Legislature:
Category:
Reset
Active:

Is-Siġġiewi – Triq tal-Ħarruba – Enemalta – Tiswija ta’ lampa tat-triq

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex waslet it-tiswija tal-lampa tat-triq (street lighting) bin-numru ta’ notifika tal-Enemalta 304694672 fi Triq tal-Ħarruba, is-Siġġiewi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li t-tiswija fuq il-lampa li qed issir referenza għaliha saret. Persuni li jkollhom diffikultajiet dwar xi infrastruttura tal-Enemalta jistgħu jċemplu fuq 8000 2224 jew jagħmlu rapport online permezz tas-sit elettroniku enemalta.com.mt

Is-Siġġiewi – Triq Manwel Bonnici – Enemalta – Tiswija ta’ lampa tat-triq

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex waslet it-tiswija tal-lampa tat-triq (street lighting) bin-numru ta’ notifika tal-Enemalta 304690791 fi Triq Manwel Bonnici, is-Siġġiewi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li t-tiswija fuq il-lampa li qed issir referenza għaliha saret. Persuni li jkollhom diffikultajiet dwar xi infrastruttura tal-Enemalta jistgħu jċemplu fuq 8000 2224 jew jagħmlu rapport online permezz tas-sit elettroniku enemalta.com.mt

Is-Swieqi, Pembroke u San Ġiljan – ERA – Kwalità tal-arja – Monitoraġġ

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk, minbarra l-monitoraġġ regolari tal-kwalità tal-arja permezz tad-diffusion tubes, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) wettqitx jew għandhiex il-ħsieb twettaq monitoraġġ jew investigazzjonijiet immirati fiż-żoni tas-Swieqi, Pembroke u San Ġiljan, b’mod partikolari fil-ħinijiet meta r-residenti jirrapportaw irwejjaħ qawwija, dħaħen jew emissjonijiet? Tista’ tispeċifika wkoll jekk saritx valutazzjoni dwar jekk is-sustanzi mmonitorjati min-netwerk eżistenti humiex adegwati sabiex jiġu investigati dawn ir-rapporti u jekk itteħdux passi sabiex jiġi identifikat is-sors tal-emissjonijiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalma spjegajt fit-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 1958, mill-perspettiva tal-kwalità tal-arja ambjentali, in-netwerk ta’ monitoraġġ tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) jissodisfa l-obbligi li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwalità tal-arja ambjentali. Minkejja dan, l-ERA tibqa’ impenjata li tinvestiga rapporti li jaqgħu taħt il-mansjoni ambjentali tagħha.

L-Imġarr - Qtugħ fil-provvista tal-elettriku

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1991, fejn qed jingħad li ser ikun hemm iktar tisħiħ fis-sistema tal-cables tal-Enemalt, fil-lokalità tal-Imġarr, Malta, tista’ l-Ministru tagħti indikazzjoni dwar fejn huma mistennija jitqiegħdu l-cables indikati? Tista’ tgħid ukoll meta hu mistenni li jsir dan ix-xogħol?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Enemalta qed tippjana aktar xogħlijiet ta’ rinfurzar fin-network tad-distribuzzjoni fl-Imġarr. It-tisħiħ tan-network huwa proċess kontinwu u l-interventi meħtieġa jiġu ppjanati skont il-ħtiġijiet tekniċi u operattivi tan-network.

Il-Mellieħa - Qtugħ fil-provvista tal-elettriku

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1990, fejn qed jingħad li ser ikun hemm iktar tisħiħ fis-sistema tal-cables tal-Enemalta fil-lokalità tal-Mellieħa, tista’ l-Ministru tagħti indikazzjoni dwar fejn huma mistennija jitqiegħdu l-cables indikati? Tista’ tgħid ukoll meta hu mistenni li jsir dan ix-xogħol?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li Enemalta qed tippjana aktar xogħlijiet ta’ rinfurzar fin-network tad-distribuzzjoni fil-Mellieħa. It-tisħiħ tan-network huwa proċess kontinwu u l-interventi meħtieġa jiġu ppjanati skont il-ħtiġijiet tekniċi u operattivi tan-network.

