Għawdex — applikazzjonijiet għal fabbriki tal-produzzjoni tal-mediċina tal-Cannabis
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk f'Għawdex hemmx applikazzjonijiet pendenti biex jinbnew fabbriki tal-produzzjoni tal-mediċina tal-Cannabis f'żoni mhux industrijali? Jekk iva fejn qed jiġi propost li jinbnew u kemm hu l-ammont ta' applikazzjonijiet li hemm u f’liema lokalitajiet ġewwa Għawdex huma dawn l-applikazzjonijiet jew permessi li diġà nħarġu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks mgħandhomx applikazzjonijiet pendenti biex jinbnew fabbriki tal-produzzjoni tal-mediċina tal-kannabis f’Għawdex. Infakkar lill-Onor. Interpellant li l-fabbriki tal-produzzjoni tal-mediċina tal-Kannabis mhumiex permessibbli f’żoni mhux industrijali.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13959 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13592, jista' l-Ministru jwieġeb l-ewwel parti tal-mistoqsija u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li permezz tiegħu l-Malta Industrial Parks (MIP) qed tikri l-uffiċċji tagħha f’Valley Road, Birkirkara?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil-Onor. Interpellant illi din l-informazzjoni għadha qedt tinġabar.
Xewkija Għawdex – toroq ippjanati ġewwa l-Industrial Estate
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’toroq hemm ippjanati li jiġu mibnija ġewwa l-Industrial Estate fix-Xewkija Għawdex matul is-sena 2020 mill-Ministeru tiegħu jew mill-Malta Industrial Parks u kemm hi mistennija li tkun in-nefqa fuq dawn it-toroq?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant liu x-xogħolijiet fit-toroq antiċipati għall-2020 huma dawk relatati ma ’Triq il- Qlugh, ix-Xewkija. Dawn ix-xogħlijiet tqassmu f'koordinazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex f'isem l-MIP u inħarġet offerta bin-numru ta’ referenza CT 2075/2019.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – konsulenzi/kuntratti minn kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ingħatatx konsulenzi u/jew kuntratti mill-Ministeru u mill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn il-konsulenzi u/jew kuntratti? Jista’ jgħid jekk kienx hemm proċess kompetittiv biex ingħataw l-imsemmija konsulenzi u/jew kuntratti u jagħti dettalji tal-ħlasijiet li saru lill-imsemmija kumpanija?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma interpellant illi din l-informazzjoni ghada qedt tingabar.
COVID-19 — Malta Enterprise – skemi u għajnuna lill-ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta’ applikazzjonijiet u numru ta’ impjegati benefiċjarji li rċieviet il-Malta Enterprise sal-lum b’rabta mal-iskemi ta’ għajnuna tal-COVID-19 u jagħti l-informazzjoni maqsuma skont l-iskemi rispettivi? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew milqugħa, kemm ġew miċħuda u kemm għad fadal pendenti? Fil-każ tal-Wage Supplement jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba għal dawk li jaqgħu f’Annex A u f’Annex B separatament?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din l-informazzjoni ghada qed tingabar
COVID-19 — Lista aġġornata ta' setturi/NACE Codes tal-wage supplement
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista aġġornata ta’ dawk is-setturi/NACE Codes li jaqgħu taħt Annex A u Annex B tal-Wage Supplement ta’ għajnuna tal-COVID-19 u jgħid x’inhi l-proċedura li permezz tagħha s-setturi rispettivi jistgħu jiddaħħlu jew jinħarġu mill-annexes rispettivi?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — użu ta' karozzi li jaħdmu bl-elettiku
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12986, jista' l-Ministru jgħid iż-żewġ karozzi Hybrid huma parti minn flotta ta' kemm-il karozza
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant illi ż-żewġ karozzi Hybrid huma parti minn flotta ta’ 30 karozza.
COVID-19 – Air Malta – kumpens għal titjiriet ikkanċellati
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati għal kumpens għal min laħaq ibbukkja vjaġġ mal-Air Malta u minħabba l-COVID 19 issa t-titjiriet kellhom jiġu kkanċellati?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant I-l kumpens min kwalunkwe linja ta l-ajru lejn il-klijent huwa kopert bil-liġi. L-Air Malta, bhal linji tal-ajru ohrajn, qed isegwi din il-prassi u tosserva din l-liġi.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — kuntratti mogħtija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ingħata mill-Ministeru, aġenzija jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, sa mill-1 ta’ Marzu 2020? Jista’ jgħid lil min ingħata kull kuntratt, jindika l-iskop tiegħu, jekk ingħatax wara sejħa jew le, u l-valur tal-kuntratt?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tispeċifika għal-liema kuntratti qiegħda tirreferi
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13592, jista' l-Ministru jwieġeb l-ewwel parti tal-mistoqsija u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li permezz tiegħu l-Malta Industrial Parks (MIP) qed tikri l-uffiċċji tagħha f’Valley Road, Birkirkara?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — nefqa fuq fuel/petrol/diesel
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12605 u 12983 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li ntuża mill-Ministeru kull sena matul l-2017, 2018 u 2019? Jista' jipprovdi informazzjoni separata għal dan għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil interpellant, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Air Malta — ħaddiema li jaħdmu fis-sezzjoni tar-rampa u taċ-Check-In
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fis-sezzjoni tar-rampa u taċ-check-in tal-Air Malta, u jekk humiex ingaġġati mal-Air Malta jew mal-Gvern? Jista' jgħid jekk humiex se jitkeċċew xi ħaddiema mill-Air Malta li jaħdmu fir-rampa u jew iċ-check-in? Jista' jgħid jekk il-ħaddiema tal-Air Malta li qegħdin fis-sezzjoni tar-rampa jew taċ-check-in u li esprimew li jmorru jaħdmu f'Dipartimenti/Aġenziji/Awtoritajiet tal-Gvern, hux qed ikollhom it-talba tagħhom aċċettata, jew saħansitra nkoraġġiti li jkunu rilokati f'Dipartimenti jew Awtoritajiet oħra tal-Gvern?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Air Malta hija entità kummerċjali, din l-informazzjoni hija kummerċjalment sensittiva u għalhekk ma tistax tingħata.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13355 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li permezz tiegħu l-Malta Industrial Parks (MIP) qed tikri l-uffiċċji tagħha f’Valley Road, Birkirkara? Jista' jgħid x’kienet il-proċedura wżata mill-MIP biex inkera dan il-bini?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-bini jinkera mill-MIP wara li kienet ippubblikata espressjoni ta’ interess il-gazzetta tal-Gvern fl-24 ta’ Awwissu 2018 u anke fil-gazzetti tal-Ħadd 26 ta’ Awwissu 2018, li kienet tinkludi d-dettalji kollha neċessarji.
