Cleaners għall-iskejjel ta' San Bastjan u San Ġorġ Ħal Qormi
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-iskejjel ta' San Bastjan u ta' San Ġorġ mhumiex qed jingħataw cleaners biżżejjed minkejja li l-amministrazzjoni ta' dawn l-iskejjel talbu għal aktar minn darba biex id-Dipartiment jallokalhom aktar ħaddiema bil-konsegwenza li l-impjegati eżistenti mhux qed ilaħħqu max-xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-iskola Primarja San Ġorġ f’Ħal Qormi hemm erba’ full-time cleaners u part-time cleaner, filwaqt li fl-iskola Primarja ta’ San Bastjan hemm ħames full-time cleaners.
Skont kriterji stabbiliti, dan l-
istaff
huwa kkunsidrat bħala wieħed adekwat sabiex ilaħħaq mat-tindif neċessarju f’dawn iż-żewġ skejjel.
Nuqqas ta' teachers fl-iskejjel primarji f'Għawdex
Question
Peress li ħafna ġenituri ta' tfal li jattendu l-iskejjel primarji f'Għawdex qed juru tħassib minħabba nuqqas ta' teachers tal-PSD u fis-suġġett tax-xjenza u fil-fatt lezzjonijiet qed isiru ftit li xejn minħabba nuqqas ta' għalliema, tista' l-Ministru tindirizza din il-problema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-lezzjonijiet tal-PSD f’Għawdex qed isiru b’mod regolari għax m’hemmx nuqqas t’għalliema. Fil-fatt hemm seba’ għalliema li jlaħħqu ma’ l-iskejjel kollha t’Għawdex.
Dwar ix-Xjenza, huwa minnu li hemm għalliema nieqsa għax qegħda bil-
parental leave
. Din għandha tidħol lura għax-xogħol fi Frar li ġej. Fl-iskejjel iż-żgħar il-lezzjonijiet mill-għalliema
Peripatetic
qed isiru b’mod regolari kull ġimgħatejn bħalma jsiru f’Malta. Il-lezzjonijiet fl-iskejjel il-kbar qed isiru darba kull tlett ġimgħat. Ikun hemm ukoll għalliema tal-klassi li jagħtu lezzjonijiet tax-Xjenza minbarra s-servizz mgħoti mill-għalliema tal-
Peripatetic
.
Tista' l-Ministru tikkonferma li r-rettur tal-Università żar l-Università ta' Xiamen biex jiġi stabillit f'Malta l-Confusius Institute? Meta se jiftaħ dan? Is-sit tiegħu se jkun fl-Università? X'inhu l-għan tiegħu? Min se jiffinanzjah dan il-proġett?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fit-22 ta’ Frar 2009 ġie iffirmat ftehim bejn il-Headquarters tal-Confucius Institute u l-Università ta’ Malta biex ikun stabbilit Confucius Institute fl-Università ta’ Malta.
Ir-Rettur tal-Università żar l-Università ta’ Xiamen u waqt iż-żjara tiegħu ffirma Implementation Agreement mal-Università ta’ Xiamen fit-12 ta’ Ġunju 2009 biex jitwaqqaf il-Confucius Institute.
Il-Confucius Institute beda jopera f’Novembru 2009 għalkemm għadu qed jiġi stabbilit u jkun miftuħ uffiċċjalment aktar tard. Diġà qed jiġi mgħallem iċ-Ċiniż fid-Degree Plus u qed jiġi mfassal Diploma course fiċ-Ċiniż biex jiġi mgħallem f’Ottubru li ġej. Is-sit tieghu huwa l-campus tal-Università. L-għan ewlieni tal-Istitut huwa li jippromovi l-iżvilupp tal-lingwa Ċiniża f’Malta kif ukoll jassissti fi bdil ta’ lecturers bejn iċ-Ċina u Malta f’oqsma differenti.
