Jista’ l-Ministru jgħid jekk in-numru ta’ containers li hemm quddiem il-Fortizza ta’ Sant’Anġlu fil-Birgu humiex qegħdin jostakolaw il-vista u l-ispazju?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Konsulenti — Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għall-ingaġġar ta' konsulenti mill-Ministeru tiegħu, xahar b'xahar, minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Fiex kienu jikkonsistu dawn il-konsulenzi; min kienu dawn il-konsulenti; xi kwalifiki għandhom; x'inhi l-kompetenza tagħhom u kemm tħallas kull konsulent għal kull servizz ta' konsulenza li ta? Jista’ jgħid ukoll dawn il-konsulenti kif ingħataw dan ix-xogħol, jekk hux permezz ta' direct order jew tender?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti fis-Segretarjat tal-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċċi huma ingaġġati skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Ħaddiema part-time
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' kemm hemm ħaddiema impjegati fuq bażi part-time fil-Ministeru tiegħu u x'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-impjegati għandhom impjieg full-time x'imkien ieħor?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li fil-Ministeru tal-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi hemm 10 impjegati fuq bażi part-time.
Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ Gaming Companies reġistrati u li għandhom registered address ġewwa Malta tul dawn l-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Filwaqt li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapport annwali tal-Malta Gaming Authority, nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-rapporti annwali preċedenti li diġà ġew imqegħdin fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ startups ġewwa Malta u Għawdex li qed jaħdmu fid-deep tech (inkluż AI, robotics, fintech u blockchain) tul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni kif mitluba ma tinġabarx mill-Ministeru, madanakollu qiegħed inpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra informazzjoni pubblika ta’ kif kibru dawk is-setturi li jinkorporaw il-maġġur parti assoluta ta l-attività li joperaw dawk l-kumpaniji mitluba matul is-snin, b’hekk ikun jista’ jieħu idea aktar ċara ta’ l-avvanz kbir li għamel pajjiżna f’dawn l-aħħar snin.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni b'diżabilità impjegati direttament mal-Ministeru tiegħu? Jekk iva, kemm hu n-numru ta' persuni u x'tip ta' xogħol iwettqu? F'kull każ, jista’ jgħid ukoll kemm ilha impjegata din il-persuna?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Filwaqt li nirreferi lil-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ingħatat lill-kollega tagħha għall-mistoqsija parlamentari 24614, ġejt infurmat illi l-informazzjoni kif mitluba ma tkunx tista’ tinġabar minħabba n-natura sensittiva u privata tagħha. Intenni illi l-Gvern jibqa’ kommess li jappika politiki u miżuri inklussivi fuq il-post tax-xogħol biex jissaħaħ l-istatus ta’ persuni b’diżabilità impjegati kif spjegajt fl-interpellenza su referita.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni b'diżabilità impjegati ma' xi entità/dipartiment/awtorità, eċċ. li jaqgħu taħtu? Jekk iva, ma' liema entità/dipartiment/awtorità u kemm hu n-numru ta' persuni għal kull entità/dipartiment/awtorità u x'tip ta' xogħol twettaq kull persuna? F'kull każ, jista’ jgħid ukoll kemm ilha impjegata din il-persuna?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirefferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W350.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġġenerat flus b’mod dirett il-blockchain ġewwa Malta u Għawdex minn meta Malta saret ‘Blockchain Island’, maqsuma sena b’sena?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Blockchain hija teknoloġija bħalma huwa eżempju l-Internet, għalhekk, qed nistaqsi l-Onor. Interpellant biex jiċċara u jkun iktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Infiq fuq hospitality
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus bħala hospitality mill-Ministeru tiegħu, xahar b’xahar minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża f'hospitality, id-data ta' meta ntefqu dawn il-flus u minn liema membru tal-Ministeru ntefqu dawn il-flus f'hospitality?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal-line item ta' “hospitality” fl-estimi finanzjarji tal-estimi tal-budget li kopja tagħhom diġà tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Sponsorships u donazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22721 u jagħti lista tal-benefikanti minn sponsorships u donazzjonijiet li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, tal-benefiċċji ta' 'l fuq minn €2,500 għal kull għotja fis-sena 2023, u minn Jannar sa Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm ingħata lil kull benefikant u kif ġew magħżula biex jibbenefikaw minn dawn il-fondi?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni miġbura.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Ħaddiema full-time
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' kemm hemm ħaddiema impjegati fuq bażi full-time fil-Ministeru tiegħu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirefferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 24858.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Frar 2025?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 25778.
Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu tul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fis-sena 2025 u għalhekk m’għandu l-ebda Direttiva li għadha pendenti.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Chairpersons
Question
Jista' l-Ministru jgħid min kienu / huma ċ-chairmen/chairwomen tad-diversi aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, kummissjonijiet u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jekk dawn humiex/kenux chairmen/chairwomen eżekuttivi jew le?
Jista' jgħid ukoll:
(a) Kemm damu / ilhom fil-ħatra ċ-chairmen/chairwomen tal-bordijiet ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi u meta ser jispiċċa t-terminu tagħhom?
(b) Kif ġew magħżula kull wieħed / waħda minn dawn iċ-chairmen/chairwomen tal-bordijiet ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi, sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(c) X'kumpens finanzjarju u perkaċċi oħra bħal disturbance allowance, communications allowance, fully-expensed mobile telephony, free telephony, internet service, Car Allowance, Fuel Vouchers, use of car-hired car, use of government-owned car, tablets, laptops, Expertise allowance, disturbance allowance, shift allowance jew xi tip ta' allowance u / jew perkaċċi oħra (speċifika) ħadu / qed jieħdu kull wieħed/waħda minn dawn iċ-chairmen/chairwomen tal-bordijiet ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi sena b'sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(d) Kemm-il siegħa fil-ġimgħa kienu/huma obbligati li jaħdmu dawn iċ-chairmen/chairwomen tal-bordijiet biex imexxu dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi, sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(e) Liema kienu / huma dawk iċ-chairmen/chairwomen, sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time fis-servizz pubbliku, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet tal-Gvern, ma’ min u f'liema kariga / grad?
(f) Liema kienu / huma dawk iċ-chairmen/chairwomen, sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi li kienu / huma wkoll impjegati full-time mal-privat, ma’ min u f'liema kariga / grad?
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra ta' ħatra u l-kuntratt ta' dawn iċ-chairmen/chairwomen?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li qed inqiegħed l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kumpaniji reġistrati f’Malta li m'għandhomx kont bankarju f'Malta
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17364 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi, jista' l-Ministru jgħid kemm mit-58% tal-kumpaniji reġistrati f'Malta li m'għandhomx IBAN Malti għandhom sidien benefiċjarji aħħarin (Ultimate Beneficial Owners) barranin?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tali informazzjoni ma tinġabarx.