Grid tal-Elettriku – Implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet tal-NAO

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema mir-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) dwar il-grid tal-elettriku ġew implimentati b’mod sħiħ sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, wara s-sajf tal-2023, Enemalta aċċellerat programm estensiv ta’ investiment u tisħiħ tan-network tad-distribuzzjoni, b’enfasi fuq iż-żieda fil-kapaċità, ir-reżiljenza u l-ippjanar tan-network għall-ħtiġijiet preżenti u futuri. Dan huwa konformi mad-direzzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika. Bejn l-2023 u l-2025, Enemalta wettqet programm ta’ investiment ta’ €141 miljun fin-network tal-elettriku. Fiż-żoni fejn saru xogħlijiet ta’ tisħiħ tan-network, diġà qegħdin jidhru r-riżultati ta’ dawn l-interventi f’network aktar b’saħħtu u b’aktar kapaċità. Madankollu, l-infrastruttura tal-elettriku teħtieġ titjib u investiment kontinwu, partikolarment fid-dawl taż-żieda fid-domanda u l-isfidi li ġġib magħha it-tibdil fil-klima. L-investiment li qed isir huwa wieħed bla preċedent biex nindirizzaw sfidi li sibna u li jeħtieġu azzjoni konkreta. L-investimenti qegħdin isiru fuq diversi livelli tan-network u jinkludu substations ġodda, cables ġodda ta’ vultaġġ medju taħt l-art, low-voltage feeders ġodda, bdil ta’ transformers u modernizzazzjoni ta’ switchgear. Fl-istess waqt saru investimenti fid-distribution centres. Fl-2026 ġew konklużi proġetti fin-Naxxar, is-Siġġiewi u l-Imsida, b’investiment totali ta’ madwar €40 miljun. Fl-Imsida, il-kapaċità installata rdoppjat minn 30MVA għal 60MVA, filwaqt li ċ-ċentri tan-Naxxar u s-Siġġiewi għandhom kapaċità installata ta’ 60MVA kull wieħed. Saru wkoll investimenti f’ċentri ta’ distribuzzjoni eżistenti bħal Bugibba, St. Andrew’s, Ħal Kirkop u fil-Mosta. F’Jannar 2026, Enemalta kompliet issaħħaħ l-ippjanar fit-tul permezz tat-tnedija tal-Pjan ta’ Disa’ Snin, li jistabbilixxi direzzjoni fit-tul għall-iktar tisħiħ tan-network tal-elettriku. F’Għawdex ukoll qed jitmexxew ’il quddiem investimenti strateġiċi, fosthom il-proċess għal żewġ cables ġodda ta’ 33kV bejn Malta u Għawdex, konnessjoni ġdida ppjanata ta’ 132kV, kif ukoll żewġ distribution centres ġodda. L-implimentazzjoni tal-miżuri marbuta mar-rakkomandazzjonijiet tal-NAO għandha titqies fil-kuntest ta’ programm kontinwu ta’ tisħiħ, modernizzazzjoni u ppjanar fit-tul tan-network. L-infrastruttura elettrika mhijiex investiment ta’ darba, iżda teħtieġ proċess kontinwu ta’ tisħiħ u titjib sabiex tibqa’ tlaħħaq maż-żieda fid-domanda, mat-tkabbir ekonomiku, mat-tibdil fil-klima u mal-ħtiġijiet futuri tal-pajjiż.

Armada LNG Mediterrana – Status operattiv u marittimu

Question

Tista’ l-Ministru tagħti dettalji dwar l-istatus ċertifikat kurrenti tal-bastiment Armada LNG Mediterrana f’dak li jirrigwarda; i.    is-sistema ta’ propulsjoni; ii.    il-ġenerazzjoni tal-elettriku abbord; iii.    il-klassifikazzjoni marittima (class status); u iv.    l-ħajja operattiva residwa (remaining service life) ta’ dan il-bastiment?

Response (DALLI, MIRIAM)

L-informazzjoni mitluba tirrigwarda l-istatus tekniku u operattiv tal-FSU, li jifforma parti mill-infrastruttura kritika tal-provvista tal-enerġija, u għaldaqstant hija ta’ natura sensittiva u tqajjem kunsiderazzjonijiet ta’ sigurtà.

Floating Storage Unit – Assunzjonijiet dwar l-Operabbiltà u Kontinġenzi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk wara l-maltempati Helios u Harry sarx rikalkolu formali tal-assunzjonijiet dwar l-operabbiltà tal-Floating Storage Unit (FSU) f’kundizzjonijiet ħżiena tat-temp u l-valutazzjoni ta’ kontinġenzi multipli simultanji (compound contingencies)?