Il-Headquarters tal-Confucius Institute ser jikkontribwixxi start-up fund ta’ US $150, 000 u ser jipprovdi materjal ta’ tagħlim, faċilitajiet għal online courses, kif ukoll ’il fuq minn 3000 ktieb u materjal awdjo-viżiv. Il-Headquarters tal-Confucius Institute, fuq bażi ta’ bżonnijiet ta’ tagħlim, ser ikopri l-ispejjeż ta’ numru ta’ instructors Ċinizi.
L-Università ta’ Malta qed tkopri l-ispejjeż tal-Istitut u tal-istaff amministrattiv.
sejħa għal post-doctoral fellowship — applikazzjonijiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk is-sejħa għal sitt post-doctoral fellowship kenitx ristretta biss għal ħarġa waħda ta’ ‘The New Scientist’ u li dan ir-reklam ma kien isemmi l-ebda data tal-għeluq sa meta setgħu jintefgħu l-applikazzjonijiet għal dawn is-sitt postijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ħareġ riklam fuq The New Scientist li rrefera għas-sit elettroniku tal-Universtià fejn kien hemm spjegat b’mod ċar id-data tal-għeluq sa meta setgħu jintefgħu l-applikazzjonijiet.
sejħa għal sitt post-doctoral fellowship f'The New Scientist
Question
Tista’ l-Ministru tgħid għaliex s-sejħa għal sitt post-doctoral fellowship saret biss f'The New Scientist u ma saret l-ebda sejħa f’pubblikazzjoni lokali, bi ksur tar-regoli tal-Unjoni Ewropea f’dan il-qasam?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-riklam f’The New Scientist sar wara li nġab permess speċifiku mill-Uffiċċju tal-Planning and Priorities Coordination Division (PPCD), u dan għax l-Università xtaqet li r-riklam jasal għand xjenzati internazzjonali. Kwalunkwe xjenzat ta’ livell internazzjonali li jgħix Malta seta’ jkollu aċċess għal din ir-rivista.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-Università ta’ Malta qalet lil uħud minn dawk li kienu interessati japplikaw għal sejħa ta' post-doctoral fellowship li s-sejħa saret b’dan il-mod għax l-Università kienet interessata tiġbed xjenzati ta’ veru, jew trid demm ġdid, jew trid barranin biss?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Università ta’ Malta riedet tattira xjenzati ta’ livell internazzjonali u l-applikazzjoni kienet miftuħa għal kull min kien interessat u jikkwalifika, irrispettivament in-nazzjonalità.
sejħa għal post-doctoral fellowship — data ta' l-applikazzjoni
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet lokali għas-sejħa għal post-doctoral fellowship? Veru li min applika qalulu li tefa' l-applikazzjoni ġimgħatejn tard meta s-sejħa ma kien fiha l-ebda data ta’ għeluq? Veru li min applika bagħat ittra legali ta’ protesta jsemmi dan u jsemmi li nkisru r-regoli tal-Unjoni Ewropea f’dan il-qasam?
Veru li wara din l-ittra legali l-Università ta’ Malta aċċettat li l-applikazzjoni waslet fil-ħin?
Kemm saru applikazzjonijiet minn akkademiċi u xjenzati ta’ pajjiżi oħra għal din is-sejħa? Min ġie aċċettat minnhom?
Veru li skada ż-żmien li fihom setgħu jimtlew dawn is-sitt postijiet u issa l-Università ta’ Malta tilfet il-flus li kienet se tieħu għalihom mill-Fond Soċjali Ewropej?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kien hemm applikazzjoni lokali waħda.
Kien hemm 29 applikant u tnax minnhom sarilhom interview.
Huwa minnu li wieħed mill-applikanti bagħat ittra ta’ protesta u l-Università tatha l-benefiċċju tad-dubbju għalkemm l-applikazzjoni waslet tard, u allura aċċettat li jsir interview.
