħruġ ta’ drenaġġ

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’kienet il-kawża li mal-ewwel ġranet tax-xita f’Settembru beda jfur id-drenaġġ fil-Wied ta’ Ħal Qormi? X’qed isir biex tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kawża maġġuri ta’ din l-inkonvenzjenza ġejja primarjament minn numru kbir ta’ konnesjonijiet tal-ilma tax-xita ma’ dan il-main arterjali tad-drenaġġ. Din is-sistema tad-drenaġġ tilqa’ ammont kbir ta’ drenaġġ li jkun ġej minn madwar Malta. B’hekk il-problema tiġi kkawżata meta tagħmel ix-xita u mhux f’kundizzjonijiet xotti. Biex tiġi rimedjata s-sitwazjoni l-Korporazzjoni għandha proġett ippjanat għas-sena d-dieħla biex is-sistema tad-drenaġġ tiġi rinnovata. Dan il-proġett ser ikopri lqugħ tad-drenaġġ b’mod iżjed effiċjenti billi nkabbru l-wisa’ tal-pajpijiet u jsiru retention manholes biex jaqdu bħala ritenzjoni tal-ilma u jiġu evitati restrizzjonijiet fis-sistema. B’hekk jitnaqsu l-overflows u l-inkonvenjenzi. Barra minn hekk, qed issir ħidma biex neliminaw li l-ilma tax-xita jispiċċa fis-sistema tad-drenaġġ li qed jikkawża dawn il-problemi.

Qtugħ ta’ dawl f’Ħal Qormi u s-Siġġiewi

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21952, tista' l-Ministru tispeċifika b'elenku tal-ħsarat li ġarbet l-Enemalta fil-ġranet ta' bejn it-28 ta' Ġunju u l-1 ta' Lulju, biż-żewġ dati inklużi? Tista’ tindika fl-elenku, il-ħsara fil-cables fuq is-sistema tad-distribuzzjoni fil-livell 11kV, jiġifieri l-ħsara ta’ bejn kull żewġ substations għal kull ħsara li seħħet fuq kull cable?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ħsarat fid-dati msemmija u fil-lokalitajiet riferuti, kien hemm ħsara fis-sistema 11KV bejn iċ-Centru ta’ Distribuzzjoni Marsa South u s-substation ta’ Ħal-Qormi f’Wied il-kbir li affetwa numru ta’ substations.

Individwu – kariga jew konsulenza

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għandux xi kariga jew konsulenza mal-Malta Enterprise jew xi entità oħra li taqa' taħtha?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu msemmi m’għandu l-ebda kariga jew konsulenza mal-Malta Enterprise jew ma’ xi entità oħra li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħi.

Arbli tad-dawl — postijiet rurali

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22031 u 21925 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21677, tista’ l-Ministru tagħti lista tat-toroq fejn twaħħlu l-imsemmija arbli?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-arbli msemmija twaħħlu f’diversi toroq f’lokalitajiet differenti, dawn jinkludu: Attard, Birgu, Birkirkara, Birżebbuġa, Fgura, Floriana, Għargħur, Għaxaq, Gudja, Gzira, Ħamrun, Kalkara, Lija, Luqa, Marsa, Marsaskala, Marsaxlokk, Mellieħa, Mġarr, Mosta, Mqabba, Msida, Mtarfa, Naxxar, Paola, Pembroke, Pieta, Qormi, Rabat, Safi, San Ġwann, San Ġiljan, San Pawl il-Baħar, Santa Lucia, Santa Venera, Siġġiewi, Sliema, Swieqi, Tarxien, Valletta, Żabbar, Żejtun, Żurrieq, u Għasri (Għawdex).