Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ir-Rabat, Għawdex — Triq San Ġużepp, Triq is-Suq u Pjazza San Ġorġ - Konċessjonijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22612, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-tmien konċessjonijiet maħruġa mill-Awtorità tal-Artijiet għal imwejjed u siġġijiet fi Triq San Ġużepp, Triq is-Suq u Pjazza San Ġorġ, fir-Rabat, Għawdex?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista mitluba.

Transferiment ta’ konċessjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Artijiet approvatx formalment it-trasferiment tal-konċessjoni mill-konċessjonarju oriġinali lil terzi għall-Lido fl-Armier li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22116.

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2023?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 22529.

Il-Mosta — Żona tad-Dib

Question

Fid-dawl li numru ta’ residenti fiż-Żona tad-Dib fil-Mosta li sal-lum għadhom m’għamlux il-kuntratti ta’ fidi taċ-ċens, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx żviluppi fuq din il-kwistjoni li ilha għaddejja s-snin?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninsab infurmat li wara li ġew konklużi proċeduri fil-Qorti dwar l-art fiż-żona msemmija, imiss li jsir l-akkwist tal-art min-naħa tal-Gvern sabiex tgħaddi għand l-Awtorita tad-Djar.

Awtorità tal-Artijiet – Konċessjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22121 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konċessjonijiet maħruġa mill-Awtorità tal-Artijiet għal imwejjed u siġġijiet fi Triq is-Salini, Triq ix-Xatt u l-Bajja ta’ San Tumas?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fit-toroq msemmija hemm 29 konċessjoni maħruġa mil-Awtorità tal-Artiijiet.

Eviction orders attivi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18854, 19313, 20816, 21716 u 22240 u jippreżenta lista tal-eviction orders li għadhom attivi u li turi d-dati ta’ meta nħarġu dawn l-ordnijiet?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bħalissa hemm 28 ordni ta’ żgumbrament li qed jiġu segwiti.

Ir-Rabat, Għawdex — Triq San Ġużepp, Triq is-Suq u Pjazza San Ġorġ - Konċessjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22429 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ konċessjonijiet maħruġa mill-Awtorità tal-Artijiet għal imwejjed u siġġijiet fi Triq San Ġużepp, Triq is-Suq u Pjazza San Ġorġ fir-Rabat, Għawdex?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fit-toroq u l-pjazza msemmija hemm 8 konċessjonijiet maħruġa mil-Awtorità tal-Artiijiet.

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17983 u jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-nefqa li saret f’reklamar fuq stazzjonijiet televiżivi mill-Awtorità tal-Artijiet minn Jannar 'l hawn.

Ir-Rabat, Għawdex — Triq il-Kapuċċini, kantuniera ma’ Triq Sir Luigi Camilleri - Binja li kienet tintuża bħala uffiċini tal-Awtorità tal-Ippjanar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi ħsibijiet għandha l-Awtorità tal-Artijiet dwar binja li hemm fi Triq il-Kapuċċini, kantuniera ma’ Triq Sir Luigi Camilleri, ġewwa r-Rabat, Għawdex, li sa ftit snin ilu kienet tintuża bħala uffiċini tal-Awtorità tal-Ippjanar, peress li llum tinsab magħluqa u fi stat ta' abbandun?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-binja msemmija se tingħadda lill-Ministeru ta’ Għawdex u l-Ippjanar.

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — rendikont ta’ nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tan-nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi li saru mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħtu għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2023 sat-23 ta’ Settembru 2024? Għal kull attività, jista’ jagħti: a. L-isem l-attivita; b. L-iskop tal-attività; c. It-tip ta’ attività (press conference eċċ.); d. Id-Data tal-attività; e. Il-post fejn saret; f. Rendikont dettaljat tan-nefqa (kiri tal-post, backdrops, sistema tas-sound, dwal, materjal ippubblikat, eċċ); u g. Reklamar u/jew promozzjoni marbuta mal-attività?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Kif l-Onor. Interpellanta konxja, ladarba kienet hi wkoll tagħmel parti f’tim ta’ tmexxija għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili, it-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati. Ninformaha li l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu.