Għal ħafna raġunijiet amministrattivi, u għax deher ċar li ma kienx ser ikun possibbli li jinstabu l-persuni kollha meħtieġa fil-ħin stipulat skont l-iskeda tal-proġett, il-proġett kellu jiġi abbandunat u dan biex iħalli spazju biex il-flus jintużaw fuq xi proġett ieħor.
Tista' l-Ministru tgħid kemm bdew studenti ġewwa l-Università ta' Għawdex fis-sena 2008 u kemm komplew il-korsijiet li kienu bdew fis-sena 2008 studenti fis-sena 2009?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ studenti li bdew is-sena akkademika 2008/09 fil-Campus tal-Università ta’ Malta f’Għawdex hu 15. 12 minn dawn l-istudenti komplew il-korsijiet fis-sena 2009.
Tista' l-Ministru tgħid x'taħriġ toffri l-Università tat-Terza Età? Kemm hemm korsijiet differenti f'din l-Università u kemm hemm studenti għal kull kors matul is-sena akkademika 2009/2010?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm għandhom żmien l-istudenti li jattendu l-Università tat-Terza Età?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-istudenti tal-Università tat-Tielet Età għandhom ’il fuq minn 60 sena.
Il-lista hawn taħt turi l-etajiet tal-istudenti li jattendu l-Università tat-Terza Età:
Età
Numru ta’ Studenti
60-65
206
66-70
112
71-75
111
76-80
74
81-85
47
86-90
21
91-95
4
Total
575
Tista' l-Ministru tgħid kemm għandhom żmien l-għalliema li jgħallmu fl-Università tat-Terza Età? Tista' tgħid kemm hemm għalliema u jekk din s-sena huwiex qiegħed jiġi organizzat taħriġ ġdid li fis-snin ta' qabel ma kienx jingħata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ma hemmx età fissa għall-għalliema li qegħdin jagħtu servizz fl-Università tat-Tielet Età. Il-maġġoranza tagħhom huma taħt il-ħamsin sena waqt li hemm oħrajn li għandhom aktar minn sittin sena. Huma kollha nies li għandhom esperjenza kbira fil-qasam tagħhom u fis-suġġett li huma jgħallmu. Il-parti l-kbira jgħallmu fl-Università ta' Malta.
Għalliema fit-tliet oqsma hemm 26, għax tnejn minnhom jgħallmu f'żewġ ċentri għalkemm suġġetti differenti.
Iva hemm numru ta' suġġetti li qegħdin jiġu offruti għall-ewwel darba.
Din is-sena kien hemm disa’ suġġetti ġodda, jiġifieri li qed jiġu mogħtija għall-ewwel darba. Dawn huma:
- Malta: The Relationship between Faith, Culture and Politics
- Maltese Journalism in a Contemporary Historical Context
- Church and State in Malta: 1950 – 2009
- The Challenge of Biotechology to Faith
- Malta's Megalithic Period
- Family Folklore
- The Encyclicals of Benedict XVI
- Valletta: The Making of a Baroque City
- Modern Problems facing the Church
Tista' l-Ministru tgħid jekk huwiex veru li ħdejn kull skola primarja u sekondarja hemm żewġ reserved parking slots? Jekk hemm, fejn hemm u jekk m'hemmx f'liema skejjel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kunsill Malti għall-isport — faċilitajiet tal-iskejjel
Question
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull kuntratt li ġie ffirmat mill-Kunsill Malti għall-Isport li daħal fi ftehim ma' xi wieħed minn 68 kunsill lokali biex jinvestu fil-faċilitajiet tal-iskejjel filwaqt li jagħmlu użu minnhom wara il-ħin tal-iskola minn Jannar 2008 sal-lum ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12088.