Response (DALLI, MIRIAM)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Delimara 4 – Outage tat-Turbina tal-Fwar

Question

Tista’ l-Ministru tindika meta ma kinitx qed topera (outage) it-turbina tal-fwar ta’ Delimara 4 (D4), matul l-2024 u għall-istess perjodu tgħid: i.    kemm kien twil dan il-perjodu; ii.    kemm kienet il-kapaċità f’MW li baqgħet disponibbli minn D4 f'dan il-perjodu; iii.    kemm ġew iġġenerati megawatt-siegħa (MWh) matul dan il-perjodu; u iv.    kemm kien il-volum totali ta’ gass ikkonsmat matul dan il-perjodu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li: i.            Matul l-2024, it-turbina tal-fwar ta’ D4 twaqqfet skont ma hija l-prassi li jiġri wara 60,000 siegħa t’operat effettiv, biex saritilha manutenzjoni preventiva estensiva li damet għal 33 ġurnata; ii.            Il-kapaċità disponibbli minn D4 f'dan il-perjodu kienet ta’ 100.5MW; iii.            Matul dan il-perjodu ġew iġġenerati 65,169.5 MWh minn D4 (minn kapaċità disponibbli ta’ 80,260.39 MWh); iv.            Il-volum totali ta’ gass ikkonsmat minn D4 matul dan il-perjodu kien madwar 705,250MMBtu.

Bastimenti tal-LNG – Dħul għal Servizzi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il dħul/sejħa (call) ta’ bastimenti tal-LNG kienet għal provvista ordinarja (normal replenishment), u kemm minnhom saru għal servizzi oħra bħal dħul ta’ gass (gas-up), tkessiħ (cool-down), ġestjoni ta’ fdal ta’ gass likwidu (heeling) jew operazzjonijiet tekniċi oħra?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Enemalta għandha x’taqsam biss mas-sejħa tal-provvista ordinarja tal-LNG fejn kien hemm 67 sejħa.

LNG – Kunsinni Ship-to-Ship

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tagħrif dettaljat dwar kull kunsinna minn vapur għal vapur (Ship-to-Ship / STS delivery) li saret bejn l-2022 u l-2026, u għal kull kunsinna, tindika: i.    l-istokk tal-bidu (opening stock); ii.    il-kwantità trasferita; iii.    l-istokk tal-għeluq (closing stock); u iv.    l-livell minimu ta’ stokk irreġistrat qabel il-wasla tal-kunsinna ta’ wara?

Response (DALLI, MIRIAM)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 691 u tgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Tista’ tgħid ukoll liem sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 975.

L-inħawi ta’ San Anard – Xogħlijiet – Użu ta’ għalqa privata

Question

Fid-dawl li biex isir ix-xogħol relatat man-new water u biex isir ukoll pavimentar ġdid fl-inħawi ta’ San Anard (eżatt biswit il-Kappella ta’ San Nikola), għal dawn l-aħħar tliet snin il-kuntrattur għamel użu minn għalqa privata sabiex tqiegħed materjal ta’ kostruzzjoni, tista’ l-Ministru tgħid meta se jitlestew dawn ix-xogħlijiet? Tista’ tgħid ukoll meta din l-għalqa se terġa’ tingħata lura lis-sidien tagħha? Tista’ wkoll taċċerta li din l-għalqa tingħata lura fl-istess stat li kienet qabel bdew dawn ix-xogħlijiet? Tista’ tgħid ukoll jekk hux se jkun qed jingħata kumpens lis-sidien ta’ din l-għalqa talli ntużat?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett li qed issir referenza għalih huwa kkordinat minn Infrastucture Malta.

In-naħa t’isfel ta’ Malta – New water – Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta se jitlesta x-xogħol fuq is-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma tat-tisqija tal-għelieqi (new water) fin-naħa t'isfel ta' Malta, b’mod partikolari f’Marsaxlokk, Xrobb l-Għaġin, Delimara, Wied il-Għajn, l-inħawi tal-Bidni, l-inħawi ta’ San Anard u l-inħawi ta’ San Tumas, fid-dawl li ħafna mill-bdiewa ilhom mingħajr dan is-servizz għal aktar minn seba’ snin? Tista’ tgħid ukoll jekk parti minn dan ix-xogħol huwiex se jerġa’ jinqala’ u jsir mill-ġdid, peress li fih ħafna nuqqasijiet u difetti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet relatati mal-mejnijiet tas-servizz tan-New Water fiż-żona indikata tlestew.  Bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet biex tiġi installata u kummissjonata l-infrastruttura tal-fibre optic, li eventwalment se twassal għall-kummissjonar tad-dispensers. Fil-frattemp, sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni u l-bdiewa jkollhom aċċess għall-ilma ġew installati card-operated dispensers temporanji, li eventwalment se jinbidlu għal fibre-optic dispensers ġodda li jaħdmu b’sistema intelliġenti. Ninsab infurmata li x-xogħol li sar ma fih l-ebda difetti, kif qed jipprova jinsinwa l-Onor. Interpellant.