Skema — GLA25 (Purchase of Garages Owned by Government in a Government Housing Estate Granted Under a Title of Temporary Emphyteusis or Lease)

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21806 dwar l-iskema tal-Awtorità tal-Artijiet GLA25 (Purchase of Garages Owned by Government in a Government Housing Estate Granted Under a Title of Temporary Emphyteusis or Lease), jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijet għaliex 13-il appilikazzjoni mill-applikazzjonijiet li l-Awtorità tal-Artijiet irċeviet mill-1 ta' Settembru 2020 'l hawn ġew rifjutati?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Infurmat li l-applikazzjonijiet li qed issir riferenza għalihom ġew rifjutati għaliex ma’ kienux eleġġibli taħt il-kriterji li titlob l-istess skema.

Il-Belt, Valletta — Cisterna della Quarantena - Mina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux studji fuq il-mina li nkixfet waqt ix-xogħlijiet ta’ skavar fis-sit magħruf bħala Cisterna della Quarantena, il-Belt Valletta? Jekk fl-affermattiv, jista’ jikkonferma x’kien l-użu ta’ din il-mina, u jekk hemmx pjan li ssir aċċessibbli biex isservi ta’ attrazzjoni kulturali u turistika?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninsab infurmat li qed jittieħdu passi biex jiġi analiżżat l-istat tas-sit imsemmi biex wara jkunu jistgħu jitkomplew l-interventi meħtieġa.

Aġenzija għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet — Kondominja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati kondominja mill-Aġenzija għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet fl-ewwel għaxar xhur ta’ din is-sena?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab f’din it-tabella t’hawn taħt: Jannar - Ottubru 2024 Malta Għawdex Amministraturi ġodda 596 106 Tiġdid/tibdil ta' Amministraturi 792 64 Reġistrazzjoni ta' Regolamenti 22 5

Home Ownership — Proċeduri fil-qrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk intemmux il-proċeduri fil-qrati dwar plots li tqassmu bl-iskemi tal-Home Ownership? Jista’ l-Ministru jgħid x’kien ir-riżultat ta’ dawn il-proċeduri u fiex waslu l-proċessi biex min għandu minn dawn il-plots, jingħata t-titlu?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninsab infurmat li kien hemm diversi proċeduri fil-Qrati b’konnessjoni ma’ plots li tqassmu bl-iskemi tal-Home Ownership. Hemm proċeduri li ntemmu u oħrajn li għadhom għaddejjin. Fil-każ ta’ dawk li ntemmu, il-plots jgħaddu għand l-Awtorità tad-Djar wara li takkwista t-titlu mingħand l-Awtorita tal-Artijiet, biex tiffinalizza l-proċeduri tagħha mal-persuni li jkunu ġew allokati l-plots.

Home Ownership — Kuntratti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kuntratti saru fl-aħħar snin bejn l-Awtorità tal-Artijiet u l-Awtorità tad-Djar dwar plots għall-iskemi tal-Home Ownership?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għadd ta’ kuntratti ta’ akkwist li saru mal-Awtorità tad-Djar ta’ plots tal-Home Ownership fl-aħħar snin huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Mill-2022 'l hawn dan ix-xogħol ingħata spinta skont kif ġie mwiegħed fil-Manifest Elettorali tal-aħħar elezzjoni. Sena meta saru kuntratti tal-Akkwist mal-Awtorita tad-Djar Numru ta' plots akkwistati 2018 1 2019 16 2020 5 2021 1 2022 95 2023 66 2024 86 TOTAL 270

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2024?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 21481.

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fid-dekasteru u fis-segretarjat tiegħu li jaħdmu part-time?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninsab infurmat li 2 ħaddiema jaħdmu fuq bażi part-time fis-segretarjat u d-dekasteru ta' dan il-Ministeru.

Ir-Rabat, Għawdex — Triq San Ġużepp, Triq is-Suq u Pjazza San Ġorġ - Konċessjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ konċessjonijiet maħruġa mill-Awtorità tal-Artijiet għal imwejjed u siġġijiet fi Triq San Ġużepp, Triq is-Suq u Pjazza San Ġorġ fir-Rabat, Għawdex?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Risposta tingħata f’seduta oħra.