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti li jmorru lura għal legislaturi oħrajn, tista' l-Ministru tindika:
a) x'inhuma l-prospetti li Gżira United ikollhom il-
football ground
tagħhom bħala parti mill-proġett ta' Manoel Island kif imwiegħed kuntrattwalment?
b) saru xi kuntatti mill-Gvern mal-promoturi tal-proġett biex jiġi żgurat li din il-wegħda tiġi implimentata mingħajr aktar dewmien, iżjed u iżjed meta għadu mhux magħruf mill-klabb kif se jibqgħu dwar titlu jew ċens u għad m'hemm ebda indikazzjoni meta x-xogħol fuq il-ground ser jinbeda?
ċ) Taf li skond kif indikat f'dan l-istess parlament ix-xogħol kellu jibda fl-ewwel kwart tas-sena 2006?
d) Taf li sal-lum għad lanqas biss hemm permessi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
e) Ġaladarba l-Gvern kien intrabat kuntrattwalment mal-MIDI Malta dwar dan il proġett kollu kemm hu tal-iżvilupp ta' Tigne u Manoel Island, ma tħossx li kemm il-Minsiteru nnifsu flimkien mal-Kunsill Malti għall-Isport għandhom jaħdmu id f'id mal-promoturi u l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jaraw li din il-wegħda kuntrattwali tiġi onorata mingħajr aktar dewmien?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 1297.
Tista' l-Ministru tispjega x'se jsir biex żewġ kanuni antiki li jinsabu fuq is-Sur tal-Birgu n-naħa tal-Kalkara ma jintilfux peress li jinsabu f'sitwazzjoni ħażina ħafna?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali ser tinvestiga l-każ u se tikkoordina ma’ Heritage Malta sabiex tiżgura li dawn il-kanuni jigu mħarsa u priżervati.
Tista' l-Ministru tgħid min huma l-kumpaniji indipendenti u individwi li jbiegħu r-reklamar f'isem il-Public Broadcasting Services? Għaliex il-Public Broadcasting Services ma tbiegħx ir-reklamar permezz ta' l-istrutturi interni tagħha stess u minflok tuża kumpaniji u individwi indipendenti? Taħseb li dan jista' jwassal għal potenzjal kunflitt ta' interess fit-tellieqa tal-ħruġ ta' l-offerti għall-programmi? In oltre, kif taċċerta l-Public Broadcasting Services li jkun hemm due diligence f'dan il-proċess ta' bejgħ ta' reklamar minn nies jew enti esterni għall-Public Broadcasting Services? Kemm inbiegħu reklami fl-aħħar sena b'mod komplessiv :
(a) mill-Public Broadcasting Services?
(b) minn kumpaniji u individwi indipendenti għan-nom tal-Public Broadcasting Services?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Public Broadcasting Services tuża kemm l-impjegati tagħha kif ukoll għadd ta’ individwi, produtturi indipendenti u kumpaniji biex jinbiegħ ir-reklamar fuq l-istazzjonijiet tal-PBS. Dan isir biex ikun massimizzat l-air time li l-kumpanija għandha disponibbli għar-reklamar. Fil-fatt aktar ma kiber l-għadd ta’ persuni u kumpaniji li jbiegħu reklamar aktar qed jinbiegħ reklamar b’riżultat li d-dħul għall-PBS kiber.
Tul is-sena finanzjarja li għalqet fit-30 ta’ Settembru, l-ammont ta’ reklamar mibjugħ fuq l-istazzjonijiet tal-PBS ammonta għall-€3,445,241 u madwar 54% minnu jinbiegħ direttament mill-PBS.
Il-lista tal-kumpanniji indipendenti qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Bulebel — sejba arkeologika ħdejn bini ta' sptar ġdid
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’sar fuq dik is-sejba arkeologika ġewwa Bulebel fuq is-sit fejn qed jinbena sptar ġdid? X’passi ttieħdu mill-awtoritajiet li jħarsu l-qasam tal-kultura u l-wirt storiku f’pajjiżna?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għamlet intervent fl-2008 waqt ix-xogħol ta’ kostruzzjoni ta’ sptar privat ġewwa Bulebel (Żejtun). Dan ix-xogħol kellu permess ta’ żvilupp tal-MEPA numru PA6090/05.
