Legislature:
Category:
Reset
Active:

Youth Workers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ikunx hemm youth worker speċifiku assenjat ma’ kull lokalità jew jekk dawn ikunux ikopru aktar minn lokalità waħda?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li ma jkunx hemm youth worker speċifiku assenjat ma’ kull lokalità. Il-youth workers tal-Aġenzija Żgħażagħ ikopru aktar minn lokalità waħda, peress li l-Aġenzija topera b’mod nazzjonali f’Malta u Għawdex. L-assenjazzjoni tagħhom issir skont il-programmi, il-prijoritajiet ta’ ħidma u l-ħtiġijiet taż-żgħażagħ fil-komunitajiet differenti, b’mod flessibbli u skont il-pjan operattiv tal-Aġenzija.

Youth Workers

Question

Jista’ l-Ministru jispjega kif jiġu assenjati l-youth workers fid-diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-youth workers m’għandhomx lokalità assenjata b’mod fiss. L-Aġenzija Żgħażagħ taħdem b’mod nazzjonali u torganizza l-ħidma tagħha fil-lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex skont il-programmi, il-prijoritajiet u l-ħtiġijiet taż-żgħażagħ f’dawk l-inħawi. Għalhekk, l-assenjazzjoni tal-youth workers issir b’mod flessibbli u skont il-pjan ta’ ħidma tal-Aġenzija, mhux fuq bażi ta’ lokalità permanenti.

L-Imġarr - Skola Primarja - Estensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34021, 34287 u 34430 u jgħid xi pjanijiet hemm sabiex l-Iskola Primarja tal-Imġarr tiġi mkabbra, minħabba l-għadd ta’ studenti li dejjem jikber? Jista’ jgħid ukoll meta hemm il-ħsieb li tinbeda din l-estensjoni u jispjega kif se jsir dan flimkien mal-kunsill lokali jew awtoritajiet oħra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni (Hon. CLIFTON GRIMA)

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34113, 34261 u 34428 u ċjoè: Fid-dawl li l-istudenti li jattendu l-Iskola tal-Malta Visual and Performing Arts (MVPA) (li jinkludu studenti tad-drama, mużika u żfin), iridu jmorru kulleġġ ieħor biex jesebixxu l-arti tagħhom; jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fil-futur qarib jitlesta x-xogħol fuq l-auditorium għall-istudenti li jattendu din l-istess skola? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi diskussjonijiet biex jinġieb investiment għal dan l-auditorium u jekk hemmx żmien stipulat għal meta jibdew ix-xogħlijiet, f’każ li hemm qbil fuq dan?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Kindergarten Educators Għawdxin

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33182, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid fil-preżent f’liema skola primarja f’Malta jaħdmu dawn it-30 Kindergarten Educators (KGE) Għawdxin? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma relievers u kemm ilhom relievers?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tinsab hawn taħt; Kulleġġ Maria Reġina – 27 għalliem Kulleġġ Santa Tereża – 3 għalliema Kulleġġ San Injazju – għalliem wieħed

Donazzjoni ta’ katavru - Studji xjentifiċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32516 u 32914 li oriġinarjament saru lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid kemm kien hemm katavri li ngħataw għall-istudji xjentifiċi matul l-2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li ġew reġistrati 33 persuna li wara mewthom iddonaw ġisimhom lid-Dipartiment tal-Anatomija fl-Università ta’ Malta sabiex jintużaw għal skopijiet ta’ riċerka u studju fl-qasam tal-Anatomija.

Ħal Tarxien - Skola tal-Primarja l-antika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’użu qiegħed isir mill-Iskola tal-Primarja l-antika f’Ħal Tarxien?  Jista’ jgħid ukoll x’sar matul is-sena 2025 jew x’ser isir matul is-sena 2026?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 26273.

L-Imġarr, il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar - Klabb 3-16

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ tfal li jattendu Klabb 3-16 f’kull waħda mill-iskejjel tal-Gvern, fl-Imġarr, il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar? F’kull każ, jista’ jgħid kemm hu n-numru ta’ tfal li qegħdin fuq il-lista ta’ stennija biex jibdew jattendu dawn l-istess ċentri, maqsuma separatament?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 34342, filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-faċilita tan-Naxxar hemm 269 student li qed jattendu Klabb 3-16.