Illi din il-proċedura intużat mill-MIP minkejja li l-kirjiet ta’ bini eżistenti jew propjetà’ immobbli oħra huma esklużi mir-regolamenti dwar l-akkwist pubbliku.
L-uffiċini inkwistjoni intgħażlu mill-MIP wara li ttieħdu konsiderazzjoni fost l-oħrajn l-esiġenz u n-neċessitajiet tal-kumpanija, l-iskandenzi li kellha biex toħroġ mill-uffiċini preċedenti u l-prezz offert li kien fil-medja tal-proposti li daħlu fis-sejħa pubblika. mir-regolamenti dwar l-akkwist pubbliku.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – ingaġġ ta’ persuna
Question
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 13519 u 13417 u peress li l-persuna kienet, iva, impjegata bħala studenta f’dak is-sajf, jistax issa jgħid minn meta sa meta kienet impjegata hekk?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi filwaqt li nikkonferma li l-persuna kkonċernata ma kienetx impjegata fil-Ministeru, jirriżulta pero li din kienet ingaġġata mill-Korprazzjoni Malta Enterprise bħala student għall-perjodu tas-sajf u ċioe bejn Lulju u Settembru 2017.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — Safar, Fuel u Hospitality - nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12263 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12090, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f'kull Dipartiment, uffiċċju, Awtorità u entitajiet oħra kwalunkwe li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant illi nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality ta f'kull Dipartiment, uffiċċju, Awtorità u entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru hija ta €1,044,466.69.
COVID-19 — Ħaddiema intitolati li jirċievu flus bil-miżuri tal-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jagħti garanzija lill-ħaddiema li huma ntitolati li jirċievu flus taħt il-miżuri mħabbra mill-Gvern kwantu COVID-19, li effettivament se jkunu qed jirċievu dawn il-flus żgur? Ladarba dawn il-flus se jgħaddu minn idejn min iħaddem, jista’ jgħid ukoll kif tali flus se jkunu protetti f'każ li jkun inħareġ mandat ta' sekwestru minn terzi kontra min iħaddem?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interprellant, li Il-Gvern qed jistudja il-kontenut ta’ din id-domanda biex jimplimenta il-mi¿uri ekonomiċi u po¿ittivi inkwantu COVID-19 bl-aktar mod effettiv.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13028 fl-intier tagħha u jgħid fiex waslu t-tħejjijiet biex jibda jingħata servizz ta' helicopter bejn Malta u Għawdex liema servizz kien ġie mħabbar madwar sena ilu li kellu jibda fi ftit ġimgħat u dan waqt press conference li saret minn numru ta' Ministru? Jista' jgħid jekk hemmx ħsieb li dan is-servizz jibda jingħata qabel jibda s-sajf 2020 u jekk le f'liema xahar u sena hu ppjanat li jibda jingħata dan is-servizz?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'hemm xejn xi nżid fuq it-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija paramentari 13028.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jelenka, jekk hu l-każ, kull direct order jew simili, taħt kwalsiasi kappa jew isem, li kwalsiasi entità taħtu tat lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2019 u fl-2020? Għal kull każ, jista’ jagħti l-ammont ta’ ħlas u r-raġuni ta’ dak ix-xogħol?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm ebda direct order, skont l-Artiklu 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku, lill-kumpanija inkwistjoni fil-perjodu indikat.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — Rapporti ta' serqiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12623 u jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet li ġew rapportati lill-Pulizija li saru mill-Ministeru, dipartimenti, id-dekasteru u awtoritajiet oħra li jaqgħu taħtu kull sena matul l-2017, 2018 u 2019?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, ma kien hemm l-ebda rapport lill-pulizija.
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu t-technical advisors, inkluż ditti ta’ accountants, għall-Ministeru tiegħu biex ftit jiem ilu l-Gvern ħabbar dak li hu sejjaħ bħala pakkett ta' għajnuna għall-ekonomija Maltija f’dan iż-żmien ta’ kriżi?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pakkett ta’ għajnuna, li qed jirreferi għalih, hu frott ta’ ħidma kollettiva bejn diversi Ministeri u ma kien hemm l-ebda spiża.