B’riżultat tal-intervent arkeoloġiku tas-Sovrintendenza instabu tmien (8) oqbra Puniċi u Rumani ġewwa parti minn dan l-iżvilupp estensiv.
Is-Sovrintendenza ħadet il-passi legali neċessarji biex dawn l-oqbra jiġu protetti skond il-liġi tal-Patrimonju Kulturali. Ir-rakkomandazzjoni għall-protezzjoni ta’ dawn is-sejbiet ġiet milqugħa mid-Direttorat tal-MEPA.
Wara li saru dawn is-sejbiet, saru negozjati bejn l-iżviluppatur, s-Sovrintendenza u l-MEPA biex tinstab soluzzjoni teknika biex tiġi garantita l-preservazzjoni ta’ dawn is-sejbiet arkeoloġiċi mingħajr ma jitwaqqaf il-proġett tal-isptar.
Fil-preżent is-Sovrintendenza għadha ma rċevietx il-pożizzjoni tal-iżviluppatur dwar x’miżuri se jaddotta minkejja li twaqqaf ix-xogħol ta’ kostruzzjoni fuq is-sit.
ċentri privati ta' taħriġ u edukazzjoni awtorizzati mill-Ministeru tal-Edukazzjoni
Question
Tista’ l-Ministru tgħid liema ċentri privati ta’ taħriġ u ta’ edukazzjoni huma awtorizzati mill-Ministeru tal-Edukazzjoni jew xi struttura li taqa’ taħtu biex isejħu lilhom infushom istituzzjonijiet ta’ “further and higher education” u saħansitra “tertiary education”? Meta ngħatat din l-awtorizzazzjoni, jekk ingħatat? Fil-każ li ngħatat, min ta din l-awtorizzazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Iċ-ċentri privati ta’ taħriġ u ta’ edukazzjoni li huma awtorizzati li jissejħu istitutzzjonijiet ta’ further and higher education u/jew ta’ tertiary education huma il-European Institute of Education (permezz ta’ ittra mid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni tas-17 ta’ Awissu, 2005), u s-St. Martin’s Institute (permezz ta’ ittra mid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni tal-20 ta’ Mejju, 2005).
Tista' l-Ministru tgħid taħt liema kriterji ċentri privati edukattivi lokali jitħallew isejħu lilhom infushom istituzzjonijiet ta’ ‘further and higher education’ u ta’ ‘tertiary education’? Min stabilixxa dawn il-kriterji? Fejn ġew ippubbliċizzati biex ċentri privati edukattivi lokali jistgħu japplikaw għal dik il-kategorija ta’ akkreditazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-prassi s’issa kienet li tuition centre li kien beħsiebu jattira korsijiet post-sekondarji u terzjarji ta’ jew bi sħab ma’ entitajiet barranin kien jitlob li l-liċenzja tiegħu turi li seta’ jagħmel dan it-tip ta’ negozju. In-nomenklatura oriġinali għal tuition centre kienet commercial centre. Il-fatt li tuititon centre jiġi elevat għal tertiary education centre ma jfissirx li għandu l-permess jew l-għarfien li jikkonferixxi hu diplomi jew lawrji. Fil-każ tal-European Institute for Education dan huwa mniżżel ċar bħala kondizzjoni fl-ittra tas-17 ta’ Awwissu, 2005.
Ministeru tal-Edukazzjoni — rikonoxximent akkademiku lill-European University
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tal-Edukazzjoni tax xi rikonoxximent akkademiku lill-European University bbażata fl-Isvizzera u li ċ-ċentru Malti tagħha nfetaħ mill-European Institute of Education?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport qatt ma ta rikonoxximent akkademiku lill-European University bażata fl-Iżvizzera u li ċ-ċentru Malti tagħha nfetaħ mill-European Institute of Education.