L-Imġarr, il-Mellieħa, il-Qawra u San Pawl il-Baħar - Klabb 3-16 - Studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ studenti li qed jagħmlu użu mill-faċilità ta’ Klabb 3-16, f’kull waħda mill-iskejjel tal-Gvern fl-Imġarr, il-Mellieħa, il-Qawra u San Pawl il-Baħar? Jista’ jgħid ukoll kemm hu n-numru ta’ tfal li hemm fuq il-lista ta’ stennija, għal kull waħda minn dawn l-iskejjel?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-faċilitajiet imsemmija hemm total ta' 1,248 student li qed jattendu Klabb 3-16.

AUM - Parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-parkeġġ fl-area tal-American University of Malta (AUM) li jinsab quddiem il-Maċina, huwiex se jkun miftuħ għall-pubbliku jew hux ser jibqa magħluq?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi d-domanda lill-Ministeru kkonċernat.

AUM - Dgħajjes marbutin mal-moll - Avviż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-dgħajjes marbuta mal-moll tal-American University of Malta (AUM) mhux ser jitneħħew fl-aħħar ta’ Frar skont l-avviż li ħareġ fil-ġranet li għaddew mill-AUM stess? Jista’ jgħid ukoll jekk din il-kwistjoni hijiex riżolta darba għal dejjem u ċjoè, li l-AUM ser jirrifjutaw dan id-dritt jew dan huwiex ftehim temporanju?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi d-domanda lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34154 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Malta u Għawdex – Libreriji pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn libreriji pubbliċi f’Malta u Għawdex u jelenka l-lokalitajiet ta’ fejn jinsabu u l-ħinijiet tal-ftuħ tagħhom? Jista’ jgħid ukoll kemm attwalment hemm persuni reġistrati biex jissellfu kotba minn dawn il-libreriji?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi d-domanda lill-Ministeru kkonċernat.

Professjoni tas-social work - Nefqa għall-promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni biex issir promozzjoni tal-professjoni tas-social work fl-iskejjel sekondarji u post-sekondarji matul l-2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Studenti tal-kors tas-social work - Żieda fl-istipendji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żieda fl-istipendji tal-istudenti tal-kors tas-social work hijiex marbuta ma’ xi kundizzjoni biex l-istudenti jaħdmu fis-settur pubbliku wara li jlestu d-degree tas-social work?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Settembru 2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari w463.

L-Imġarr, Malta - Skola - Pjanijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33991 u jgħid jekk hemmx pjanijiet li l-iskola fl-Imġarr, Malta, titkabbar? Jekk iva, jista’ jagħti iktar dettalji u jekk le, xi pjanijiet għandu l-Gvern għat-tfal Imġarrin li suppost ser ikunu qegħdin jattendu din l-iskola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

AUM - Moll

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-moll ta’ quddiem l-American University of Malta (AUM) huwiex parti mill-konċessjoni li ta l-Gvern lil din l-entità u jekk iva, jista' jgħid ukoll għalfejn u fuq liema bażi ngħata dan il-moll?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi d-domanda lill-Ministeru kkonċernat.

AUM - Dgħajjes marbutin mal-moll

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk intlaħaqx ftehim ieħor mal-American University of Malta (AUM) biex id-dgħajjes fiż-żona ta’ bejn Bormla u l-Isla li huma marbuta mal-moll quddiem din l-entità, jibqgħu hemmhekk u ma jitneħħewx fl-aħħar ta’ Frar? Jekk iva, jista’ jqiegħed kopja ta’ dan il-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi d-domanda lill-Ministeru kkonċernat.

Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva - Re-audit - Rapport - Evalwazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33946 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28439 dwar l-evalwazzjoni tar-rapport tar-re-audit dwar l-edukazzjoni inklużiva li ntalab lill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva, fejn intqal li “l-evalwazzjoni għadha għaddejja”, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi dwar l-istess rapport issa li għaddew tmien xhur oħra minn meta ngħatat it-tweġiba? Jekk iva, x’kienu dawn l-iżviluppi u liema partijiet mir-rapport fil-fatt iddaħħlu fis-seħħ minn meta tlesta? Jekk le, x’qed iżomm ir-rapport milli jiġi konkluż u kemm hi n-nefqa li tirriżulta biex jitwettaq dak li hu meħtieġ?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.