ERA – Pjattaforma ERIS

Question

Tista’ l-Ministru tispeċifika kemm mill-41 rapport li rċeviet l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) permezz tal-pjattaforma ERIS kienu jirrigwardaw skart mormi illegalment u kemm kienu jirrigwardaw nuqqas ta’ ġbir tal-iskart fil-lokalità tas-Swieqi? Tista’ tgħid ukoll kemm-il ilment dwar dawn il-problemi wasal għand l-Awtorità permezz ta’ emails mill-Kunsill Lokali tas-Swieqi u x’azzjoni ttieħdet f’kull kategorija ta’ każ, inkluż jekk l-ilmenti wasslux għal interventi korrettivi jew għal azzjoni ta’ infurzar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-41 rapport li rċeviet l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) permezz tal-pjattaforma ERIS kienu relatati ma’ skart mormi llegalment fil-lokalità tas-Swieqi. Ir-ronda tal-ġbir tal-iskart, inkluż kwalunkwe nuqqas ta’ ġbir applikabbli, ma jaqax taħt il-mansjoni regolatorja tal-ERA, iżda huwa suġġett għal arranġamenti bejn il-Kunsill Reġjonali rispettiv u l-kuntrattur responsabbli. Fir-rigward ta’ rapporti li jaslu permezz ta’ emails, l-ERA tieħu nota ta’ dawk relatati ma’ rimi llegali ta’ skart u, fejn meħtieġ, tinkludi l-postijiet indikati fil-lista tagħha ta’ żoni li jeħtieġu monitoraġġ. L-ERA ripetutament tħeġġeġ lill-Kunsilli Lokali u dawk Reġjonali sabiex ir-rapporti jiġu sottomessi permezz tal-pjattaforma uffiċjali tagħha, fejn ikunu jistgħu jiġu reġistrati, segwiti b’mod strutturat u tinżamm statistika. Fejn rapport dwar rimi llegali ta’ skart ikun jeħtieġ segwitu mill-ERA, il-post jista’ jiġi inkluż fil-lista ta’ hotspots u jkun suġġett għal monitoraġġ mill-uffiċjali tal-infurzar. Fejn jiġu identifikati irregolaritajiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-ERA, tittieħed l-azzjoni meħtieġa skont iċ-ċirkostanzi tal-każ u skont dak stipulat fil-liġi applikabbli. Dawn jinkludu multa għal min jinqabad joħroġ l-iskart mhux skont l-iskart li jkun se jinġabar f’dik il-ġurnata partikolari, kif ukoll twissija uffiċjali lil min jinqabad għall-ewwel darba ma jsegwix l-obbligu tas-separazzjoni mandatorju tal-iskart.

ERA – Spezzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tispeċifika kemm mill-294 spezzjoni mwettqa mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) fil-lokalità tas-Swieqi bejn Jannar 2025 u Awwissu 2026 saru matul l-2025 u kemm matul l-2026? Tista’ tgħid ukoll jekk, minn Settembru 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, sarux aktar spezzjonijiet u nħarġux aktar multi relatati ma’ rimi illegali tal-iskart fl-istess lokalità u, jekk iva, kemm?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, b’żieda mat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 1948, fir-rigward ta’ skart maħruġ ħażin fis-Swieqi, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) għamlet 120 spezzjoni ta’ bejn erba’ u ħames sigħat kull waħda matul is-sena 2025. Bejn Jannar 2026 sal-aħħar ta’ Settembru 2026, saru 245 spezzjoni oħra. Nikkonferma li tali spezzjonijiet komplew isiru mid-data tar-risposta u għandhom jibqgħu għaddejjin fil-hotspots l-iktar kritiċi provduti mill-Kunsill Lokali tas-Swieqi stess. Matul ix-xahar ta’ Settembru 2026 biss, l-ERA wettqet 62 spezzjoni oħra fis-Swieqi li wasslu biex inħarġu 6 multi oħra kif ukoll 16 -il twissija formali fuq skart maħruġ ħażin u mhux isseparat sew.

ERA – Membri tal-bord

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni li tagħti dettalji, għal kull wieħed mill-membri attwali tal-Bord tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), dwar il-kwalifiki akkademiċi, l-esperjenza professjonali u l-kompetenza rilevanti tagħhom, kif ukoll tindika l-kriterji li abbażi tagħhom inħatru bħala membri tal-Bord? Tista’ tgħid ukoll jekk, qabel il-ħatra ta’ kull membru, saritx verifika dwar il-konformità mal-kriterji u mar-rekwiżiti legali applikabbli għall-kompożizzjoni tal-Bord u, jekk iva, tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumentazzjoni rilevanti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2470.